Sptar Mater Dei: Ċentru tal-Onkoloġ-ija – Uffiċjali tas-sigurtà
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il uffiċjal tas-sigurtà jaħdem fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija fl-Isptar Mater Dei u f’kull berġa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ gwardjani tas-sigurtà li jaħdmu fl-Onkoloġija tal-Isptar Mater Dei matul il-ġurnata mit-Tnejn sas-Sibt huwa ta' sitta. Ħdud u Festi pubbliċi jaħdmu ħames gwardjani matul il-jum.
Il-Primary HealthCare għandha uffiċjal tas-sigurtà wiehed f’kull Klinika tal-Komunità.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan li ċ-ċentri tas-saħħa li preżentement jiftħu bil-preżenza ta' tabib mit-Tnejn sas-Sibt, jibdew jiftħu kuljum u b'ħinijiet itwal bi preżenza ta' tabib?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kuntrarju għal dak li kien jiġri taħt amministrazzjonijiet preċedenti, numru ta' Ċentri tas-Saħħa qed jibqgħu miftuħin il-Ħdud u l-Festi b’servizz ta’ infermiera.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara hux se jingħalaq għal xi ġimgħat/xhur? Jekk dan iseħħ, fejn ser jkun qed jingħata s-servizz ta' dan iċ-ċentru lir-residenti?
Jista' l-Ministru jispjega x'sar mill-pjan li kien qed jiġi miftiehem mill-Kunsill Lokali Rabat u l-Ministeru ftit snin ilu, biex mezzi tat-trasport goffi (coaches) jipparkjaw fi Triq l-Infetti taħt l-Imdina minflok fejn il-Villa Rumana waqt li jkunu qed jistennew turisti jżuru r-Rabat u l-Imdina, biex jonqos l-inkonvenjent kemm lir-residenti kif ukoll il-viżwal tal-lokalità?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant illi ricentement il-parking tal-coaches fiz-zona tar-Roman Villa gie ri-organizzat u jidher li s-sistema qieghda tahdem b’mod efficjenti.
Korpi Dixxiplinarji ta’ Malta – ex ħaddiema tas-servizzi li għadhom ma laħqux l-età pensjonabbli
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-ammont ta’ eks ħaddiema tas-servizzi, ċjoè Korpi Dixxiplinarji ta' Malta li huma: il-Pulizija, il-Forzi Armati, il-Faċilità Korrettiva u l-Protezzjoni Ċivili dwar in-numru ta’ persuni li għadhom ma' laħqux l-età pensjonabbli, li jirċievu biss il-Pensjoni tat-Teżor u mhux f'impjieg għas-sena 2021?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Imġarr – Triq Sir Harry Luke – problema tad-drenaġġ
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk hijiex informata bil-problema tad-drenaġġ fi Triq Sir Harry Luke, l-Imġarr, minħabba li dan mhux qiegħed ilaħħaq mad-domanda? Huwa maħsub li dan ix-xogħol isir fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx hemm każijiet rapportati riċenti rigward problemi relatati mas-sistema tad-drenaġġ fit-triq indikata minnu. Madankollu għaddejt din l-informazzjoni mressqa minnu lill-uffiċjali tekniċi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex jevalwaw tali informazzjoni u jippjanaw skont il-ħtieġa.
Fid-dawl tal-inċident li sar dan l-aħħar fil-mina ta' Triq Reġjonali, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jara li dawn it-tip ta' vetturi tal-kostruzzjoni jkun imperattiv għalihom bil-liġi, li jkollhom l-arja kondizzjonata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Air Malta – titjiriet chartered u scheduled lejn Lourdes
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1665, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid f'liema sena l-Air Malta bdiet it-titjiriet tagħha, chartered u scheduled b'mod rispettiv, lejn Lourdes?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta bdiet tagħti servizz ta’ titjiriet charter lill-operaturi tal-ivjaġġar lejn u minn Lourdes f’Marzu 1988.
