Żejtun – persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1663, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti ż-Żejtun full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena bis-sess relattiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tinvestiga x’inhi r-raġuni li għaliha qed jiġi rrapportat nuqqas ta’ pressa tal-ilma/pressa baxxa matul il-ġurnata f’Buġibba u l-Qawra (San Pawl il-Baħar) b’mod partikolari fi Triq it-Turisti u t-toroq li jgħaqqdu ma’ din it-triq bħal Triq l-Indipendenza (fejn wieħed isib Flats Indipendenza) peress li r-residenti qed jiffaċċjaw bosta problemi biex jimlew it-tankijiet tal-ilma tagħhom? Kemm-il rapport wasal għand il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma rigward dan matul l-aħħar sitt xhur u f’liema toroq? X’azzjoni ttieħdet f’kull każ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill Onor. Interpellant li r-rapporti ta’ pressjoni baxxa li waslu għand il-Korporazzjoni fl-aħħar sitt xhur kienu tnax kif indikat hawn taħt.
Triq Paderborn,
Triq Andrew Cunningham
Andrew Cunningham
Triq il-Ġifen
Triq il-Qwiebi
Triq San Ignazju
Triq San Massimiljanu Kolbe
Triq it-Turisti
Triq l-Ankri
Triq Gulju
Triq it-Tamar
Triq il-Ħġejjeġ
Dawn ir-rapporti ġew indirizzati fi żmien qasir.
Ninsab infurmata wkoll, li fi xhur li ġejjin il-Korporazzjoni se tnehdi proġett strateġiku li jikkonsisti fit-tkabbir ta’ mejn prinċipali bejn il-ġibjun tan-Naxxar u Buġibba, b’investiment ta’ €2.7 miljun. Dan il-proġett ser jassigura li ż-żieda fid-domanda fl-inħawi msemmija tintlaħaq b’mod konsistenti u b’anqas interventi operattivi.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienet esportata patata matul l-2022? Lejn liema pajjiżi fil-fatt intbagħtet din il-patata? (Għall-għan ta' din id-domanda, bejgħ ta' patata fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu wkoll inklużi).
Response (REFALO, ANTON)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta illi l-esportaturi mhumiex fl-obbligu li jinnotifikaw lill-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli b’tali esportazzjoni ta’ patata ġewwa l-konfini tal-Unjoni Ewropea. Ngħarrafha wkoll li sa issa ma kien hemm l-ebda notifiki ta’ esportazzjoni ta’ patata barra mill-konfini tal-Unjoni Ewropea.
Telgħa ta’ San Martin u partijiet mill-Wardija sa Burmarrad – tindif mill-ħaxix selvaġġ
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex it-Telgħa ta' San Martin (mir-roundabout sa ħdejn l-Għar tal-Madonna), kif ukoll partijiet mit-toroq li jgħaddu mill-Wardija sa Burmarrad jitnaddfu mill-ħaxix selvaġġ (ħafna minnu bużbież), li qed joħloq periklu kbir għall-karozzi u vetturi oħrajn li jkunu għaddejjin minn dawn l-inħawi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar illi inħareġ ‘Works Order’ għat-tali xogħlijiet nhar it-22 ta’ Ġunju 2022 fejn il-kuntrattur konċernat beda jwettaq dak mitlub fl-4 ta’ Lulju 2022.
Għawdex: Nadur – Triq ir-Rabat u Triq Ta’ Xħajma — resurfacing
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li ser isir resurfacing ta' Triq ir-Rabat u Triq Ta' Xħajma fin-Nadur u dan wara li saru trinek f'din it-triq diversi xhur ilu u li sal-lum għadhom bil-wiċċ tal-konkos? Ma jaħsibx li triq arterjali li jkollha parti minnha bil-konkos hija ta' periklu serju għas-sewwieqa? Jista' jgħid ukoll jekk hux se jsir resurfacing tat-triq kollha, kif sar f'postijiet oħrajn fejn ġew mgħoddija dawn it-trinek, jew hux se jsir patching fuq it-trinek biss?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat minħabba li tali xogħol qed isir mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.
Għawdex: Nadur – Triq ir-Rabat – ħajt ta’ lqugħ tal-konkos
Question
Jista' l-Ministru jgħid x' passi qed jittieħdu dwar il-ħajt ta' lqugħ tal-konkos li hemm fi Triq ir-Rabat, fin-Nadur li jidher li qed iċedi u li fih konsenturi, peress li dan minn mument għall-ieħor, jista' jċedi fuq it-triq, bil-periklu kollu li dan jista' jġib?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali kundizzjoni kemm tat-triq u anke tal-ħitan ser ikunu kkunsidrati minn pjan ħolistiku għat-triq prinċipali li twasslek għar-raħal tan-Nadur.
