Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm 305 ħaddiema fuq telework u 25 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti taħtu.
Ministeru għall-Ġustizzja — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ATTARD, JONATHAN)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm 68 ħaddiem fuq telework u 20 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti taħtu.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm 96 ħaddiem fuq telework u 137 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti taħtu.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
L-Onor. Interpellant għandu jkun jaf li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmat li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm 133 ħaddiem fuq telework u 1 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti taħtu.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — persuni li jaħdmu bir-remote working
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu permezz ta’ remote working (teleworking), mal-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (DALLI, MIRIAM)
Niċċara li hemm differenza bejn remote working u teleworking. Minkejja dan, ninsab infurmata li sal-aħħar ta’ Mejju kien hemm 527 ħaddiem fuq telework u 65 fuq remote working fil-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti taħtu.
Strateġija għal Biedja Organika – art agrikola għal produzzjoni organika
Question
B’referenza għal parti mid-diskors tal-Onor. Ministru Anton Refalo fid-dibattitu tal-Estimi Ġenerali 2021, partikolarment meta għamel referenza għat-Tfassil ta’ Strateġija għal Biedja Organika u speċifikament qal “… inżidu l-art u l-inċentivi għal art bi prodotti organiċi …”, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet (tomniet) l-art agrikola għall-produzzjoni organika sena b’sena mill-2015 sad-data tar-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari? Kemm kienu l-produtturi reġistrati f’dan is-settur partikolari (prodotti organiċi) fl-istess snin imsemmijja? Jekk hemm, kemm hemm applikazzjonijiet pendenti minn produtturi organiċi biex jiġu reġistrati f’dan is-settur? X’inċentivi jeżistu għall-produtturi organiċi biex jidħlu f’dan is-settur?
Response (REFALO, ANTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għaż-żewġ listi hekk kif ġej:
· Lista A: Il-figuri li jirrappreżentaw (tomniet) ta’ art agrikola għall-produzzjoni organika sena b’sena mill-2015 sad-data tar-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari
· Lista B: In-numru ta’ produtturi rreġistrati f’dan is-settur partikolari (prodotti organiċi) fl-istess snin imsemmijja
Rigward applikazzjonijiet pendenti minn produtturi organiċi biex jiġu rreġistrati f’dan is-settur, bħalissa ma hemm l-ebda minn dawn.
Bħala inċentivi li jeżistu għall-produtturi organiċi biex jidħlu f’dan is-settur, dawn jikkonsistu f’dawk ta’ għajnuna finanzjarja taħt il-programm ta’ żvilupp rurali fejn hemm rati fissi għal kull ettaru ta’ raba’ li huwa taħt il-proċess ta’ konverżjoni, u dawk li huma ċċertifikati bħala organiċi. Għal informazzjoni addizzjonali dwar dawn l-iskemi, nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Lista A: Il-figuri li jirrappreżentaw (tomniet) ta’ art agrikola għall-produzzjoni organika sena b’sena mill-2015 sad-data tar-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari
· 2015: 2.846 (f’konverżjoni) + 26.7796 (konverżjoni totali) = 29.6301 ettari (30 ettari)
· 2016: 3.3458 (f’konverżjoni) + 21.0249 (konverżjoni totali) = 24.2725 ettari (24 ettari)
· 2017: 3.6742(f’konverżjoni) + 37.367 (konverżjoni totali) = 41.0412 ettari (41 ettari)
· 2018: 10.3044(f’konverżjoni) + 36.8994 (konverżjoni totali) = 47.2038 ettari (47 ettari)
· 2019: 14.50 (f’konverżjoni) + 40.04 (konverżjoni totali) = 54.55 ettari (55 ettari)
· 2020: 25.87 (f’konverżjoni) + 40.84 (konverżjoni totali) = 66.71 ettari (67 ettari)
· 2021: il-figura eżatta għadha qed tiġi maħduma skont ir-rappurtaġġ meħtieġ taħt ir-regolamenti rispettivi tal-produzzjoni u l-ittikkjar tal-produzzjoni organika.
