Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – regolamenti u protokolli dwar kunflitti ta’ interess
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-regolamenti u l-protokolli li l-Ministeru japplika sabiex persuni li jaħdmu direttament fil-Ministeru jiddikjaraw kunflitti ta’ interess li jista’ jkollhom dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-istess Ministeru?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Manwal, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – regolamenti u protokolli għal kunflitti ta’ interess
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma r-regolamenti u l-protokolli li l-Ministeru japplika sabiex persuni li jaħdmu direttament fil-Ministeru jiddikjaraw kunflitti ta’ interess li jista’ jkollhom dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-istess Ministeru?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Manwal, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – regolamenti u protokolli għal kunflitti ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-regolamenti u l-protokolli li l-Ministeru japplika sabiex persuni li jaħdmu direttament fil-Ministeru jiddikjaraw kunflitti ta’ interess li jista’ jkollhom dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-istess Ministeru?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Manwal, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Saħħa – regolamenti u protokolli għal kunflitti ta’ interess
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma r-regolamenti u l-protokolli li l-Ministeru japplika sabiex persuni li jaħdmu direttament fil-Ministeru jiddikjaraw kunflitti ta’ interess li jista’ jkollhom dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-istess Ministeru?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Manwal, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – regolamenti u protokolli għal kunflitti ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-regolamenti u l-protokolli li l-Ministeru japplika sabiex persuni li jaħdmu direttament fil-Ministeru jiddikjaraw kunflitti ta’ interess li jista’ jkollhom dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-istess Ministeru?
Response (GALDES, RODERICK)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Manwal, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – regolamenti u protokolli għal kunflitti ta’ interess
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma r-regolamenti u l-protokolli li l-Ministeru japplika sabiex persuni li jaħdmu direttament fil-Ministeru jiddikjaraw kunflitti ta’ interess li jista’ jkollhom dwar materji li jaqgħu fil-kompetenza tal-istess Ministeru?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Manwal, li diġà tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kull meta jsir tindif u tibdil tal-ilma tal-pixxina li tintuża fl-isptar ta’ riabilitazzjoni St Lukes Hospital, jekk hemmx xi skeda ta’ kull meta għandu jsir tindif u jinżammux records ta’ dan? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi testijiet li jsiru fuq pazjenti biex jiġi assigurat li ma jsofrux minn xi infezzjonijiet li jistgħu jiġu trasmessi minn persuna għal oħra qabel jużaw il-pixxina?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kuljum isir it-tindif neċessarju ġol pixxina ta’ riabilitazzjoni ta' St Lukes Hospital u ssir backwash minn tal-inqas darba kuljum. L-iskeda ta’ tindif issir taħt is-superviżjoni tat-terapisti responsabbli. Il-parametri jiġu ċċekkjati tliet darbiet kuljum u t-trattamenti kimiċi jiġu mniżżla fuq log sheets u darba fil-ġimgħa jsir sample minn terzi persuni indipendenti. Il-pazjenti kollha jiġu screened għal mard infettiv.
Sptar Mater Dei – Dipartiment tal-Emerġenza – numru ta’ infermiera u tobba
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm huwa rikjest li jkun hemm tal-anqas infermiera u tobba f’kull shift ta’ xogħol fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei biex jaħdem b’mod normali? Jista’ jgħid kemm-il shift jeżisti u kemm-il infermier u tabib huwa mniżżel fih?
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1608, jista’ l-Ministru jispjega kif kien jinħadem il-kumpens għall-esproprjazzjoni ta’ art qabel l-2017?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qabel l-2017, esproprjazzjoni ta’ art kien jinħadem skont il-Kap. 88. F’każijiet li kien hemm dikjarazzjoni fil-gazzetta tal-Gvern mill-President ta’ Malta jew mill-Gvernatur Ġenerali, u ma kienx hemm avviż ta’ ftehim, l-istima kienet issir abbażi tal-01/01/2005, filwaqt li f’każijiet fejn kien hemm avviz ta’ ftehim, il-ħlas isir skont kif kien indikat fl-avviż ta’ ftehim.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li qed jiskontaw piena ta’ ħabs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija qed jiskontaw piena ta’ ħabs ġewwa l-Facilità Korrettiva ta’ Kordin? Kemm minn dawn huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jagħti lista tan-nazzjonalitajiet ta’ dawk il-barranin li qed jiskontaw piena ta’ ħabs?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ persuni li qed jiskontaw sentenza ġewwa l-Faċilità Korrettiva huwa ta’ 339 li minnhom, 219 huma Maltin filwaqt li 120 l-oħra huma ta’ nazzjonalità barranija.