Jista' l-Ministru jgħid meta mistenni jibda x-xogħol fuq il-breakwater ġdid f'Marsalforn? Jista' jgħid jekk saritx sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol? Jista' jgħid jekk id-disinn għal dan il-breakwater hux lest u jekk iva, iqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid jekk saritx applikazzjoni mal-Awtorità għall-Ippjanar għal dan il-proġett u jekk iva, iqiegħed kopja ta' din l-applikazzjoni, in-numru tagħha u jgħid fejn wasal il-proċess?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-breakwater ta’ Marsalforn għadu fi stadju ta’ permess. B’rabta ma’ dan ġiet sottomessa applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar bin-numru ta’ referenza PA/02106/21.
Sadanittant, bħalissa qiegħed jiġi kkumpilat l-Environmental Impact Assessment skont it-termini ddettati mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi abbażi tas-suġġerimenti li daħlu mill-konsultazzjoni pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-ħlas totali li rċevew is-sidien tal-vapur Nikolaus mingħand il-Gozo Channel u/jew mingħand il-Gvern ta' Malta, minn meta beda jopera sal-lum?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-informazzjoni li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari 17223.
Tista’ l-Ministru tgħid x’ħidma saret s’issa rigward it-traspożizzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/882 tas-17 ta’ April, 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibilità għall-prodotti u s-servizzi? Tista’ tgħid jekk saritx xi forma ta’ konsultazzjoni pubblika dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/882 u jekk saret, ma’ min u x’kien l-eżitu?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saru konsultazzjonijiet interministerjali u interdipartimentali f’dan ir-rigward, sabiex inqabel test ta’ Avviż Legali li ġie mgħoddi taħt l-Att dwar il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Dizabilità (Kap. 627).
Din id-Direttiva ma tantx tagħti flessibilità dwar kif għandhom jiġu trasposti d-dispożizzjonijiet tagħha, però fir-rigward tat-termini ta’ skadenza għall-implimentazzjoni ta’ dispożizzjonijiet fir-rigward ta’ prodotti u servizzi differenti, il-Gvern għażel li juża l-iskadenzi massimi illi tagħti lok għalihom id-Direttiva – hekk, qeghdin naraw illi l-imprenditur ikollu żmien ampju sabiex jadatta, filwaqt illi fl-istess ħin, permezz tat-traspożizzjoni, ikunu garantiti d-drittijiet tal-persuni b’diżabilità.
Fir-rigward tal-aspett regolatorju illi joħroġ mid-Direttiva, is-CRPD ingħatat ir-rwol tal-awtorità rilevanti tas-sorveljanza tas-suq, u permezz ta’ Memorandum ta’ Qbil li ġie ffirmat bejnha u bejn l-MCCAA, ser ikun hemm l-appoġġ meħtieġ biex jiġu implimentati elementi tad-Direttiva bħalma huma s-CE Marking, u l-irtirar ta’ prodotti mis-suq fejn ikun hemm bżonn. Qed jiġi wkoll innegozjat Memorandum simili ma’ entitajiet oħra illi għandhom għarfien speċjalizzat dwar oqsma tematiċi koperti mid-Direttiva.
Aktar minn hekk, diġà nbeda xogħol illi ser jinvolvi numru ta’ stakeholders, sabiex ikun hemm għarfien, gwida u koperazzjoni, fil-proċess illi għandu jwassal għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva mill-partijiet involuti.
Filwaqt illi d-Direttiva ser tibda tapplika għall-ewwel grupp ta’ prodotti u servizzi koperti mid-Direttiva sa mit-28 ta’ Ġunju 2025, is-CRPD qiegħda taħdem flimkien mal-Ministeru responsabbli għall-ekonomija, biex ikun hemm diskussjonijiet mal-imsieħba soċjali, bħall-Kamra tal-Kummerċ u l-Kamra tal-SMEs, biex inkunu nistgħu mbagħad norganizzaw inizjattivi, noħorġu linji gwida u nagħtu sostenn, sabiex kulħadd ikun involut u mwieżen f’dan il-proċess.
Bl-istess mod, sejrin naraw illi jkun hemm gharfien u gwida għall-persuni b’diżabilità, il-familjari tagħhom, u l-għaqdiet illi jirrappreżentawhom, tul dan il-proċess.
