Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar — postijiet ta' residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1861 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 1045, jista’ l-Ministru jindika ż-żewġ indirizzi f’San Pawl il-Baħar (jekk mhux possibbli jingħata l-indirizz kollu, tingħata l-isem tat-triq u possibbilment l-isem tal-blokka) fejn skont it-tweġiba għall-istess domanda ġew akkwistati żewġ appartamenti mibnija mill-privat li ġew allokati għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninsab infurmat illi ż-żewġ appartamenti inkwistjoni jinsabu fi Triq il-Qalb ta’ Ġesu, San Pawl il-Baħar.

Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar — postijiet ta' residenza

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1862 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 1045, jista’ l-Ministru jindika l-indirizz għal kull post ta’ residenza li tqassam mill-2017 sad-data li fiha ġiet imwieġba l-istess domanda parlamentari u dan sena sena b’mod separat għal kull sena u kull lokalità tal-Mellieħa, Naxxar u San Pawl il-Baħar (li tinkludi żoni bħal Buġibba, il-Qawra u x-Xemxija) (jekk mhux possibbli jingħata l-indirizz kollu, tingħata l-isem tat-triq u possibbilment l-isem tal-blokka)?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ta' Qali: Pitkalija — xogħol ta' tibdil strutturali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1687 u 1922 u jagħti tagħrif dwar meta mistenni jsir xogħol ta' tibdil strutturali fil-Pitkalija f'Ta’ Qali? Meta mistenni jitlesta dan ix-xogħol? Fiex jikkonsisti x-xogħol li għandu jsir?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li sa mit-twaqqif tal-Malta Food Agency beda xogħol ta’ titjib strutturali kif ukoll xogħol ta’ manutenzjoni fiż-żoni tal-bejgħ u fid-depot tal-kaxxi. Ix-xogħol li sar jinkludi soqfa ġodda, tibdil fit-tqassim ta’ sheds, titjib f’uffiċini u faċilitajiet operattivi. It-titjib strutturali huwa proċess li mistenni jibqa’ għaddej skont kif tkun il-ħtieġa.

SkolaSajf – allokazzjoni ta’ fondi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 621 u jgħid x'baġit allokat hemm għal SkolaSajf?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni tal-baġit għal SkolaSajf 2022 kien dak ta’ €5,000,000 u li minnu gawdew ’il fuq minn 10,500 student imqassmin fl-iskejjel tal-Istat madwar Malta u Għawdex. Ta’ min jinnota li, waqt li fl-aħħar sentejn is-servizz kien affettwat drastikament bil-pandemija tal-COVID-19, din is-sena l-ammont ta’ tfal parteċipanti żdied konsiderevolment.

GEM16+ — bidliet fil-programm

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-pjan li jsiru xi bidliet fil-programm tal-GEM16+?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi wkoll għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari numru 2085, ninfurmah li m'hemm l-ebda pjan li jsiru bidliet fil-programm tal-GEM16+.

Raħal Ġdid – Programm ALP

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan li jsiru xi tibdiliet fil-programm tal-ALP f'Raħal Ġdid?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent l-iskola għaddejja bi proċess ta’ reviżjoni tas-sillabi bl-iskop li jinżamm il-livell ta’ eċċellenza fl-aspetti prattiċi kif ukoll teoretiċi tal-programm. Għaldaqstant għas-sena skolastika li jmiss m’hemmx pjanat tibdil fil-programm.

Psychological Reports — studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid jgħid jekk il-Psychological Reports tal-istudenti li jattendu f’Ċentri ta’ Riżorsi jingħatawx lill-ġenituri? Jekk le, jista’ jgħid għaliex u x'inhi l-prassi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti psikoloġiċi li jsiru mill-psikologi li jaħdmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jingħaddew lill-ġenituri tal-istudent/a.

Ċentri tar-Riżorsi – Kriterji ta’ eleġibilità

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji tal-eleġibilità mitluba minn għalliema u LSEs li jaħdmu fiċ-Ċentri tar-Riżorsi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji tal-eliġibbiltà mitluba minn għalliema u LSEs li jaħdmu fiċ-Ċentri tar-Riżorsi huma l-istess bħalma huma ta’ dawk li jaħdmu fl-iskejjel tal-mainstream.

Parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a. Kemm hi s-somma totali li ġiet tiswa l-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja tal-2022? b. Kemm kien hemm persuni involuti f’dan il-proġett? c. Min kienu dawn il-persuni u x’kompetenza kellhom għal dan il-proġett? d. Xi kriterji ntużaw biex ġew magħżula dawn il-persuni, u mhux oħrajn? e. Kemm kienet l-ispiża tal-biljetti tal-ivvjaġġar bl-ajru, trains, taxis u mezzi oħrajn? f. Kemm kienet l-ispiża tal-lukandi ta’ kull individwu? g. Kemm kienet l-ispiża tar-reklamar? h. Kemm tħallas kull wieħed minnhom? i. Kemm tħallas kull artist involut? j. Kemm tħallas kull uffiċjal u kumpanija involuti separatament? k. Kemm allowances ġew mogħtija lil dawn l-imsemmija uffiċjali u kumpaniji?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li: a. Kemm hi s-somma totali li ġiet tiswa l-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja tal-2022? Kiri tal-Padiljun ta' Malta ġewwa Venezja: EUR155,000 Grant lit-Team Kuratorjali: Euro150,000 b. Kemm kien hemm persuni involuti f’dan il-proġett? It-tim kuratorjali kien jikkonsisti minn seba' persuni. c. Min kienu dawn il-persuni u x’kompetenza kellhom għal dan il-proġett? Keith Sciberras, Kokuratur Kap tad-Dipartiment tal-Arti u tal-Istorja tal-Arti fil-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta. Fl-2005 intlaqa’ bħala Andrew W. Mellon Senior Fellow mid-Dipartiment tal-Pitturi Ewropej tal-Metropolitan Museum of Art ta’ New York. Fl-2012 inħatar fiduċjarju tal-Assoċjazzjoni tal-Istoriċi tal-Arti ta’ Londra. Ippubblika b’mod estensiv dwar Caravaggio, l-iskultura Barokka Rumana u l-pittura Barokka Taljana filwaqt li ta kontribut f’bosta proġetti ta’ riċerka u wirjiet internazzjonali. Sciberras huwa Membru tas-Senat u Delegat tar-Rettur għall-Kuratela tal-Bini Storiku u tax-Xogħlijiet Artistiċi. Jeffrey Uslip, Kokuratur Kuratur ibbażat fi New York. Uslip organizza diversi esibizzjonijiet ma’ wħud mill-aktar artisti innovattivi, versatili u impenjattivi ta’ żmienna. Bħalissa qiegħed jikkura l-Biennale ta’ Vancouver 2018-2020 re-IMAGE-n. Bejn l-2014 u l-2017 serva bħala Deputat Direttur għall-Esibizzjonijiet u Programmi/Kuratur Ewlieni tal-Mużew tal-Arti Kontemporanja St. Louis ta’ Missouri. Ikkura wkoll bosta proġetti bħala solista u organizza diversi debutti f’mużewijiet kif ukoll wirjiet għal artisti u mużewijiet magħrufa. Uslip huwa wkoll kandidat avanzat għal Dottorat fl-Institute of Fine Arts tal-Università ta’ New York fejn qiegħed itemm it-teżi tiegħu Cady Noland and the Age of Reagan. Brian Schembri, Mużiċist Wieħed mill-aktar mużiċisti prolifiċi Maltin b’reputazzjoni tajba mal-kritiċi lokali. Schembri beda t-taħriġ mużikali tiegħu minn età żgħira taħt il-gwida ta’ missieru Carmelo Schembri. Wara ggradwa fil-pjanu u fid-direzzjoni mill-konservatorji Tchaikovsky ta’ Kiev u ta’ Moska. Okkupa l-karigi ta’ Direttur Ewlieni tal-Orkestra OPF u tal-Orquestra Metropolitana de Lisboa, Direttur Mużikali fit-Teatru Manoel u Direttur Artistiku u Prim Surmast tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta. Fost orkestri oħrajn Schembri ġie mistieden jidderieġi l-Orkestra Filarmonika Rjali, l-Orquestra Ciutat de Barcelona, l-Orchestre national du Capitole de Toulouse, l-Orchestre Nationale de France, il-Litwanian State Symphony Orchestra, l-Orchestre National de Lyon, il-London Philharmonic Orchestra, in-Nordwestdeutsche Philharmonie, is-Svetlanov State Symphony Orchestra u l-Opera Hong Kong. Schembri ngħata l-Malta Cultural Award u l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Giuseppe Schembri Bonaci, Artist Studja l-Filosofija, il-Liġi u l-Arti. Iggradwa mill-Università ta’ Malta, mill-Università Statali ta’ Kiev u mill-Università Statali ta’ Moska u wettaq studji ta’ riċerka postgraduate fl-Università Statali ta’ Milan. Kiteb diversi kotba dwar l-Arti Moderna u Kontemporanja, il-Filosofija tal-Arti u l-Arti Maltija tas-seklu għoxrin. Schembri Bonaci huwa koordinatur tal-Programm tal-Belle Arti fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti, Direttur Artistiku tal-APS Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale u Direttur Artistiku ta’ Strada Stretta Concept – programm kulturali li jaqa’ taħt il-patroċinju tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Bħalissa qiegħed jaħdem fuq sensiela ta’ pubblikazzjonijiet rigward id-djalogu viżiv tal-artist Malti Josef Kalleya mad-Divina Commedia ta’ Dante. Arcangelo Sassolino, Artist Twieled f’Viċenza fl-1967. Ilu jesebixxi fil-livell internazzjonali mill-2001. Esebixxa diversi xogħlijiet bħala solista f’bosta mużewijiet, fosthom fil-Contemporary Art Museum (St. Louis, 2016), Palais de Tokyo (Pariġi, 2008), Feinkost, (Berlin, 2008), Galleria Continua (San Gimignano, 2010) u l-MACRO Museum (Ruma, 2011). Ix-xogħlijiet ta’ Sassolino jinsabu mxerrda wkoll f’bosta kollezzjonijiet pubbliċi u privati, fosthom f’MART (Rovereto), 21c Museum Hotel (Louisville, Kentucky), Essl Sammlung (Vjenna), UniCredit Private Banking (Turin), Fondazione Domus per l’Arte Moderna e Contemporanea (Verona) u Palazzo Maffei – Fondazione Carlon (Verona). Nikki Petroni, Ġestriċi tal-Proġett Kisbet Baċċellerat fl-Istorja tal-Arti mill-Università ta’ Malta u mbagħad segwiet studji fil-livell postgraduate fl-University College London (UCL) fejn iggradwat fl-2013. Fl-2019 temmet Dottorat fl-Arti Moderna Maltija fl-Università ta’ Malta taħt is-superviżjoni tal-Professur Giuseppe Schembri Bonaci. Bħalissa hija lettriċi mistiedna fl-Arti Moderna u Kontemporanja fid-Dipartiment tal-Arti u l-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta. Hija wkoll membru tal-kumitat kuratorjali tal-APS Mdina Cathedral Contemporary Art Biennale u Koordinatriċi ta’ Strada Stretta Concept (Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta). Minbarra li taħdem ta’ riċerkatriċi u kuratriċi indipendenti, Petroni twettaq ukoll ħidma editorjali fuq essejs akkademiċi, kotba u katalgi ta’ esibizzjonijiet. Esther Flury, Ġestriċi tal-Proġett Professjonista fis-settur artistiku mwielda fl-Isvizzera u bbażata fi New York. Flury għandha aktar minn għoxrin sena esperjenza ta’ ħidma ma’ artisti internazzjonali. Ipproduċiet kif ukoll ikkokkurat l-ewwel esibizzjoni ta’ Christoph Schlingensief fil-Biennali ta’ Venezja Church of Fear fl-Arsenale u l-Pole Sitting Contest fil-Giardini. Ħadet ħsieb it-tnedija u l-ġestjoni ta’ proġetti artistiċi għal RxArt – organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ li tgħin lit-tfal ifiequ minn mard bis-saħħa tal-qawwa tal-arti viżiva, b’mod partikulari billi tikkummissjona artisti kontemporanji biex jittrasformaw faċilitajiet tal-kura tas-saħħa f’ambjenti impenjattivi li jispiraw lill-pazjenti. Barra minn hekk, serviet bħala esperta tal-arti viżiva għall-Kunsill Żvizzeru għall-Arti (Pro Helvetia) fid-Dipartiment għall-Iskambju Kulturali mal-pajjiżi taċ-Ċentru