Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – direct orders
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej – direct orders
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – direct orders
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – direct orders
Question
Jista’ l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – direct orders
Question
Jista' l-Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali jgħid kemm ingħataw direct orders u l-ammont totali tal-valur tagħhom, matul din is-sena (sal-ġurnata li qed tingħata din it-tweġiba), xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.
Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti hemm ippjanati f’Ħal Luqa biex jattiraw aktar turisti lejn in-naħa t’isfel ta' Malta? F'każ ta' proġetti ppjanati, kemm hu l-baġit ippjanat li jintnefaq fuq kull proġett u meta hemm il-ħsieb li se jibda u jispiċċa dan ix-xogħol?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ser ikun qed jitħejja pjan ai termini tal-Istrateġija Maltija għat-Turiżmu sabiex jiġi estiż il-brand footprint ta’ Malta f’termini ta’ turiżmu u b’hekk jiġu identifikati proġetti f’diversi żoni madwar il-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir multi-level parking fil-parkeġġ eżistenti ta' Wied iż-Żurrieq peress li preżentement fil-maġġor parti tiegħu l-ispazju hu riservat għal coaches? Jistgħu fil-frattemp jiġu identifikati żoni oħra f'Wied iż-Żurrieq stess, li fihom jistgħu jiġi pprovdut tali parkeġġi biex fin-nuqqas ta' turisti li ġejjin minn barra l-pajjiż, aktar Maltin iżuru dan il-post turistiku sakemm isir dan il-multi-level parking?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda tevalwa l-possibilitajiet differenti fir-rigward ta’ din iż-żona flimkien ma’ Infrastructure Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ippjanat li jsir multi-level parking fil-parkeġġ eżistenti ta' Wied iż-Żurrieq peress li preżentement fil-maġġor parti tiegħu l-ispazju hu riservat għal coaches? Jista’ fil-frattemp jiġu identifikati żoni oħra f'Wied iż-Żurrieq stess, li fihom jistgħu jiġi pprovdut tali parkeġġi biex fin-nuqqas ta' turisti li ġejjin minn barra l-pajjiż, aktar Maltin iżuru dan il-post turistiku sakemm isir dan il-multi-level parking?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 18572 tal-Leġiżlatura XIII.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk matul is-sajf li ġej hux ser jerġa’ jitnieda servizz ċirkolari b’vetturi tat-trasport pubbliku minn u lejn iż-żona ta’ Wied iż-Żurrieq biex tiġi evitata konġestjoni fil-parkeġġ imsemmi?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rotta li qiegħed jagħmel riferenza għaliha mhux ser tkun qed topera din is-sena imma din l-akwata hija servuta s-sena kollha bir-rotta 201 li topera kull siegħa u bir-rotta 74 li sservi din il-lokalità fil-perjodu tas-sajf.
Żurrieq – toroq – xogħol minn Infrastruttura Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità taż-Żurrieq minn Infrastruttura Malta, separatament, hekk kif ġej minn Ġunju 2022 sa Ġunju 2023:
(a) toroq li ser jinbnew mill-ġdid għax qatt ma sar xogħol fihom;
(b) toroq li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; u
(ċ) toroq li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?
Jista’ l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:
(a) arterjali;
(b) distributorji;
(ċ) maġġuri;
(d) residenzjali; jew
(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl eċċ., jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ l-Ministru għid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.
Fil-lokalità taż-Żurrieq, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi triq ġdida fi Triq Sant’Agata, Triq San Martin, Triq l-Għerien, Sqaq Barċellona, Triq il-Mitħna, Triq Ganu, Triq E Grach, Triq il-Qroll, Triq Antonia Farrugia, Sqaq Rikka, Triq il-Qortin, triq bla isem ħdejn Triq il-Belt Valletta, Sqaq il-Waħx, Triq il-Wardija u triq bla isem ħdejha, Triq Franġisk Coleiro, Triq Wied Fulija u Triq Ħal Millieri.
