Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Artijiet – pagamenti ta’ proprjetajiet f’idejn il-Gvern taħt it-titolu “Possession and Use”

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm ħarġu pagamenti sal-aħħar tas-sena 2021 fir-rigward tal-proprjetajiet li fil-mument jinsabu f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ Possession and Use?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-aħħar tas-sena 2021 inħareġ l-ammont ta €32,004.65.

Ħal Tarxien — Triq Santa Maria – tindif ta’ spralli

Question

Jista’ l-Ministru jara u jagħti d-direzzjoni neċessarja sabiex tul is-sajf isiru x-xogħlijiet neċessarji ta’ tindif tal-ispralli li jinsabu fi Triq Santa Maria, Tarxien mill-kantuniera ta’ Triq is-Sorijiet sa Triq l-Iskola?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Leg 14 PQ #1951 Sitting 27 2022-10-03 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI (Partit Nazzjonalista)

Ħal Tarxien — Triq Santa Maria – tindif ta’ spralli

Question

Jista’ l-Ministru jara u jagħti d-direzzjoni neċessarja sabiex tul is-sajf isiru x-xogħlijiet neċessarji ta’ tindif tal-ispralli li jinsabu fi Triq Santa Maria, Tarxien mill-kantuniera ta’ Triq is-Sorijiet sa Triq l-Iskola?

Response

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ħal Tarxien — Triq Santa Maria – tindif ta’ spralli

Question

Jista’ l-Ministru jara u jagħti d-direzzjoni neċessarja sabiex tul is-sajf isiru x-xogħlijiet neċessarji ta’ tindif tal-ispralli li jinsabu fi Triq Santa Maria, Tarxien mill-kantuniera ta’ Triq is-Sorijiet sa Triq l-Iskola?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien illi l-ispralli kollha tal-lokalità ta' Ħal Tarxien tnaddfu kollha mill-Kunsill Lokali matul ix-xahar ta' Awwissu 2022.

Żurrieq – lista ta’ xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2001, jista' l-Ministru jikkonferma li meta jinqalgħu t-toroq minħabba l-proġett għat-taffija tal-għargħar, mhux se jinbidlu servizzi oħrajn għaliex jew ilhom li ġew installati jew għaliex għandhom il-ħsara?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 2092 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Studju dwar l-ilma tax-xita li jispiċċa fil-baħar

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2002, tista' l-Ministru tgħid meta sar l-aħħar studju dwar l-ammont ta' ilma tax-xita li jispiċċa l-baħar u tqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill Onor. Interpellant li qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport dwar l-ilma tax-xita (surface runoff) li ġie ppublikat fl-2019, bit-titolu “Preliminary Flood Risk Assessment for the Malta River Basin District”. Dan huwa rapport li jsir mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma fuq perjodu ta kull sitt snin bħala parti mill-implimentazzjoni tad-Direttiva Ewropea dwar l-Għargħar (EU Floods Directive).

Impjanti tal-konkos – ilma tal-pjan

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ittella' ilma mill-ilma tal-pjan mill-impjanti tal-konkos u b'liema rata medja għal kull sena dan inxtara, maqsuma sena b'sena, mill-2011 sal-2021?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. ( Korrezzjoni: Ara dokument PL 600 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 28, tat-Tnejn 4 ta' Ottubru 2022)

Ħal Safi: Triq Tal-Ħlantun – Traffiku ta’ vetturi kbar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li t-traffiku ta' vetturi kbar se jkun projbit li jgħaddi minn Triq Tal-Ħlantun, Ħal Safi, ħlief għal dawk biex jagħtu xi servizz fl-istess triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità tat-Transport m’għandha l-ebda talba f’dan ir-rigward.
Leg 14 PQ #2096 Sitting 27 2022-10-03 Oral · Final From: STANLEY ZAMMIT (Partit Nazzjonalista)

Ħal Għaxaq, il-Gudja u Marsaxlokk – strutturi li mhumiex skont il-permess – stop and enforcement notices

Question

Jista' l-Ministru jipprovdi lista ta' Stop and Enforcement Notices relatati ma' strutturi li mhumiex skont il-permess maħruġ mill-2013 sal-2021 f'Ħal Għaxaq, il-Gudja u Marsaxlokk? Jista' jgħid ukoll liema minnhom għadhom attivi, meta kienet l-aħħar spezzjoni f'dawk li kienu attivi fid-data tal-ispezzjoni u x'azzjoni ttieħdet u liema minnhom ġew magħluqa u meta?

