Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti preżentement li qed jagħmlu użu minn continuous glucose monitors provduti mill-Gvern? Jista’ wkoll jagħti break down tal-pazjenti skont il-gruppi tal-etajiet?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li preżentament hawn 1,376 li jagħmlu użu minn continuous glucose monitors provduti mill-Gvern. Dawn jinkludu pazjenti tat- Type 1 Diabetes, Gestational Diabetes, Pancreatectomy, Pancreatic Atrophy u Chronic Pancreatitis.
Jista’ l-Ministru jgħid kif kien imqassam il-phasing tal-introduzzjoni tal-continuous glucose monitors għall-pazjenti tad-dijabete tat-tip 1, inkluż id-data ta’ meta bdew jiddaħħlu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li fi Frar, 2021 beda t-tqassim tal-CGMs lil tfal li huma Type 1 Diabetes Mellitus u li kienu taħt is-16-il sena. Fl-2022, din il-miżura ġiet estiża għal min għandu 21 sena jew anqas. F’Marzu 2023, bdew jikkwalifikaw dawk li għandhom 23 sena jew anqas. F’Awwissu tal-istess sena, dan it-tqassim beda jsir ukoll għal min għandu 35 jew anqas u kompla jiġi estiż għal min għandu 40 sena jew anqas f’Ottubru 2023.
F’Mejju 2024, persuni li għandhom 45 sena jew anqas bdew jikkwalifikaw. Magħhom ġew inklużi pazjenti bil-Gestational Diabetes kif ukoll dawk bil-Pancreatectomy u huma fuq l-insulina.
F’Awwissu 2024, kull pazjent bit-Type 1, Gestational DM u pazjenti bil- Pancreatectomy fuq l-insulin bdew jikkwalifikaw.
Fil-bidu ta’ din il-sena, pazjenti bil-Pancreatic atrophy u Chronic Pancreatitis ġew eliġibbli għal dan is-servizz.
Garaxxijiet b’servizz ta’ car leasing/car hire - Rekwiżiti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-rekwiżiti ta’ garaxx biex jopera servizz ta’ car leasing/car hire, fost l-oħrajn u jekk huwiex meħtieġ permess ta’ Public-Service Garage?
Response (BONETT, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi operatur li joffri servizzi ta’ kiri ta’ vetturi għandu bżonn jissodisfa l-kriterji elenkati f’Taqsima V tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 499.68.
Binja fejn jingħataw is-servizzi tal-counselling - Lift ma jaħdimx
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul din is-sena, kienx hemm ġranet meta l-lift fil-binja fejn jingħataw is-servizzi tal-counselling ma kienx qed jaħdem, tant li rriżulta li kien hemm min kellu jħassar is-sessjoni tiegħu minħabba f’hekk? Jekk iva, meta kienu dawn il-ġranet u x’azzjoni ttieħdet f’kull każ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaċċerta li jkun hemm aċċessibbiltà bejn il-binjiet tal-Inġinerija, ICT u Biomedical u l-faċilità prinċipali fl-Università ta’ Malta, mingħajr il-ħtieġa li persuna tgħaddi mir-ring road, hekk kif ir-ring road mhijiex mezz sigur ta’ aċċessibbiltà?
Response (GRIMA, CLIFTON)
L-Università ta’ Malta ilha snin taħdem b’mod sistematiku biex ittejjeb l-aċċessibbiltà tal-kampus tagħha u biex tassigura li studenti u membri tal-persunal b’diffikultajiet ta’ mobbiltà jew diżabilità jkunu jistgħu jiċċaqalqu b’mod sigur, komdu u dinjituż. Isir kull sforz biex ikunu proattivi sabiex l-aċċessibbiltà tiġi promossa mhux biss f’termini ta’ aċċess fiżiku għall-binjiet, iżda wkoll f’aċċess għall-kontenut u għall-materjal ta’ tagħlim u assessjar.