tal-Ewropa tal-Lvant. Flury kisbet Maġisteru fl-Istorja tal-Arti, ix-Xjenzi tal-Midja u l-Lingwistika mill-Università tal-kapitali Żvizzera Zurich, editjat u annotat il-katalgu sistematiku tal-artist Żvizzeru Roman Signer. Tikteb ukoll f’diversi ġurnali tal-arti, gazzetti u katalgi ta’ esibizzjonijiet internazzjonali. d. Xi kriterji ntużaw biex ġew magħżula dawn il-persuni, u mhux oħrajn? Kriterji ippublikati fil CALL FOR A CURATORIAL TEAM: THE MALTA PAVILION AT THE 59TH INTERNATIONAL ART EXHIBITION – LA BIENNALE DI VENEZIA The jury panel shall be guided by the following criteria throughout the process leading to the final selection: Criterion 1. Exhibition Concept (40 marks) This criterion considers the artistic idea(s) of the proposal and the relevance of the concept with regards to the theme set in this open call. • What is the curatorial concept? (10 marks) • How is the concept referring to the Sustainable Development Goals? (10 marks) • How do you intend to develop the proposed concept into a narrative which is immersive, interactive, inspiring, thought provoking and experiential? Give an overview of the selected artworks/audiovisuals etc. of the proposed project. (10 marks) • In your opinion, in what way(s) is the Maltese contemporary artistic scene relevant today? Can it have an impact internationally, and how do you intend to do that? (10 marks) Criterion 2. Curatorial Team (40 marks) This criterion considers the level of commitment, the track record of all team members, as well as the proposed plan to deliver and achieve the aims targeted. Applicants are to include timeframes, workplan with collaborators involved, the skills and track record of the individual/group managing and participating in the project, their role(s) within the project, possible risks envisaged and contingency plans, health and safety measures, especially in view of the COVID-19 situation. • In what way(s) do you as a team intend to lead to a level of artistic excellence in the delivery of the proposed concept? Do the curators have a strong international profile and are they considered by the sector to be at the ’top of their game’? (20 marks) • Explain the strengths and merits of the artist(s) whose works you are selecting for the Malta Pavilion exhibition, with a particular focus on their track record. (20 marks) Criterion 3. Budget (20 marks) This criterion considers how well-planned and realistic the presented budget plan is. To make a stronger case in terms of this criterion, applicants are required to provide quotations where possible, to substantiate the budget items • Is the project budget and logistics well planned and realistic? Is the project likely to achieve its ambitions and meet its targets? (20 marks) https://www.artscouncilmalta.org/files/uploads/misc/Venice%20Biennale%20-%20Call%20for%20a%20Curatorial%20Team%20Malta%20Pavilion%202022.pdf e. Kemm kienet l-ispiża tal-biljetti tal-ivvjaġġar bl-ajru, trains, taxis u mezzi oħrajn? L-ispiża ġiet koperta mit-tim kuratorjali. f. Kemm kienet l-ispiża tal-lukandi ta’ kull individwu? L-ispiża ġiet koperta mit-tim kuratorjali. g. Kemm kienet l-ispiża tar-reklamar? €57,123.29 h. Kemm tħallas kull wieħed minnhom? COUNTRYPUBLICATIONTIMEFRAMEREASONINGDETAILSCOST MALTATimes of MaltaMarch 2021To promote the Open Call for the Curatorial Team locallyAdvert Full Page€1787.7 MALTATimes of Malta onlineMarch 2021To promote the Open Call for the Curatorial Team locallyAdvert online€908.6 INTERNATIONALEFLUXFebruary- March 2021To promote the Open Call for the Curatorial Team InternationallyAdvert online€3180 INTERNATIONALMousseFebruary- March 2021To promote the Open Call for the Curatorial Team InternationallyAdvert online€2502 USAArtForum - APRILApril issue out on 1 April - visuals deadline is mid-February 2022Leading US Art specialist titleAdvert Full Page€4,053.96 ITALYIl Giornale dell’Arte (Summer)June issue 2022Highly respected monthly periodical dedicated to the world of art.Advert Half Page€3,500.00 UKNOWNESS - MAYw/c 2 May 2022. Estimate of 2 weeks after installation is ready and video is takenLuxury lifestyle platform, as we are exploring titles beyond the artsAdvertorial€12,460.99 UKConde Nast TravellerJune, July & August 2022 issues (out from May, June & July)Travel title for Malta / Arts Council Malta specific advertorialAdvertorial (1/4 page x 3 issues)€5,504.92 ITALYExibart May 2022 issue distributed at the BiennaleExibart participate in the Biennale, and is another Italian title which we wanted to explore for 2022Advertorial€1,220.00 ITALY/ US/ ASIADesignboom from w/c 25 April 2022Leading design title with international reach - based in Milan, Beijing and New YorkAdvertorial€3,000.00 INTERNATIONALArtReview April 2022Leading contemporary-art media platformsDigital Advert€1,114.53 MALTA/VENICEArtpaperApril 2022- distributed at the Biennale and in MaltaLeading local contemporary-art magazinePrinted Art magazine dedicated to the Malta Pavilion 2022 distributed in Venice and Malta€5900 VENICEMy Art GuidesApril 2022- distributed at the BiennaleLeading Guide book in Venice during the BiennaleAdvertorial€2500 VENICEMusumeciApril – November 2022Flyers on the Malta Pavilion for visitorsFlyers on the Malta Pavilion€2928 VENICEIGP Decaux S.p.A.April – November 2022All visitors in Venice could see adverts of the Malta Pavilion on the vaporetti (water ferries)Adverts on the vaporetti in Venice€5713.58 MALTA- VENICEMidsea BooksApril- November 2022Malta Pavilion CataloguesMalta Pavilion Catalogues€850 i. Kemm tħallas kull artist involut? It-tim kuratorjali rebah Grant ta’ EUR150,000 wara sejħa internazzjonali. j. Kemm tħallas kull uffiċjal u kumpanija involuti separatament? Name Description Amount Margaret House Communications company based in London EUR26,530 Arts Events Arts Events was responsible for the hiring and management of the 2 Site Officers based in Venice managing the daily running of the Malta Pavilion and daily supervision of the Maltese University and MCAST Erasmus students in Venice EUR28,616 Livestream Production of website of the Malta Pavilion and social media content on Instagram, Facebook etc EUR6,580 Edoardo Monti organisation of the Press Trip in Italy EUR1,500 Amman Hotel Press launch event in Venice EUR10,200 AFS Service Audio Luce Press launch of the Malta Pavilion in Venice EUR5,435 Ann Marie Saliba curatorial assistant at the Malta Pavilion in Venice EUR1,800 Emma Borg curatorial assistant at the Malta Pavilion in Venice EUR1,800 Kevin Saliba Malta Pavilion press releases and website translations EUR507 Noċemuskata Production and Direction of Malta Pavilion Documentary and Nowness Feature EUR8,118 Sebio Aquilina Filming of Malta Pavilion Documentary EUR4,750 Charles William Camilleri Music for Malta Pavilion Documentary EUR2,400 k. Kemm allowances ġew mogħtija lil dawn l-imsemmija uffiċjali u kumpaniji? Xejn.

Parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja 2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a. Kemm ġiet tiswa l-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale ta’ Venezja 2022? b. Kemm kienet l-ispiża tal-biljetti tal-ivvjaġġar bl-ajru, trains, taxis u mezzi oħrajn? c. Kemm kienet l-ispiża tal-lukandi ta’ kull individwu? d. Kemm kienet l-ispiża tar-reklamar? e. Min kienu n-nies (semmi min kienu) li kellhom x’jaqsmu f’din il-parteċipazzjoni? X’kienet il-kompetenza tagħhom għal din il-partċipazzjoni? f. Xi kriterji ntużaw biex ġew magħżula dawn in-nies, u mhux oħrajn? g. Kemm tħallas kull wieħed minnhom? h. Kemm tħallas kull artist involut? i. Kemm tħallas kull uffiċjal u kumpanija involuti separatament? j. Kemm allowances ġew mogħtija lil dawn l-imsemmija uffiċjali u kumpaniji?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tliet membri tal-Kummissjoni għal Films attendew il-Biennale ta’ Venezja 2022, fejn l-għan prinċipali kien li jiġu attirati aktar produzzjonijiet lejn pajjiżna u b’hekk nikkrejaw aktar opportunitajiet ta’ xogħol għal Maltin u l-Għawdxin, filwaqt li nkomplu nsaħħu l-ekonomija tal-pajjiż. L-ispiża kienet ta’ sittax-il elf ewro u disa’ mija, li tinkludi spejjeż relatati ma’ partċepazzjoni, vjaġġar, akkomodazzjoni u reklamar. Ninforma lill-Onor. Interpellanta li ma kien hemm l-ebda spejjeż addizzjonali apparti dawn imsemmija.