Response

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Avviżi biex Tieqaf u ta’ Twettieq relatati ma’ strutturi li mhumiex skont il-permess maħruġin mill-2013 sal-2021 f’Ħal Għaxaq, il-Gudja u Marsaxlokk huma: EC/00395/12, EC/00025/13, EC/00026/13, EC/00083/13, EC/00064/13, EC/00109/13, EC/00187/13, EC/00234/13, EC/00238/13, EC/00264/13, EC/00266/13, EC/00280/13, EC/00040/14, EC/00046/14, EC/00061/14, EC/00051/14, EC/00094/14, EC/00067/14, EC/00235/14, EC/00252/14, EC/00300/14, EC/00306/14, EC/00318/14, EC/00375/14, EC/00374/14, EC/00402/14, EC/00418/14, EC/00005/15, EC/00121/15, EC/00154/15, EC/00180/15, EC/00183/15, EC/00200/15, EC/00185/15, EC/00198/15, EC/00210/15, EC/00215/15, EC/00214/15, EC/00222/15, EC/00227/15, EC/00233/15, EC/00259/15, EC/00284/15, EC/00293/15, EC/00306/15, EC/00008/16, EC/00048/16, EC/00072/16, EC/00159/16, EC/00126/16, EC/00268/16, EC/00278/16, EC/00280/16, EC/00304/16, EC/00375/16, EC/00381/16, EC/00406/16, EC/00407/16, EC/00428/16, EC/00425/16, EC/00441/16, EC/00451/16, EC/00468/16, EC/00467/16, EC/00486/16, EC/00499/16, EC/00017/17, EC/00042/17, EC/00078/17, EC/00093/17, EC/00116/17, EC/00117/17, EC/00151/17, EC/00207/17, EC/00221/17, EC/00244/17, EC/00010/18, EC/00020/18, EC/00122/18, EC/00145/18, EC/00157/18, EC/00173/18, EC/00194/18, EC/00007/19, EC/00085/19, EC/00087/19, EC/00185/19, EC/00219/19, EC/00153/19, EC/00033/20, EC/00053/20, EC/00055/20, EC/00073/20, EC/00111/20, EC/00125/20, EC/00135/20, EC/00168/20, EC/00013/21, EC/00051/21, EC/00052/21, EC/00110/21, EC/00144/21, EC/00146/21, EC/00155/21, EC/00033/22, EC/00047/22, EC/00060/22

Kunsilli Lokali u Reġjuni – nuqqas ta’ Segretarju Eżekuttiv

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1976, jista' l-Ministru jikkonferma li l-Kunsill jinsab mingħajr Segretarju Eżekuttiv u għaliex ma kienx inkluż fit-tweġiba imsemmija? Kemm ilu l-Kunsill Lokali Birżebbuġa mingħajr Segretarju Eżekuttiv? X'inhi r-raġuni tad-dewmien u x'inhu l-istatus? X'inhi l-proċedura li qed tiġi applikata biex jiġi/tiġi ingaġġat/ingaġġata Segretarju Eżekuttiv u x'azzjoni qed tittieħed sadanittant biex il-kunsilli jibqgħu joperaw b'mod normali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nikkonferma illi l-post ta’ Segretarju Eżekuttiv tal-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa hu vakanti. Dan il-post hu vakanti mit-18 ta’ Mejju 2022. Bħalissa l-imsemmi Kunsill Lokali għandu Aġent Segretarju Eżekuttiv. Qed jiġi determinat proċess ġdid u dan peress li kull persuna ingaġġata bħala Segretarju Eżekuttiv ser ikollha l-opportunità li ssir uffiċjal pubbliku wara erba’ snin. Is-sejħiet il-ġodda ser ikunu qed jinħarġu dalwaqt, ma' tmiem dan il-proċess.
Leg 14 PQ #2119 Sitting 27 2022-10-03 Oral · Final From: GRAZIELLA GALEA (Partit Nazzjonalista)