Lista B: In-numru ta’ produtturi rreġistrati f’dan is-settur partikolari (prodotti organiċi) fl-istess snin imsemmijja
· 2015: 11-il produttur
· 2016: 14-il produttur
· 2017: 13-il produttur
· 2018: 19-il produttur
· 2019: 24 produttur
· 2020: 25 produttur
· 2021: 25 produttur (din il-figura għadha qed tiġi ffinalizzata skont l-obbligi ta’ rappurtaġġ taħt ir-regolamenti rispettivi).
B’referenza għal parti mid-diskors tal-Onor. Ministru Anton Refalo fid-dibattitu tal-Estimi Ġenerali 2021, partikolarment meta għamel referenza għall-pagamenti mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja għal żvilupp agrikolu, jista’ l-Ministru jagħti elenku tal-proġetti li rċevew fondi kemm diretti permezz tal-European Agricultural Guarantee Fund (EAGF) kif ukoll dawk taħt l-European Agricultural Guidance and Guarantee Fund (EAGGF) għas-snin tal-Programm (2014-2020), sena b’sena sad-data tar-risposta ta’ din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li l-European Agricultural Guidance and Guarantee Fund (EAGGF) m’għadux jitħaddem u floku daħal il-fond European Agricultural Guarantee Fund (EAGF), taħt dan tal-aħħar ma ġewx iffinanzjati proġetti imma pagamenti diretti. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-pagamenti diretti ffinanzjati taħt dan il-fond sena b’sena.
B’referenza għal parti mid-diskors tal-Onor. Ministru Anton Refalo fid-dibattitu tal-Estimi Ġenerali 2021, partikolarment meta għamel referenza għal pagamenti minħabba l-COVID-19, jista’ l-Ministru jgħid kif ġew imqassma dawn il-fondi u xi kriterji intużaw għas-snin 2020 u 2021 u kif ser taħdem l-iskema għas-sena 2022?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura nieda żewġ Skemi ta’ kumpens tal-COVID 19, waħda fl-2020 u l-oħra fl-2021. It-tqassim tal-fondi u l-kriterji li ntużaw sar kif jidher hawn taħt:
Skema ta’ Kumpens tal-COVID-19 għas-sajjieda tat-Tonn li ġiet imnedija f’Awwissu 2020 (Referenza: SA.57984):
L-għan ta’ din l-iskema kien li jiġi provdut sapport finanzjarju ekkwivalenti għal €2 għal kull Kg ta’ Tonn allokat fil-kwota tas-sena 2020, u b’hekk tikkompensa parti mit-telf tal-valur tat-Tonn sofrut minħabba l-pandemija COVID-19. Din l-iskema giet implimentata b’konformita mar-regoli tal-Qafas Temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex jingħata sostenn lill-ekonomija matul it-tifqigħa preżenti tal-COVID-19 (2020/C 91 I/01).
1. L-ammont ta’ Fondi li ntefqu għal din l-iskema: €704,361.00.
2. Ammont ta’ sajjieda li bbenefikaw minn din l-inizjattiva: 145.
3. Eliġibiltà: Sajjieda bil-bastimenti MFA u MFB li kellhom liċenzja u kwota allokata biex jistadu għat-Tonn fis-sena 2020.
4. Din l-iskema hija magħluqa u mhux ser jiġu pproċessati iktar pagamenti.
Skema ta' għajnuna finanzjarja biex toffri assistenza lis-sajjieda minħabba l-impatt negattiv li l-pandemija tal-COVID-19 kellha fuq il-ħidma u l-impenn tagħhom imnedija f’Novembru 2021 (Referenza: SA.100440):
L-għan ta’ din l-iskema kien li tipprovdi appoġġ finanzjarju lis-sidien ta’ bastimenti tas-sajd li huma rreġistrati mad-Dipartment tas-Sajd u l-Akkwakultura, bħala MFA u MFB, sabiex jingħata kumpens għal ftit mit-tnaqqis fil-valur monetarju u d-domanda għall-ħut lokali u prodotti tas-sajd minħabba il-pandemija tal-COVID-19. Din l-iskema ta' għajnuna ġiet implimentata f'konformità mal-Qafas Temporanju għal Miżuri ta' Għajnuna mill-Istat biex tappoġġja l-ekonomija minħabba il-pandemija.
