Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tobba ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2025

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ tobba li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-aħħar ta’ Ottubru 2025? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrifjutati fl-istess perjodu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-proċess tal-inġaġġ għadu mhux komplut.  Għaldaqstant din l-informazzjoni mhix disponibbli.

Skejjel tal-Istat – Studenti vulnerabbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti vulnerabbli fl-iskejjel tal-istat li għandhom ir-rakkomandazzjoni medika li jista’ jkollhom bżonn assistenza medika urġenti minħabba l-kundizzjoni tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hawn 132 student vulnerabbli fl-iskejjel statali li għandhom ir-rakkomandazzjoni medika u li jista’ jkollhom bżonn assistenza medika urġenti minħabba l-kundizzjoni tagħhom.

Il-Pietà u l-Ħamrun - Triq Oscar Zammit, Triq il-Franġiskani u Triq Roger Debattista - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 31993 u 32179, li oriġinarjament saru lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi u lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali rispettivament, u jgħid kemm ilhom għaddejjin ix-xogħlijiet fit-toroq Triq Oscar Zammit, il-Pietà, Triq il-Franġiskani u Triq Roger Debattista, il-Ħamrun?  Jista’ jagħti r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiż-żona indikata l-ewwel saru xogħlijiet ta’ rinfurzar tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, u sussegwentement twettqu xogħlijiet ta’ titjib tal-infrastruttura għad-distribuzzjoni tal-ilma għax-xorb kif ukoll saru bankini ġodda.  Ninsab infurmata li x-xogħlijiet kienu kompluti fil-ġimgħat li għaddew fejn anke sar l-asfaltar tat-toroq.

Spejjeż legali u extra-ġudizzjarji relatati mal-proċeduri kontra kumpanija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32138, peress li fid-decide numerata (iv) tad-deċiżjoni finali tat-Tribunal Internazzjonali tal-Kummerċ (ICC) li saret referenza għaliha fl-istess tweġiba ma hemmx spjega ta' tali ammonti, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jagħti l-ammonti li ntefqu fuq spejjeż legali, spejjeż ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji, marbuta mal-proċeduri tal-arbitraġġ kontra l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u jaqsam dawn l-ispejjeż f’tabelli separati u xahar b’xahar?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nr 31980.

Skola Medika Ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar minnu l-proġett dwar l-iskola medika ġdida li kellha tinbena ħdejn l-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għar-rapport tal-NAO, bit-titlu “An assessment of capital projects at the University of Malta” li ġie ppubblikat f’April 2023 u li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq l-Mejda tal-Kamra. Il-pjan hu li l-Medical School tkun estiża u tibqa integrata fl-Isptar Mater Dei.

Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Professjonisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jiġi żgurat li l-ftehimiet bejn il-Gvern u sptarijiet privati ma jikkawżawx riżenji ta’ professjonisti tas-saħħa mis-settur pubbliku lejn dak privat, b’riskju ta’ tnaqqis fil-kapaċità tal-isptarijiet tal-istat?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li meta professjonist jiddeċiedi li jirriżenja, mhux obbligat li jagħti r-raġuni għala jkun ser jieħu dan il-pass.

Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Kollaborazzjonijiet ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx diskussjonijiet għal kollaborazzjonijiet mal-privat ġodda f’oqsma speċifiċi bħall-onkoloġija, dijabete, saħħa mentali jew riabilitazzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sptarijiet Privati – Ftehim mal-Gvern – Listi ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar jekk il-kollaborazzjonijiet tal-Gvern mal-isptarijiet privati kinux effettivi fit-tnaqqis tal-listi ta’ stennija għal operazzjonijiet elettivi jew trattamenti oħra?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li dawn il-kollaborazzjonijiet kienu effettivi ħafna, illi ċertu listi ta' stennija li fil-passat kienu dejjem qed jiżdiedu, u issa permezz ta' dawn il-ftehimiet, issa qed jonqsu. Operazzjonijiet li ġew influwenzati drastikament huma: Total Knee Replacement, Knee Arthroscopy, Anterior Cruciate Ligament, Ftuq, u proċeduri tal-endoskopija li huma Gastroscopy u Colonoscopy.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32109 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32108 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra

Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32107 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32106 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika, tista’ l-Ministru tgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u tindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32105 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali - Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32104 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Insulin pumps - Soluzzjoni alternattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-Gvern qed jikkunsidra soluzzjoni alternattiva (second-best option) għall-provvista tal-insulin pumps, minflok l-ewwel għażla li hi dik preferuta ta’ tubeless insulin pumps?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li oriġinarjament, l-ewwel preferenza kienet għal tubeless pump.  Madanakollu kwistjoni marbuta ma’ vijabilita ekonomika minħabba s-suq żgħir tagħna, il-kumpanija Amerikana li tissupplixxi ddeċidiet li permezz tal-kumpanija sussidjarja tagħha twaqqaf in-negozjati. Sussegwentement, id-deċiżjoni kienet li mmorri għal tube pumps.  L-esperti tad-Dipartiment ma jqisux din bħala li hi inferjuri u għandha l-vantaġġi wkoll.

Pazjenti tad-dijabete - Insulin pumps

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-pjan tal-Gvern sabiex l-insulin pumps jibdew jiġu offruti lill-pazjenti tad-dijabete permezz tal-formularju jew skemi relatati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-pjan tal-Gvern hu li jsir taħriġ għall- healthcare professionals kollha li huma involuti fil-kura u l-maniġġjar ta’ dawn il-pazjenti. Sejjer jitwaqqaf 24 x 7 telephone support service għal dawn il-pazjenti.  Dan is-servizz sejjer jingħata permezz ta’ infermiera speċjalizzati fid-diabete.  Dan sejjer isir sabiex pazjenti fuq l-insulin pump therapy iħossuhom siguri u jistgħu jagħmlu dan mill-kumdita ta’ djarhom. L-insulin pump clinic sejra tkun allokata fiċ-Ċensu Moran Ċentru Reġjonali tas-Saħħa.  F’dawn l-aħħar xhur, dan iċ-Ċentru ġie mgħammar bil-faċilitajiet kollha.  Għandu jitħabbar meta l-insulin pumps jibdew jitqassmu lill-pazjenti li huma 18-il sena jew anqas.

Continuous glucose monitors - Investiment finanzjarju għad-distribuzzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-investiment finanzjarju li l-Gvern qed jalloka għad-distribuzzjoni ta’ continuous glucose monitors u jaqsam din l-informazzjoni f’tabella li turi l-investiment attwali sena 2024 u investiment imbassar sena 2025 u 2026?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-2024, l-ispiża għad-distribuzzjoni tal-CGM kienet ta’ €5,446,910. Matul l-2025, in-nefqa mistennija titla’ għal €9,237,470. Għas-sena d-dieħla, l-Gvern qed jivvota €9 miljun.