Skejjel – Statementing Report għal servizz ta’ Learning Support Assistant

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm każijiet fejn il-ġenitur/i qed jistennew rapport minn Educational Psychologists tal-Gvern li huwa meħtieg sabiex uliedhom ikunu jistgħu jirċievu l-istatementing report li jiddetermina jekk l-ulied ikollhomx bżonn Learning Support Assistant, u dan qabel ma wliedhom ikunu jistgħu jibdew jattendu l-iskola? Għal kull sena (Year 1 eċċ.) kemm huma dawk it-tfal li qegħdin jistennew dan ir-rapport? X'inhi r-raġuni li għaliha qed ikun hemm daqstant tfal jistennew dan ir-rapport u x'qed isir biex dan id-dewmien jinqata’? Billi jidher li n-numru ta’ ġenitur/i li qed jirrikorru għand il-privat biex jiksbu dan ir-rapport qed jiżdied, u dan biex ma jintilifx ħin prezzjuż għal uliedhom, jista’ l-Ministru jassigura li dawn il-ġenitur/i jingħataw lura l-ispejjeż li jkunu ħallsu għal dan ir-rapport fil-privat?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda student li qed jistenna rapport minn naħa tas-servizz offrut mill-Ministeru għall-Edukazzjoni qabel ma jibda jattendi l-iskola.

Buġibba, il-Qawra u s-Salina – irwejjaħ ġejjin mill-Miżbla tal-Magħtab

Question

Tista’ l-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni li għaliha fl-inħawi qrib il-Magħtab, b'mod partikolari Buġibba, il-Qawra u s-Salina, qed ikun hemm ħafna rwejjaħ li jidher li ġejjin mill-Miżbla tal-Magħtab? X'passi qed jittieħdu biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’żieda, għar-risposta li kienet ingħata għall-mistoqsija parlamentari 24427 tat-XIII il-leġislatura li għalkemm fil-proċess tal-immanniġġjar tal-iskart il-ħruġ ta’ ċerti rwejjaħ huwa inevitabbli, il-kumpanija Wasteserv tieħu diversi miżuri ta’ mitigazzjoni li wasslu biex dan l-inkonvenjent illum huwa l-inqas li qatt kien. Dan huwa kkonfermat ukoll mit-tnaqqis fin-numru ta’ rapporti u lmenti li jidħlu għand l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fir-rwol tagħha ta’ regolatur. B’mod ġenerali l-irwejjaħ ikunu ġejjin mill-kontenut organiku tal-borża s-sewda, li b’xorti ħażina għadu jammonta għal madwar erbgħin fil-mija. Min-naħa l-oħra, l-miżuri ta’ mitigazzjoni, li jkopru l-operat kollu fil-kumpless ECO Hive, joħorġu anke mill-permessi IPPC li toħroġ l-Awtorità regolatorja u, fost l-oħrajn, jinkludu misting system mal-konfini kollha tal-miżbla u anke miżuri sabiex jitgħatta ż-żibel tal-wiċċ. Dawn il-miżuri jittieħdu kemm fil-landfill li qed tintuża bħalissa kif ukoll fuq is-sit tal-miżbla l-antika u dan għaliex l-iskart antik jibqa’ attiv għal ħafna snin. Min-naħa tagħha, l-ERA twettaq spezzjonijiet regolari fil-kumpless Eco Hive sabiex jiġi żgurata konformità mal-kundizzjonijiet tal-permessi IPPC inkluż li l-miżuri għall-mitigazzjoni tal-irwejjaħ ikunu qegħdin jiġu osservati. Il-pubbliku ġenerali jista’ jagħmel ukoll il-parti tiegħu billi jissepara l-iskart bil-għaqal u ma jitfax skart organiku fil-borża s-sewda.