Malta sadanittant kienet u għadha tipparteċipa fuq il-Grupp Ad Hoc tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva, permezz ta’ rappreżentanti mid-Direttorat dwar l-Affarijiet tad-Diżabilità (DDI) fi ħdan l-MIVC, kif ukoll mis-CRPD.
Tista’ l-Ministru tgħid attwalment kemm hemm appuntati Diretturi Ġenerali u Diretturi fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) u f’kull każ meta tintemm il-ħatra ta’ kull wieħed minnhom? Tista’ tgħid jekk hemmx xi karigi ta’ Direttur Ġenerali u/jew diretturi fi ħdan l-MCCAA li huma vakanti? Jekk hemm, liema huma dawn il-karigi u għal kemm żmien ilhom vakanti?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed tiġi mehmuża l-lista tad-diretturi ġenerali u diretturi, skont il-liġi li tirregola lill-Awtorità għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur, bid-dati ta' skadenza tal-kuntratt tagħhom rispettivament. Waqt li fil-każ tal-unika pożizzjoni vakata jinsab għaddej proċess biex din timtela, id-dmirijiet relatati qed jiġu osservati mill-Kap Eżekuttiv tal-istess Awtorità.
Nomenklatura
Kuntratt Eżistenti li jiskadi
Vakanti mill-
Direttur Ġenerali (SMI)
14-Settembru-23
-
Direttur Ġenerali (OCA)
14-Settembru-23
-
Direttur Ġenerali (OC)
14-Settembru-23
-
Direttur Ġenerali (TRD)
-
12-Jan-21
Direttur (Sorveljanza tas-Suq)
10-Jan-24
-
Direttur (Affarijiet Regolatorji)
10-Jan-24
-
Direttur (Komunikazzjonijiet, Enerġija, Trasport u Servizzi Finanzjarji)
16-Ottubru-25
-
Direttur (Manifattura Primarja u Swieq tal-Bejgħ bl-Imnut)
09-Ottubru-25
-
Direttur (Investigazzjonijiet tal-Ispettorat u l-Kartelli)
30-Nov-23
-
Direttur (Ilmenti u Konċiljazzjoni)
31-Awissu-25
-
Direttur (Infurzar)
17-Jan-24
-
Direttur (Informazzjoni, Edukazzjoni u Riċerka)
17-Jan-24
-
Direttur (Standardizzazzjoni)
14-Frar-24
-
Direttur (Metroloġija)
30-Ġunju-25
-
Direttur (Servizzi tal-Laboratorju)
30-Ġunju-25
-
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex reġgħet inqalgħet Triq it-Tiġrija, fir-Rabat Malta? Jista’ jgħid liema xogħol sar u min ħallas tax-xogħol li sar?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li rriżultaw ħsarat f’parti żgħira biss mit-triq indakata, twila ftit aktar minn 3 kilometri bejn ir-Rabat u s-Siġġiewi, Infrastructure Malta ħadet miżuri biex din il-parti fuq in-naħa tas-Saqqajja ġiet imsewwija billi saret sodda tal-konkos bix-xibka u nksiet b’żewġ saffi t’asfalt.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex it-taraġ fi Triq Doni, ir-Rabat ma sarlux railing biex ikun aċċessibbli? Jista' jgħid jekk hux se jsir railing biex isir aċċessibbli?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Rabat – Triq tat-Tabija — traffic calming measures
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsiru xi tip ta’ ‘traffic calming measures' fi Triq tat-Tabija, ir-Rabat Malta, minħabba n-numru ta' inċidenti li jsiru li jinvolvu residenzi privati minħabba veloċità eċċessiva?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi Transport Malta qiegħda f’taħditiet ma’ Infrastructure Malta sabiex s-sitwazzjoni fi Triq it-Tabija tiġi għall-aħjar fejn tidħol sigurtà.
Bajjiet ta’ Kemmuna – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1916 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajjiet ta’ Kemmuna? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-preżent hemm 3 beach concessions fil-bajjiet ta’ Kemmuna.
Bajjiet ta’ Kemmuna – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1917 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajjiet ta’ Kemmuna? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2018, is-siti ġewwa l-Bajjiet ta’ Santa Marija u Blue Lagoon f’Kemmuna, ġew mikrija lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1904 u 2068 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-Bajja tal-Armier? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Bajja tal-Armier hemm 5 lidos li għandhom liċenzja sabiex jikru deckchairs u umbrelel abbażi ta’ concession tal-Lands.