Fis-sajf tal-2018 u 2019 it-titjiriet lejn u minn Lourdes ġew operati bħala titjiriet regolari bi skeda.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1666, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid f'liema perjodu u/jew perjodi tas-sena l-Air Malta kienet ittir lejn Lourdes u lura?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta kienet topera titjiriet diretti lejn Lourdes matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu, u matul il-btajjel tal-Għid, dejjem skont id-domanda mis-suq lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1667, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti rendikont ta' kull sena b'mod separat, ta’ kemm-il passiġġier siefer mal-Air Malta mill-bidu li bdiet topera t-titijiriet lejn Lourdes?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19557 tal-Leġiżlatura XIII.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1668, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għalfejn il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta ma inkludietx it-titjiriet regolari tagħha, kemm dawk chartered kif ukoll scheduled, lejn Lourdes u lura?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Air Malta lesta li toffri s-servizz tagħha permezz ta’ titjiriet ‘charter’ lejn din id-destinazzjoni jekk ikun hemm domanda biżżejjed mill-aġenti tal-ivvjaġġar .
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1669, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta terġa' tibda t-titjiriet regolari tagħha lejn Lourdes u lura?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-preżent l-Air Malta m’għandhiex pjanijiet definittivi sabiex terġa’ tintroduċi servizzi bi skeda bejn Malta u Lourdes, hemm ukoll linja tal-ajru oħra li diġà qed topera din ir-rotta.
Kunsilli lokali – ilmenti dwar ħmieġ jew problema ta’ skart
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1431 u 1967 u jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment dwar ħmieġ jew problema ta’ skart ġew irreġistrati fil-Kunsilli Lokali kollha, u b’mod rispettiv għal kull lokalità, fl-aħħar sentejn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht:
Lokalità
Numru Totali ta' Ilmenti (2017-2022)
Il-Belt Valletta
(Citta' Umilissima)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
L-Imdina
(Citta' Nobile)
NIL
Il-Birgu
(Citta` Vittoriosa)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
L-Isla
(Citta' Invicta)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
Bormla
(Citta Cospicua)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
Ħal Qormi
(Citta' Pinto)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
Ħa¿-¯ebbuġ
(Ċitta Rohan)
400
Ħa¿-¯abbar
(Citta' Hompesch)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
Is-Siġġiewi
(Citta Ferdinand)
140
I¿-¯ejtun
(Citta` Beland)
4,970
Ir-Rabat (Għ)
(Citta` Victoria)
419
Ħ'Attard
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard, illi l-istess Kunsill m’għandux system ta’ mail registration jew complaint handling system. Infurmati li zmien ilu kien hemm sistema li kienet tithaddem fuq pjattaforma tal-Gvern imma din ma baqgħetx tiffunzjona.
Inoltre, infurmati illi kull ilment li jidhol minn facebook jew bl-imejl, jigi mghoddi u rrispondut minnufih anka wara l-hin tax-xoghol minhabba li l-istaff kollu inkluż is-Sindku ghandu access għall-facebook page tal-Kunsill u l-imejl mid-dar.
Ħal Balzan
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħal Balzan, illi l-istess Kunsill m'ghandux tali informazzjoni.
Birkirkara
4,000
Bir¿ebbuġa
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
Ħad-Dingli
1,665
Il-Fgura
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva.
Il-Floriana
Il-Kunsill Lokali tal-Floriana jinforma li jirċievi numru ta’ lmenti kuljum b’mezzi differenti. Dawn l-ilmenti jiġu indirizzati mill-istaff amministrattiv u l-ħaddiema manwali skont il-ħtieġa, iżda l-Kunsill Lokali ma għandu l-ebda sistema jew proċedura li tirreġistra dawn l-ilmenti u lanqas ir-riżorsi biex tinġabar din l-informazzjoni. Għaldaqstant ma jistax jiġi determinat numru ta’ lmenti li saru mill-1 ta’ Lulju 2020.
Il-Fontana
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma baaghtx l-informazzjoni relattiva.
il-Gudja
174
Il-G¿ira
1350
Għajnsielem
48
L-Għarb
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
Ħal Għargħur
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
L-Għasri
4
Ħal Għaxaq
586
Il-Ħamrun
Nixtieq ninfurmak li l- kunsill ma jżommx id-data simili, kemm ghax jiġu mħassra kif ukoll għax fuq certi ilmenti jittiehdu l-azzjonijiet mal-ewwel fuqha.
L-Iklin
75
Il-Kalkara
44
Ta' Kerċem
Nixtieq niġbed l-attenzjoni illi għandha ssir differenza bejn rapport u ilment. Il-Kunsill Lokali ġieli rċieva rapport ta' xi skart fit-triq imma dan mal-ewwel jigi nnutat u nibagħtu l-ħaddiema biex inaddfuh. Għalhekk, dan qatt ma jsir ilment.