Infurmat li l-Università xtrat vettura aċċessibbli għall-użu esklussiv ta’ individwi li jużaw siġġu tar-roti u/jew li għandhom diffikultajiet fil-mobbiltà. Dan is-servizz ġie introdott biex jgħin fil-moviment bejn il-binjiet tal-Inġinerija, ICT u Biomedical u l-faċilità prinċipali tal-Università, mingħajr il-ħtieġa li tintuża r-ring road. Is-servizz huwa disponibbli fuq talba u huwa organizzat b’mod flessibbli biex jakkomoda skedi differenti u bżonnijiet individwali hekk kif dawn jinqalgħu. Minn rapporti li waslu għand l-Università s’issa, jindika li dan is-servizz mhux biss qed jaħdem tajjeb, iżda huwa wkoll reattiv u adattabbli għall-bżonnijiet reali ta’ kuljum tal-utenti tiegħu.
L-Università għandha uffiċċju ddedikat biex jappoġġa studenti b’diffikultajiet ta’ mobbiltà u diżabilità oħra u jaħdem mill-qrib ma’ studenti individwali, inklużi dawk b’nuqqas ta’ vista, sabiex jiġu mfassla arranġamenti personalizzati.
Infurmat ukoll li jsiru audits ta’ aċċessibbiltà fuq partijiet differenti tal-kampus u mir-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw isir it-tibdil meħtieġ. L-Università tirrispondi b’mod regolari għal każi individwali li jiġu rrappurtati lilha u, fejn ikun meħtieġ, jiġu implimentati soluzzjonijiet adatti għal kull sitwazzjoni. Il-binjiet u l-infrastruttura ġdida li qegħdin ikunu ppjanati isiru b’mod li jinħolqu spazji aktar inklużivi u aċċessibbli għal kulħadd.
Rigward l-aċċess bejn il-binjiet tal-ICT u ż-żona tal-quadrangle, qegħdin jiġu esplorati u mħejjija soluzzjonijiet infrastrutturali fit-tul biex tiġi żgurata mobbiltà aktar sigura, diretta u awtonoma bejn dawn iż-żoni, biex tonqos kemm jista’ jkun id-dipendenza fuq mezzi li mhumiex maħsuba primarjament għall-mixi bħal ring road.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32060 u 32194 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27998, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien is-sehem finanzjarju li ħallas il-Gvern lill-Kumitat Olimpiku Malti għal-logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023, peress li fit-tweġiba kont mitluba li nagħmel il-mistoqsija lill-Kumitat Olimpiku Malti? Jista’ jgħid ukoll jekk il-fondi li ngħataw kenux biżżejjed biex jiġu koperti l-ispejjeż kollha li kienu meħtieġa? Jekk le, liema fondi għad iridu jgħaddu għand dan il-Kumitat?
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31872 u 32170 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell primarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31871 u 32169 u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’livell sekondarju li għandhom multi-sensory room? Jista’ jgħid ukoll liema huma dawk l-iskejjel f’livell sekondarju li ma għandhomx multi-sensory room?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Gvern investa f’Reach Units fejn f’livelli medji insibu 4 u f’dawk sekondarji nsibu 4 oħra. Dawn jinsabu fil-Kulleġġi ta’ Santa Margerita, San Injazju, Santa Tereża u San Tumas Moore.
Ninforma lill-Onor. Interpellanta wkoll li matul l-2026 mistenni li jinfetħu iżjed Reach Units fosthom fil-Kulleġġ San Benedittu u fil-Kulleġġ ta’ Maria Reġina.
Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat u DDS - MoU
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31937, tista’ l-Ministru tgħid kemm dam biex sar il-memorandum ‘Freedom to Live – Malta’s 2021-2030 National Strategy on the Rights of Disabled Persons.’, li sar bejn il-Ministeru u d-Department of Disability Studies (DDS)?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li “Freedom to Live” huwa l-isem bl-Ingliż tal-Istrateġija Nazzjonali 2021‑2030 ta’ Malta dwar id‑Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, u li ebda MoU ma jeżisti b’dak l‑isem ma’ ebda entità.
FSWS - Passi li jittieħdu f’każijiet fejn koppji jgħixu f’postijiet dilapidati
Question
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 31942 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u tgħid x’passi jittieħdu ma’ dawk il-koppji li jkunu ser jittieħdulhom it-tfal mill-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) minħabba li jkunu jgħixu f’postijiet dilapidati?
Response (FARRUGIA, JULIA)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31941 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli u jgħid jekk teżistix definizzjoni legali ta’ ‘homelessness’?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.