Ftuħ uffiċjali tal-Film Jurassic World Dominion f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jippubblika l-breakdown taċ-ċifra ta’ kemm ġie jiswa l-ftuħ uffiċjali tal-film Jurassic World Dominion f’Malta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-ftuħ uffiċjali tal-film ġie jiswa €9,100.

Belt Valletta – Display ta’ Dinosawri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid: a. Kemm ġew jiswew id-displays tad-dinosawri li tpoġġew ġewwa l-Belt Valletta dan is-sajf 2022? b. X’kien l-għan tagħhom primarjament? c. Jekk l-għan intlaħaqx, u jagħti prova tanġibbli ta’ dan?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li d-display tad-dinosawru fil-Belt hi attrazzjoni fiha nnifisha, li ngħatat pubbliċità fil-midja internazzjonali, inkluż dik fl-Istati Uniti tal-Amerka, u kienet intiża biex tassimila l-film mal-postijiet li fih inħadem kif riflessi b’mod prominenti fl-istess blockbuster ta’ Hollywood. Id-deċiżjoni kienet parti minn kampanja pubbliċitarja importanti fl-eqqel tas-suċċess li qed jikseb il-film, l-ewwel blockbuster li jsemmi speċifikament lil pajjiżna f’uħud mill-isbaħ xeni tiegħu. Minbarra hekk, deċiżjonijiet simili huma pass ieħor ’il quddiem biex inkabbru n-niċċa turistika tal-iScreen Tourism f’pajjiżna, kif jixhdu wkoll għadd kbir ta’ ritratti li jittieħdu mal-istess display minn barranin li mbagħad itellgħu fuq il-ħafna mezzi ta’ komunikazzjoni u midja diġitali. Id-display li qiegħda ssir referenza għaliha ġiet tiswa €17,100.