Ħal Kirkop
41
Ħal Lija
624
Ħal Luqa
105
Il-Marsa
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
Marsaskala
1,600
Marsaxlokk
57
Il-Mellieħa
1676
L-Imġarr
571
Il-Mosta
280
Mqabba
61
L-Imsida
842
Il-Munxar
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
In-Nadur
70
In-Naxxar
NIL
Ir-Raħal Ġdid (Paola)
111
Pembroke
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
Tal-Pieta'
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
Il-Qala
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
Il-Qrendi
750
Ir-Rabat (Mt)
60
Ħal Safi
90
San Ġiljan
3,604
San Ġwann
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
San Lawrenz
8
San Pawl il-Baħar
1,190
Ta' Sannat
52
Santa Luċija
96
Santa Venera
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
Tas-Sliema
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, illi l-informazzjoni mitluba mhux kwantifikabbli'
Is-Swieqi
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatx l-informazzjoni relattiva.
Ta' Xbiex
50
Ħal Tarxien
115
Ix-Xagħra
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra, illi l-istess Kunsill ma jżommx registru ta' dawn l-ilmenti minhabba li dawn ma jersqux għall-konsiderazzjoni tal-Kunsill fil-laqghat statutorji.
Ix-Xewkija
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv għadu ma bagħatxl-informazzjoni relattiva.
Ix-Xgħajra
47
Iż-Żebbuġ (Għ)
21
Iż-Żurrieq
673
L-Imtarfa
416
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk ingħatax direct order ta' €118,800 biex tinxtara s-sistema tal-FOBS għall-istudenti? Jekk iva, jista' dan it-tender jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha studenti jsegwu programmi u korsijiet l-American University of Malta (AUM) fis-sena skolastika 2019/20, 2020/21 u 2021/22?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’huwiex f’pożizzjoni li jagħti nformazzjoni dwar in-numru ta’ studenti f'l-ebda istituzzjoni privata, inkluż din msemmija. Dan għaliex din hija informazzjoni ta' entita privata, għandha sensittività kummerċjali u hija miksuba b’mod kunfidenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-American University of Malta (AUM) qattx kienet soġġetta għal xi awditjar? Jekk iva, liema kienu u jekk jistax ipoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Università Amerikana ta’ Malta kienet soġġetta għal verifika tal-Assikurazzjoni ta’ Kwalità esterna skont S.L.607.03, Artikolu 38 (I). Iż-żjara tal-verifika tal-EQA saret bejn it-13 u l-15 ta’ Ottubru 2020. Ir-rapport tal-EQA ġie ppubblikat f’Lulju tal-2021.
L-Università Amerikana ta’ Malta għaddiet ukoll minn verifika tal-kwalità tal-programm bħala parti mill-kundizzjonijiet għal-liċenzjar tagħha. It-tieni verifika tal-EQA ser tikkonsisti f’verifika tal-kwalità tal-programm tal-korsijiet kollha li jkunu ntemmu sar-raba’ sena tal-operat, kif ukoll tal-proċessi tal-operat u r-riżultati tal-Iskola, tal-Istudji u r-Riċerka tal-Gradwati. Iż-żjara tal-verifika tal-programm saret bejn is-27 u d-29 ta’ April 2022. Dan ir-rapport għadu qed jitħejja.
American University of Malta – lectures full-time u part-time
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellha letturi full-time u part-time l-American University of Malta (AUM) għas-sena akkademika 2021/22?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru m’huwiex f’pożizzjoni li jagħti nformazzjoni dwar in-numru ta’ letturi f'l-ebda istituzzjoni privata, inkluż din msemmija. Dan għaliex din hija informazzjoni ta' entita privata, għandha sensittività kummerċjali u hija miksuba b’mod kunfidenzjali.
MCAST – Vakanzi fil-gradi ta’ Director u Deputy Director
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1498 u jipprovdi kopja tal-vacancy forms kollha li ġew approvati mis-Segretarju Permanenti għall-gradi ta' Director u ta' Deputy Director fl-MCAST minn Ġunju 2018 sa Mejju 2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif miġbur huwa kollu fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
MCAST — Vakanzi fil-gradi ta’ Director u Deputy Director
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1499 u jipprovdi lista tar-requirements għall-gradi ta' Director u Deputy Director għall-vacancies kollha li ħarġu għal dawn il-gradi minn Ġunju 2018 sa Mejju 2022? Xi kwalifiki kellha kull persuna li ġiet magħżula għal kull vacancy li ħarġet minn Ġunju 2018 sa Mejju 2022 għall-gradi ta' Director u Deputy Director?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.