Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti tal-management ta’ SportMalta, inkluż tal-Kap Eżekuttiv, diretturi u kapijiet tad-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt SportMalta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista tal-karigi u l-ħlasijiet li jirċievi l-maniġment ta’ SportMalta hu kif indikat fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru:
a. Jinforma lill-Kamra x’kienet l-ispiża totali tax-Shooting Range nazzjonali f’Ta’ Kandja; u
b. Iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tqassim ta’ din in-nefqa, inkluż lista tal-kumpaniji kollha li bbenefikaw minn din in-nefqa u l-ammont li kull kumpanija, flimkien mal-kontribuzzjoni eżatta, tat għal dan il-proġett?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jispjega lill-Kamra għaliex ix-Shooting Range f'Ta' Kandja jinsab fi stat ħażin, kif ġie rrapportat fil-media, wara nefqa ta’ miljuni ta’ Ewro ftit snin ilu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-Shooting Range f'Ta' Kandja hi operattiva. Ninfurmah ukoll li riċentament kien hemm tliet kompetizzjonijiet internazzjonali kif ukoll lokali mħejjija mill-Malta Shooting Sport Federation (MSSF) kif ukoll mill-FKNK. Uħud minn dawn il-kompetizzjonijiet kellhom ukoll attendenza minn tiratturi barranin li kollha faħħru ħafna l-post.
Jista' l-Ministru jispjega meta se tissewwa x-Shooting Range f’Ta’ Kandja u x'se tiswa lill-pubbliku biex tissewwa?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tiswija fuq ix-xibka kkaġunata minn riħ qawwi li laqtet lill-istess faċilità ser issir permezz ta' tender li ġie ppublikat fil-ġimgħat li għaddew. Rigward range numru 4 bħalissa għaddejja medjazzjoni mal-kuntrattur sabiex din tiġi riżolta. Infurmat li l-medjazzjoni tinsab f'fażi avvanzata.
San Pawl il-Baħar – Triq San Publiju – problema ta' vultaġġ baxx
Question
Tista’ l-Ministru tgħid hemmx xi pjan biex tissolva l-problema ta’ vultaġġ baxx li qed jesperjenzaw ta’ kuljum ir-residenti fi Triq San Publiju, San Pawl il-Baħar, u meta għandhom jistennew li din tissolva?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Enemalta bejn Lulju u Awwissu għamlet ix-xogħlijiet meħtieġa għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku li fost oħrajn jaffettwa lir-residenti ta’ Triq San Publiju.
L-Enemalta għaddejja b’ritmu tajjeb bil-pjan tagħha biex issaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni fil-pajjiż.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta' lukandi liċenzjati biex joperaw fil-lokalitajiet tal-Kottonera u l-Kalkara?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għaddietli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu jidher li m’hemm l-ebda lukanda liċenzjata f’dawn il-lokalitajiet, però hemm numru ta’ stabbilimenti li huma konsidrati bħala akkomodazzjoni kollettiva kif ukoll numru ta’ postijiet li huma liċenzjati biex jospitaw it-turisti.