Child Developement Assessment Unit — Statementing Report għal servizz ta’ Learning Support Assistant

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar kemm hemm każijiet fejn il-ġenitur/i qed jistennew rapport minn Educational Psychologists tal-Gvern li huwa meħtieġ sabiex uliedhom ikunu jistgħu jirċievu l-istatementing report li jiddetermina jekk l-ulied ikollhomx bżonn Learning Support Assistant, u dan qabel ma wliedhom ikunu jistgħu jibdew jattendu l-iskola? Għal kull sena (Year 1, eċċ.) kemm huma dawk it-tfal li qegħdin jistennew dan ir-rapport? X'inhi r-raġuni li għaliha qed ikun hemm daqstant tfal jistennew dan ir-rapport u x'qed isir biex dan id-dewmien jinqata’? Billi jidher li n-numru ta’ ġenitur/i li qed jirrikorru għand il-privat biex jiksbu dan ir-rapport qed jiżdied, u dan biex ma jintilifx ħin prezzjuż għal uliedhom, jista’ jassigura li dawn il-ġenitur/i jingħataw lura l-ispejjeż li jkunu ħallsu għal dan ir-rapport fil-privat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dawk l-applikazzjonijiet li waslu għand is-CDAU (Child developement and Assessment Unit) sal-aħħar ta' Ġunju 2022, fejn ġie ddeterminat li tifel jew tifla kellhom bżonn assessment pskikoloġiku sabiex ikunu jistaw jibdew l-iskola, kollha sarilhom dan l-assessment,

San Pawl il-Baħar — Triq Sir Luigi Preziosi – manutenzjoni tat-taraġ

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-taraġ li jagħti minn Triq Sir Luigi Preziosi, San Pawl il-Baħar, sat-triq t'isfel issirlu l-manutenzjoni neċessarja inkluż li jiġi miżbugħ, biex ma jibqax b'patches ta' ton differenti ta' griż u minflok ikun ta' kulur wieħed tal-istess ton?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li fl-ewwel jiem ta' Settembru 2021, il-ħaddiema ta' FTZD wettqu xogħlijiet estensivi, minn fuq s’isfel tat-taraġ li jinsab bejn Triq Sir Luigi Preziosi u Triq Santa Maria. Infurmat ukoll li dawn x-xogħlijiet saru wara snin sħaħ ta' abbandun totali.

San Pawl il-Baħar: Triq l-Imrejkba u Triq il-Konz — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex isir ix-xogħol neċessarju fi Triq l-Imrejkba u Triq il-Konz, Qawra, San Pawl il-Baħar biex jiġu rranġati, għaliex jinsabu fi stat ħażin ħafna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar illi dwar ‘Triq l-Imrejkba’ huwa mifhum, anke wara testijiet xjentifiċi li saru, illi l-ħsara msemmija f'wiċċ it-triq kienet ġejja minn żbroff tad-drenaġġ kontinwu fl-istess triq li kien ġej minn binja privata. Infurmat li dawn il-ħsarat ser jiġu msewwija hekk kif il-Kunsill jirċievi r-rapport uffiċjali maħruġ mid-Dipartiment tas-Sanità. Rigward ‘Triq il-Konz’, ninsab infurmat illi mhuwiex magħruf li hemm il-ħsara allegata mill-Onor. Interpellant.