F’Jannar 2022, id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura estenda l-iskema għal dawk is-sidien ta’ bastimenti li ma kinux applikaw għall-ewwel sejħa ta’ applikazzjoniet li kienet maħruġa fl-2021.
1. L-ammont totali ta’ Fondi li ntefqu għal din l-iskema: €703,300.00
(
€687,800.00 fl-2021 u €15,500.00 fl-2022)
.
2. Ammont ta’ sajjieda li bbenefikaw minn din l-inizjattiva: 554.
Il-kriterji tal-għajnuna li ġiet mogħtija kienu skont il-formula li qed tiġi spjegata hawn taħt:
Għajnuna Applikabbli = [Ammont ta’ ħut li nqabad fl-2020 f’termini ta’ KG x 0.98] – Għajnuna finanzjarja li ġiet mogħtija fl-2020 bħala parti mill-iskema ta’ kumpens tal-COVID-19 għas-sajjieda tat-Tonn.
Kundizzjonijiet li ġew imposti:
· MFA: L-għajnuna minima applikabbli hija dik ta' €700 jekk ir-riżultat tal-formula jiġi inqas;
· MFB: L-għajnuna minima applikabbli hija dik ta' €350 jekk ir-riżultat tal-formula jiġi inqas;
· Il-valur massimu tal-għajnuna eliġibbli huwa sa massimu ta’ €5,000 jekk ir-riżultat tal-formula huwa aktar (Applikabbli għall-MFA u MFB biss);
· Iċ-ċifra ta’ għajnuna applikabbli ġiet arrotondata għal €50.
Il-premium li ġie kkalkulat huwa bbażat fuq diversi fatturi, inkluż telf fuq id-dħul, għajnuna preċedenti li kienet ingħatat (i.e. Skema ta’ Kumpens tal-COVID-19 għas-sajjieda tat-Tonn), u l-kategorizzazzjoni tal-liċenzja tal-bastiment (MFA & MFB). Dan l-ammont ġie kkalkulat abbażi tad-dokumentazzjoni li d-Dipartiment għandu għas-sena 2020. F’każi fejn is-sid/sidien tal-bastiment/i inbidel f’din is-sena msemmija, l-eliġibiltà ġiet ikkunsidrata skont iż-żmien massimu li s-sajjied/a se jkun għamel. Barra minn hekk, is-somma ukoll ser tingħata fuq kif il-bastiment li kien irreġistrat fis-sena 2020.
Din l-iskema hija magħluqa u mhux ser jiġu pproċessati aktar pagamenti.
Skema ta’ sussidju fuq majjal u tiġieġ għall-qatla — pagamenti
Question
B’referenza għal parti mid-diskors tal-Onor. Ministru Anton Refalo fid-dibattitu tal-Estimi Ġenerali 2021, partikolarment meta għamel referenza għal pagamenti taħt skema mnedija f’Mejju 2021 li tagħti sussidju fuq majjal u tiġieġ għall-qatla, jista’ l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw u kif ġew imqassma dawn il-pagamenti minn Mejju 2021 sad-data tar-risposta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għal parti mid-diskors tal-Onor. Ministru Anton Refalo fid-dibattitu tal-Estimi Ġenerali 2021, partikolarment meta għamel referenza għal pagamenti taħt skema tal-Carbon Farming, jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet imnedija din l-iskema, xi kriterji intużaw u kif ġew imqassma dawn il-pagamenti minn meta tnediet l-iskema sad-data tar-risposta?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
B’referenza għal parti mid-diskors tal-Onor. Ministru Anton Refalo fid-dibattitu tal-Estimi Ġenerali 2021, partikolarment meta għamel referenza għal pagamenti taħt skema tar-restawr ta’ dgħajjes, jista’ l-Ministru jgħid meta ġiet imnedija din l-iskema, xi kriterji ntużaw u kif ġew imqassma dawn il-pagamenti minn meta tnediet l-iskema sad-data tar-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tar-restawr tad-dgħajjes ġiet imnedija għal erba’ snin konsekuttivi bejn l-2019 u l-2022. Il-kriterji li ntużaw biex is-sajjieda jibbenefikaw minn din l-iskema baqgħu l-istess tul l-erba’ snin konsekuttivi. Il-kriterji li ntużaw kienu dawn:
· Id-dgħajjes eliġibbli huma dawk li għandhom liċenzja MFA (full time) jew MFB (part time).