Kottonera u Kalkara – postijiet liċenzjati biex jospitaw turisti
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm huwa n-numru ta' postijiet illi huma liċenzjati biex jospitaw it-turisti iżda li mhumiex lukandi fil-lokalitajiet tal-Kottonera u l-Kalkara?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li għaddietli l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, in-numru ta’ hostels, holiday furnished premises, host families u guest houses fil-Kottonera u l-Kalkara jammontaw għal 192 u huma s-segwenti:
Hostels (1)
Holiday Furnished Premises (149)
Host Families (30)
Guest Houses (12)
· Kalkara – 1
·Bormla – 44
·Birgu – 49
·Isla – 35
·Kalkara – 21
·Bormla – 10
·Birgu – 10
·Isla – 8
·Kalkara – 2
·Bormla – 7
·Birgu – 1
·Isla – 3
·Kalkara - 1
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, hux se tkun qed tiġi impjegata ma’ Infrastructure Malta? Jekk iva, x’se jkun ir-rwol tagħha u kemm se tkun ir-remunerazzjoni tagħha? Kif intgħażlet din il-persuna peress li ma kien hemm l-ebda sejħa pubblika?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata ġiet trasferita fuq il-kotba ta’ Infrastructure Malta minn entità oħra tal-Gvern u tokkupa kariga maniġerjali fl-istess livell tal-kariga oriġinali li kellha fl-entità indikata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-prerekwiżiti biex wieħed jaħdem bħala social worker fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, sabiex wieħed jaħdem bħala ħaddiem soċjali jkollu bżonn waħda mill-kwalifiki kif indikat hawn taħt hekk kif jitlob il-Kap. 468 tal-Liġijiet ta’ Malta li jirregola lill-istess professjoni. Dawn il-kwalifiki huma:
· Diploma (livell 5) fis-social work
jew
· Lawrija fil-livell ta’ Baċċellerat (livell 6) fis-social work
jew
· Lawrija fil-livell ta’ Master’s (livell 7) fis-social work
FSWS – social welfare professionals — prerekwiżiti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-prerekwiżiti biex wieħed jaħdem bħala social welfare professional fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li, sabiex wieħed jaħdem bħala Social Welfare Professional (SWP) jkollu bżonn il-kwalifika f’Livell 6 fl-Istudji Umanistiċi (Humanities).
FSWS – social workers u social welfare professionals – rwoli u funzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’jiddistingwi r-rwoli u l-funzjonijiet tas-social workers u s-social welfare professionals fi ħdan il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS)?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li s-Social Work hi professjoni illi hi rregolata mill-Kap. 468 tal-Liġijiet ta’ Malta u hija professjoni li hija abbinata ma’ taħriġ speċifiku.
Meta l-istudenti jiggradwaw bħala ħaddiema soċjali, ikunu l-ewwel iridu jagħmlu perjodu ta’ sentejn ta’ xogħol taħt superviżjoni biex wara jingħataw warrant illi jippermettilhom jerfgħu ċerti responsabbiltajiet professjonali, u anke jaħdmu b’mod aktar indipendenti u mhux aktar taħt is-superviżjoni ta’ social worker ieħor.
Is-Social Work, bħala professjoni, taqdi erba’ rwoli prinċipali mal-klijenti tagħha. Dawn huma:
1. Rwol ta’ għalliem soċjali;
2. Rwol ta’ facilitator fil-ħajja tal-klijenti;
3. Rwol ta’ medjatur (mhux legali) fejn hemm bżonn;
4. Rwol ta’ social broker fejn dan iqabbad lil klijent ma’ servizzi li huma idoneji għal persuna.
Permezz ta’ proċess ikkurat ta’ assessment, is-social worker jipprova jifhem il-persuna li qed jgħin x’għandha bżonn sabiex tintegra iktar fis-soċjetà u b’hekk ikun mfassal pjan ta’ kura (care plan) kemm jista’ jkun totali sabiex ċertu nuqqasijiet ikunu sorveljati u eventwalment riżolti.
Funzjoni oħra importanti ta’ ħaddiem soċjali hi li jiġġenera rapporti illi apparti li joffru sfond ta’ verifika u assessment, joffru ukoll opinjoni jew ipoteżi informata skont il-mestier.
Is-Social Welfare Professional hu titlu, illi fl-FSWS jingħata lil dawk il-professjonisti illi huma ggradwati f’suġġetti umanitarji illi għandhom it-taħriġ neċessarju sabiex jassistu lin-nies fuq diffikultajiet prattiċi. Filwaqt li Social Welfare Professional ma jistax jieħu inkarigu b’mod indipendenti, jew jagħmel interventi li huma iktar intiżi sabiex jgħinu lil persuna tinbena għal bidla, dawn il-professjonisti jagħmlu ħafna xogħol siewi ta’ assessjar, verifiki, ġbir ta’ informazzjoni, assistenza prattika mal-klijenti, eċċ. Is-Social Welfare Professional, bħas-Social Worker jagħmel rapporti fuq verifiki illi jkun għamel, imma dan ma jistax jagħmel ipoteżi soċjali fuq il-każ inkwistjoni, anke għax diversi liġijiet bħal dik tal-protezzjoni tal-minuri u tal-vjolenza domestika jitolbu li tali rapporti, speċjalment fejn iridu jiġu ppreżentati fil-Qrati jridu jsiru minn social worker bil-warrant.