Din il-lokalità ser tibbenefika wkoll mill-ikbar zewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali, il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project li ser itejbu l-junctions prinċipali ta’ Ħal Luqa u l-Gudja fir-rotta ewlenija lejn l-Ajruport. Iz-zewġ proġetti ser itejbu l-ħin tal-ivvjaġġar u jnaqqsu t-tniġġis tat-traffiku fl-inħawi tal-madwar. Fiz-Zurrieq bħalissa qegħdin isiru wkoll Triq is-Sienja, Triq Espeditu Deguara, Triq Frnacis Falzon, Triq San Ġorġ Preca u Triq ¯akkarija Roncali, waqt li fiż-żmien li ġej se jinbdew xogħljiet fi Triq Hompesch, Triq il-Midra Bubaqra, Triq l-Għarajex, triq ġdida fi Triq Fulija u Triq Madonna tal-Ħniena.
Ħal Kirkop – toroq – xogħol minn Infrastruttura Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop minn Infrastruttura Malta, separatament, hekk kif ġej minn Ġunju 2022 sa Ġunju 2023:
(a) toroq li ser jinbnew mill-ġdid għax qatt ma sar xoghol fihom;
(b) toroq li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; u
(ċ) toroq li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?
Jista’ l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:
(a) arterjali;
(b) distributorji;
(ċ) maġġuri;
(d) residenzjali; jew
(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl eċċ., jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ l-Ministru għid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjizna.
Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.
Fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Triq San Benedittu, Triq il-Lewżiet, Triq iż-Żebbiegħ u Triq San Nikola.
Din il-lokalità ser tibbenefika wkoll mill-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali, il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project li ser itejbu l-junctions prinċipali ta’ Ħal Luqa u l-Gudja fir-rotta ewlenija lejn l-Ajruport. Iż-żewġ proġetti ser itejbu l-ħin tal-ivvjaġġar u jnaqqsu t-tniġġis tat-traffiku fl-inħawi tal-madwar. F’Ħal Kirkop fiż-żmien li ġej se jinbdew ukoll xogħljiet fi Triq Nerik Xerri.
Jista’ l-Ministru jgħid x’pakkett finanzjarju għandu s-Segretarju Permanenti tiegħu? Il-pakkett finanzjarju jinkludi allowances u perkaċċi oħra? Jista’ jgħid ukoll xi kwalifiki akkademiċi għandu s-Segretarju Permanenti?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hi diġà pubblika. Din tinstab fl-Estimi Finanzjarji tal-2022, li tpoġġew diġà fuq il-Mejda tal-Kamra fl-aħħar leġiżlatura, u fuq is-sit uffiċjali tas-Servizz Pubbliku. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bijografija tas-Segretarju Permamenti fi ħdan il-Ministeru.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari huma ingaġġati skont il-manwal li kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 1741-Manual on Resourcing Polices and Procedures.pdf
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dipartiment tal-Artijiet – Fidi tat-titolu “Possession and Use”
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1483, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar il-proċedura li fil-preżent qed tiġi adottata sabiex ikun hemm il-fidi tat-titolu ta’ Possession and Use?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċedura adattata, f’każijiet fejn l-art hija miżmuma b’pussess u użu, hija skont l-artikolu 69 tal-Kap. 573, fejn issir valutazzjoni tal-fond, u l-valur li jittieħed huwa l-ammont illi l-art tista’ ġġib kieku din kellha tigi mibjugħa minn sidha volontarjament fil-mument li toħroġ id-dikjarazzjoni.
Dipartiment tal-Artijiet – proprjetajiet f’idejn il-Gvern taħt it-titolu “Possession and Use”
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm proprjetajiet li fil-mument jinsabu f’idejn il-Gvern taħt it-titolu ta’ Possession and Use?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proprjetajiet li jinsabu f’idejn il-Gvern taħt t-titolu ta’ Possession and Use sal-lum 30 ta’ Settembru 2022 huma 91.