Birkirkara – Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx ħsieb li ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara jingħalaq matul il-jiem li ġejjin? Jekk iva, meta hemm il-ħsieb li dan iċ-ċentru ma jkomplix jopera? X'inhi r-raġuni għal dan l-għeluq, jekk l-għeluq hux wieħed temporanju u meta hemm ħsieb li dan iċ-ċentru jerġa’ jiftaħ? Jista' jikkonferma li dawk li s-soltu kienu jinqdew minn dan iċ-ċentru, issa se jkollhom jinqdew miċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Mosta, il-Gżira u l-Floriana? X’inhi r raġuni li għaliha mhux se jkun hemm ċentru temporanju minn fejn jinqdew in-nies li normalment kienu jinqdew miċ-Ċentru ta' Birkirkara?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara għalaq għal perjodu temporanju fit-8 ta’ Lulju 2022 biex jibda l-programm ta’ xogħol ta' refurbishment ġenerali u mmodernizzar. Huwa ppjanat liċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Birkirkara jerġa jiftaħ il-bibien tiegħu fl-ewwel kwart tal-2023. Pazjenti li jissejħu walk-in, jiġifieri pazjenti li jkollhom bżonn lit-tabib dak il-ħin. issa qed jinqdew miċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Mosta, il-Gżira u l-Floriana. Il-pazjenti li jkollhom appuntament, jew għandhom bżonn ta’ appuntament mal-professjonisti mediċi jistgħu jagħmlu l-appuntament fejn ikunu jixtiequ huma, inkluż fil-Klinici fil-Komunità. Is-Servizz tat-Teħid tad-Demm, li jaqdi madwar 50 pazjent kuljum għadu jsir miċ-Ċentru Ċiviku ta’ B’Kara.. Iċ-Ċentru tal-Podiatrija li qiegħed ukoll fiċ-Ċentru ta’ Birkirkara qed jibqa’ joffri s-servizzi tal-podjatrija normali .

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — infiq ta' flus f'reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1893 u jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ta’ spiss jagħmlu materjal informattiv fuq il-midja kemm bħala reklamar, kif ukoll bħala slots informattivi. Dan bil-għan li l-pubbliku jkunu mgħarraf bl-attivitajiet / inizjattivi li jittieħdu. B’referenza għal dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant, it-tagħrif għall-perjodu ta’ ħames snin kif indikat minnu hu kif ġej: Inflation Media Productions: € 17,503 One Productions: €5,522
Leg 14 PQ #2162 Sitting 27 2022-10-03 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — infiq ta' flus f'reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1894 u jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ta’ spiss jagħmlu materjal informattiv fuq il-midja kemm bħala reklamar, kif ukoll bħala slots informattivi. Dan bil-għan li l-pubbliku jkunu mgħarraf bl-attivitajiet / inizjattivi li jittieħdu. B’referenza għal dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant, it-tagħrif għall-perjodu ta’ ħames snin kif indikat minnu hu kif ġej: Inflation Media Productions (Kalamita): €10,000 ONE Productions (Espresso): €4440
Leg 14 PQ #2163 Sitting 27 2022-10-03 Oral · Final From: BEPPE FENECH ADAMI (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — infiq ta' flus f'reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1895 u jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ta’ spiss jagħmlu materjal informattiv fuq il-midja kemm bħala reklamar, kif ukoll bħala slots informattivi. Dan bil-għan li l-pubbliku jkunu mgħarraf bl-attivitajiet / inizjattivi li jittieħdu. B’referenza għal dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant, it-tagħrif minn mindu twaqqaf dan il-Ministeru huwa kif ġej: ONE Productions (Espresso): €2,140 (VAT eskluż).

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — infiq ta' flus f'reklamar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1896 u jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru mill-2017 sal-lum lil One TV Productions u/jew lill-Partit Laburista u/jew lill-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, jew persuna oħra f'reklamar u/jew bħala ħlas għal stedin u parteċipazzjoni tal-Ministru odjern jew predeċessur tiegħu jew uffiċjal tal-Ministeru fil-programmi Espresso u Kalamita fuq One TV?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

L-Informazzjoni għadha qed tinġabar.