Tajjeb li nikkonkludi billi ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li n-nomenklatura ta’ Social Welfare Professional (SWP) mhix professjoni ivvintata u kkreata milll-FSWS imma hija professjoni u nomenklatura li qed tintuża wkoll barra minn Malta u dan minħabba li f’pajjiżi barranin ukoll hemm nuqqas ta’ social workers u li, allura, qed jiġu indirizzat ukoll b’dan il-mod.
Jista’ l-Ministru jipprovdi tabella li turi kemm-il entità liċenzjata mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) tat surrender volontarja tal-liċenzja tagħha, għal kull sena mill-2017 sal-2022? Jista’ jqassam dawn l-entitajiet skont it-tip ta’ entità (jekk hijiex trust/fiduciary; SICAV; crypto jew tali exchange; jew oħrajn)?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li l-informazzjoni mitluba tiġi ppubblikata mill-MFSA fir-rapporti annwali tagħha, u dawn huma kollha disponibbli fuq is-sit tal-entità.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm huwa n-numru ta’ konsulenti li hemm fl-Isptar Mater Dei u x’tip ta’ xogħol qed iwettqu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. interpellant illi n-numru ta’ konsulenti li hemm fl-Isptar Mater Dei u t-tip ta’ xogħol li qed iwettqu huwa kif jidher fit-tabella annessa hawn taht.
Dipartiment
Numru ta Konsulenti
A& E
16
ITU & Anaesthesia
40
Cardiac Services
14
Medicine
41
Neurosciences
9
Obs & Gynae
10
Ophthalmology
9
Orthopaedics
13
Paediatrics
21
Surgery
36
Hyperbaric Unit
2
Infection control
1
Medical Imaging
21
Pathology
19
SAMOC
8
Dermatology
6
CMO/Cardiothorasic Surgery
1
Medical Director / Surgery
1
Medical Administrator
1
Clinical Performance Unit
1
Administrative and Team Management
1
Risk Management
1
272
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm hemm social workers fl-Isptar Mater Dei u x’tip ta’ xogħol qed iwettqu dawn il-professjonisti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illli fl-Isptar Mater Dei hemm tim li jikkonsisti f’Service Area Leader, assistenta tagħha u disa’ social workers oħra li kollha jagħmlu dan it-tip ta' xogħol. Is-servizz huwa provdut kemm lill-pazjenti kif ukoll lill-qraba tagħhom bil-għan li jiġu pprovduti s-servizzi kollha meħtieġa biex jgħinu jiffaċilitaw il-proċess biex il-persuni rikoverati jiġu integrati lura fis-soċjetà u fl-ambjent tagħhom.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru laqgħat fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani bl-involviment tar-residenti? Fejn saru dawn il-laqgħat u f’liema ġranet saru matul din is-sena?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-laqgħat li saru matul din is-sena fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani bl-involviment tar-residenti fid-Djar Residenzjali tal-Gvern u Djar li l-Gvern għandu ftehim magħhom għal xiri ta’ sodod, ħa jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm ilu wieqaf is-servizz li kien mogħti fil-Vajrita, f’Marsaskala, u meta se jerġa’ jinbena mill-ġdid dan il-proġett biex ilaħħaq mad-domanda ta’ persuni b’diżabilità intellettwali li qegħdin fil-lista ta’ stennija?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Sapport waqfet tagħti servizz mill-binja ta’ Vajrita f’Marsaskala 4 snin ilu. Il-persuni b’diżabilità li kienu jagħmlu użu minn dan is-servizz bdew jingħataw servizz residenzjali u/jew matul il-jum minn binjiet oħra u għalhekk ma kienx hemm waqfa fl-għoti tas-servizzi lil dawn il-persuni.
Sadanittant tkompla l-proċess ta’ żvilupp ta’ dan is-sit. Il-fażi ta’ twaqqigħ tlestiet. L-approvazzjoni tal-permess tal-bini hija skedata għall-4 ta’ Ottubru 2022. L-abbozzar tat-Tender għal xogħlijiet strutturali jibda wara l-approvazzjoni uffiċjali tal-permess u l-periti inkarigati mill-proġett jistmaw li jitlesta fi żmien 3 snin.