Wirt għall-Patrimonju Kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata l-istrateġija tal-Wirt għall-Patrimonju Kulturali peress li l-aħħar waħda li ġiet ippubblikata kien fl-2006?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif diġà kien tħabbar fl-10 ta' Novembru 2020 il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali kien nieda proċess li għandu jwassal għat-tfassil ta’ strateġija ħolistika nazzjonali dwar il-wirt nazzjonali ta’ pajjiżna li tinkorpora diversi riformi meħtieġa. Din il-viżjoni għandha l-għan li pajjiżna jikkonsolida u jwettaq ir-riformi neċessarji f’dan il-qasam, u b’hekk għandu jwassal għal aktar protezzjoni u valorizzazzjoni għall-wirt nazzjonali ta’ pajjiżna. Is-sur Joseph Magro Conti kien ġie appuntat f’dan l-irwol strateġiku importanti biex jixpruna t-tfassil ta’ din l-istrateġija u r-riformi sussegwenti b’kordinament u b’konsultazzjoni sħiħa mal-imsieħba kollha fis-settur. Dan ix-xogħol mistenni jitlesta matul din il-leġiżlatura.

Ministeru għas-Saħħa — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċertu żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma ntużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera, mill-2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċertu żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma ntużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera, mill-2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li kellhom encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċertu żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma ntużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera, mill-2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċertu żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma ntużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera, mill-2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mir-rekords ta' INDIS juru li ma kien hemm l-ebda entità li jaqgħu taħt id-dekasteru ta' dan il-Ministeru li daħlet fi ftehim ta’ encroachment mal-MIP/INDIS minn Jannar 2018 sal-lum.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċertu żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma ntużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera, mill-2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks (INDIS Malta)

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li kellhom encroachment agreement mal-Malta Industrial Parks li saret INDIS Malta u li kienu qegħdin iħallsu pagamenti kull xahar però wara ċertu żmien dan l-encroachment agreement temmewh mingħajr qatt ma ntużaw il-binjiet li għalihom kienet qed titħallas il-kera, mill-2018 'il quddiem u jekk ittiħditx azzjoni fejn sar infiq bla bżonn u ħela?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.