· Id-dgħajjes li huma magħmula mill-injam u li ġew kostruwiti f’Malta qabel l-2007.
· Erba’ tipi ta’ bastimenti kienu eliġibbli taħt din l-iskema. Dawn huma: firilla, frejgatina, kajjik u luzzu.
· L-infiq eliġibbli għal din l-iskema kien relatat ma’ spejjeż ta’ materjal bħal: żebgħa, antifouling, injam, plywood, kolla, epoxy, boltijiet, viti u affarijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mar-restawr tad-dgħajsa.
· L-iskema pprovdiet għajnuna sa massimu ta’ €1,300 inkluż VAT għaldgħajjjes taħt is-sitt metri u massimu ta’ €2,700 inkluż VAT għaldgħajjes minn sitt metri ‘l fuq.
· L-applikanti riedu jissottomettu rċevuti fiskali bid-dettalji ta’ xi ntefaq biex ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-appoġġ tal-iskema.
Il-pagamenti ġew imqassma kif ġej:
2019 - Total ta’ 85 sajjied ibbenefikaw minn din l-iskema u ntefqu total ta’ €118,687.63. Taħt din l-iskema l-pagamenti tqassmu f’żewġ perjodi. L-ewwel pagament sar f’Lulju 2019 għall-irċevuti li ġew sottomessi f’Mejju 2019, filwaqt li kien hemm pagament ieħor f’Jannar 2020 għall-irċevuti li ġew sottomessi f’Novembru 2019.
2020 - L-iskema ġiet imnedija f’Marzu 2020. 80 sajjied ibbenefikaw minn din l-iskema u ntefqu total ta’ €102,895.61. Il-pagamenti kollha tqassmu fi Frar 2021 għall-irċevuti li ġew sottomessi f’Novembru ta’ l-istess sena.
2021 - L-iskema ġiet imnedija f’April 2021. 113-il sajjied ibbenefikaw minn din l-iskema u ntefqu total ta’ €162,078.31. Il-pagamenti kollha tqassmu fi Frar 2022 għall-irċevuti li ġew sottomessi f’Novembru 2021.
2022 - Din is-sena l-iskema ġiet imnedija f’Marzu 2022. Total ta’ 104 sajjieda applikaw biex jibbenefikaw mill-iskema. L-irċevuti ser jintlaqgħu mid-Diaprtiment tas-Sajd u l-Akkwakultura fix-xahar ta’ Novembru 2022 bil-pagamenti eliġibbli jiġu pproċessati fl-ewwel kwart tal-2023.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bijografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-biografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tagħha? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Tista’ tgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bijografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bijografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Ministeru għal Għawdex – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bijografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Attachments:PQ 1732 Ministeru għal Għawdex Segretarju Permanenti.pdf
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Segretarju Permanenti – pakkett finanzjarju u kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bijografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Bajjiet ta’ Kemmuna – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajjiet ta’ Kemmuna? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1198, tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra liema huma l-entitajiet li qed isiru t-taħdidiet magħhom u jekk il-pjan ta’ tħejjija ġiex finalizzat sabiex ix-xogħol neċessarju jsir tul is-sajf li ġej?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tiddiskuti proġetti fl-area indikata ma’ Infrastructure Malta prinċipalment. F’dan l-istadju l-Korporazzjoni qiegħda f'diskussjoni biex tiffinalizza skeda ta' interventi ppjanati li jidħlu fil-proġett ippjanat ta' Infrastructure Malta.