Din hija l-lista tan-nazzjonalitajiet li qed jiskontaw piena ta’ ħabs:
Malta, Bangladesh, Belġju, Brażil, Burkina Faso, Chad, Eġittu, Eritrea, Etiopja, Gambja, Georgia, Ghana, Guinea, Olanda, Ungerija, Irlanda, Iran, Italja, Libja, Latvja, Mali, Marokk, Niger, Niġerja, Pakistan, Palestina, Panama, Perù, Polonja, Rumanija, Somalja, Spanja, Serbja, Sudan ta’ isfel, Sirja, Togo, Tuneżija, Renju Unit, Stati Uniti, Veneżwela u Zimbabwe.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – persuni li qegħdin fuq arrest preventiv
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu n-numru ta’ persuni li fid-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija qegħdin fuq arrest preventiv fi ħdan il-Facilità Korretiva ta’ Kordin? Kemm minn dawn huma Maltin u kemm minnhom huma barranin? Jista’ jagħti lista tan-nazzjonalitajiet ta’ dawk il-barranin li qegħdin fuq arrest preventiv?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi n-numru ta’ persuni li qegħdin fuq arrest preventiv huwa ta’ 221 persuna, 79 ta’ nazzjonalità Maltija u 142 ta’ nazzjonalità barranija.
In-nazzjonalitajiet ta’ dawk barranin li qegħdin fuq arrest preventiv huwa:
Malta, Afganistan, Albanija, Arġentina, Ażerbajġan, Bangladesh, Brażil, Bulgarija, Chad, Kolumbja, Kroazja, Repubblika Ċeka, Danimarka, Eġittu, Eritrea, Etjopja, Franza, Gorġja, Ghana, Greċja, Olanda, Ungerija, Indja, Italja, Kosta tal-Ivorju, Libja, Litwanja, Mali, Maċedonja, Moldova, Montenegro, Niger, Niġerja, Pakistan, Palestina, Filippini, Polonja, Repubblika Domenikana, Rumanija, Senegal, Somalja, Spanja, Serbja, Sri Lanka, Sudan, Suriname, Seychelles, Sirja, Ukrajna, Venezeula u Vietnam.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni jaħdmu fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, inkluż nies pajżana, u jagħti dettalji dwar il-varji karigi ta’ dawn il-persuni li jaħdmu fi ħdan il-Faċilità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-ammont ta’ nies jaħdmu mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jlaħħaq l-457 persuna li jinkludu 13-il impjegat tal-FSWS assenjati mal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Il-kariga huma maqsuma hekk: Amministrativi, Finanzjarji, Project Management, Edukazzjoni u reintegrazzjoni, qasam mediku (li jinkludi psikjatrija u psikoloġija), social workers, uffiċjali korrettivi, ħaddiema legali, ħaddiema fil-qasam tal-parole, komunikazzjoni u HR.
Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt is-€700 fix-xahar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 693 u 1600 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €700 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onot. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Persuni li jieħdu xi forma ta’ pensjoni taħt il-€500 fix-xahar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 692 u 1599 u jgħid kemm persuni kienu qed jirċievu xi forma ta' pensjoni taħt is-somma ta' €500 fix-xahar sal-aħħar tas-sena 2021? Jista' jindika dan kategorija b'kategorija, u wkoll kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onot. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Allowance għal Carer jew Allowance Miżjuda għal Carer skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet ta’ persuni li jingħataw allowance għal Carer jew allowance miżjuda għal Carer skont l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u li jkunu qed jieħdu ħsieb waħedhom, fuq bażi full-time u regolarment, tal-ġenituri tagħhom, ħuthom, nanniet, zijiet, kunjati (skont kif indikat fl-istess Att) iżda li ma jkunux qegħdin jgħixu fl-istess dar ta’ abitazzjoni ta’ dik il-persuna li għandha bżonn il-kura? Jista’ jgħid jekk għandux intenzjoni li tinbidel il-liġi biex ikun hemm carers li eċċezzjonalment u minħabba raġuni valida xorta jkunu eleġibbli anke jekk ma jkunux qed jirrisjedu fl-istess dar ta’ abitazzjoni ta’ dik il-persuna li għandha bżonn il-kura?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, l-Allowance għal Carers u l-Allowance Miżjuda għall-Carers tingħata jekk il-carer tkun qiegħda tirrisjedi mal-persuna li tkun għaddiet mill-iskrutinju tal-Bord Multi Dixxiplinarju, fl-istess abitazzjoni u skont il-parametri tal-Artikolu 68 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap 318).
Minħabba li dawn iż-żewġ benefiċċji jitħallsu skond il-livell tad-dipendenza tal-persuna kkurata, u tali livell ikun jirrikjedi il-kura kontinwa u kostanti tal-carer, minn natura tal-iskop tagħhom dawn il-benefiċċji ikun jirrikjedu li l-carer tgħix mal-persuna ikkurata biex tindokraha u tieħsu hsiebha f’kull ħin.
Fir-rigward ta’ ħsibijiet futuri, tajjeb illi nfakkar illi r-riforma fl-Allowances għal Carers ġiet introdotta fis-sena 2017 u kompliet tissaħħaħ fis-snin sussegwenti. Din ir-riforma ġabet magħha żieda fin-numru ta’ benefiċċjarji u għalhekk aktar anzjani baqgħu jgħixu fil-komunità. Mhux eskluż aktar titjib fis-snin li ġejjin.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Golexin Implant 3.6 mg għadhiex out of stock? Jista’ jgħid kemm ilha out of stock u jekk kienx hawn pazjenti li kellhom jingħataw mediċina alternattiva fin-nuqqas tagħha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-prodott bħalissa huwa disponibbli fil-POYC.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk dawk il-persuni li ġew żgumbrati fit-30 ta’ Awwissu 2022 mill-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatawx għajnuna mill-Awtorità tad-Djar? Jista’ jikkonferma jekk hemmx persuni li ġew żgumbrati li sal-lum għad ma għandhomx post fejn jgħixu u għadhom qed jgħixu barra?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat li l-persuni li ġew żgumbrati fit-30 ta’ Awwissu mill-blokka li għaliha qed issir referenza ma talbu l-ebda tip ta’ għajnuna mill-Awtorità tad-Djar. L-Awtorità ma għandha l-ebda informazzjoni li l-persuni li ġew żgumbrati qed jgħixu fit-triq.
Applikazzjonijiet pendenti għall-istallazzjoni ta’ starlift
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet approvati għall-istallazzjoni ta’ stairlift fid-djar ta’ persuni intitolati li sal-lum għadhom pendenti? Jekk iva, jista’ jgħid kemm hu n-numru ta’ dawn l-applikazzjonijiet approvati u għaliex sa issa għadhom ma ġewx ipproċessati?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba hija kif skont is-segwenti tabella:-
Raġuni għaliex pendenti
Applikazzjonijiet
Pendenti għall-iffirmar tal-kuntratt tal-għotja
11
Pendenti għal spezzjoni sabiex jiġi stabbilit l-ammont tal-għotja
13
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti tat-traffiku fis-snin 2020 u 2021 fejn f’dawn l-inċidenti tat-traffiku kien hemm min sofra xi ġrieħi? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li ġew irreġistrati mal-Pulizija, li kienu jinvolvu ġrieħi jew kienu fatali fis-snin 2020 u 2021, huwa kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt.
Tip ta' Inċident
2020
2021
Fatali
12
9
Bil-feruti
232
314
Grand Total
244
323