Bajja tal-Golden Sands – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1908 u 2069 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Golden Sands? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-Bajja ta’ Golden Sands hemm operatur wieħed li għandu l-liċenzja jikri deckchairs u umbrelel lill-pubbliku inġenerali.
Bajja tal-Għadira – kiri ta’ deckchairs u umbrelel
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1906 u 2070 u jgħid jekk hemmx beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Għadira? Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concessions/kuntratti/liċenzji/permessi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fuq il-Bajja tal-Għadira hemm 8 lidos/kiosks li għandhom il-liċenzja biex jikru deckchairs u umbrelel abbażi ta’ concession tal-Lands.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1432 u 1968 u jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment ġie reġistrat fil-Kunsilli Lokali kollha, u b’mod rispettiv għal kull lokalità, fl-aħħar sentejn?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fil-lista t’hawn taht:
Lokalità
Nru Totali ta' Ilmenti (2017-2022)
Il-Belt Valletta
(Citta' Umilissima)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva.
L-Imdina
(Citta' Nobile)
21
Il-Birgu
(Citta` Vittoriosa)
735
L-Isla
(Citta' Invicta)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva.
Bormla
(Citta Cospicua)
1180
Ħal Qormi
(Citta' Pinto)
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva.
Ħaż-Żebbuġ
(Ċitta Rohan)
2000
Ħaż-Żabbar
(Citta' Hompesch)
3,160
Is-Siġġiewi
(Citta Ferdinand)
1,500
Iż-Żejtun(Citta` Beland)
11,725
Ir-Rabat (Għ)
(Citta` Victoria)
823
Ħ'Attard
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Ħ'Attard, illi l-istess Kunsill m’għandux system ta’ mail registration jew complaint handling system. Infurmati li zmien ilu kien hemm sistema li kienet tithaddem fuq pjattaforma tal-Gvern imma din ma baqghetx tiffunzjona.
Inoltre, infurmati illi kull ilment li jidhol minn facebook jew bl-imejl, jigi mghoddi u rrispondut minnufih anka wara l-hin tax-xoghol minhabba li l-istaff kollu inkluz is-Sindku ghandu access ghall-facebook page tal-Kunsill u l-imejl mid-dar.
Ħal Balzan
291
Birkirkara
4,000
Birżebbuġa
2,640
Ħad-Dingli
3,000
Il-Fgura
2257
Il-Floriana
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Floriana illi l-istess Kunsill jirċievi numru ta’ lmenti kuljum b’mezzi differenti. Dawn l-ilmenti jiġu indirizzati mill-istaff amministrattiv u l-ħaddiema manwali skond il-ħtieġa, iżda infurmat li l-Kunsill Lokali ma għandu l-ebda sistema jew proċedura li tirreġistra dawn l-ilmenti u lanqas ir-riżorsi biex tinġabar din l-informazzjoni. Għaldaqstant infurmat li ma jistax jiġi determinat in-numru ta’ lmenti li saru mill-1 ta’ Lulju 2020.
Il-Fontana
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva.
il-Gudja
582
Il-Gżira
2800
Għajnsielem
68
L-Għarb
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva.
Ħal Għargħur
150
L-Għasri
43
Ħal Għaxaq
1078
Il-Ħamrun
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Hamrun, illi l-istess Kunsill ma jzommx ‘data’ daqshekk fit-tul.
L-Iklin
683
Il-Kalkara
104
Ta' Kerċem
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Kercem illi l-istess Kunsill gieli jircievi rapporti ta' tipi differenti imma dan mal-ewwel jigi nnutat u jintbghatu l-haddiema biex jirrangaw u/jew jindirizzaw il-problema. Infurmat mill-Kunsill ghalhekk li l-istess Kunsill tali rapporti ma jqishomx bhala ilmenti.
Ħal Kirkop
368
Ħal Lija
2,080
Ħal Luqa
447
Il-Marsa
NIL
Marsaskala
6,728
Marsaxlokk
809
Il-Mellieħa
3760
L-Imġarr
1312
Il-Mosta
1160
Mqabba
363
L-Imsida
2,748
Il-Munxar
176
In-Nadur
70
In-Naxxar
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tan-Naxxar illi l-istess Kunsill ma jżommx dettalji tal-ilmenti kollha.
Ir-Raħal Ġdid (Paola)
1,027
Pembroke
520
Tal-Pieta'
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva.
Il-Qala
140
Il-Qrendi
1,550
Ir-Rabat (Mt)
516
Ħal Safi
287
San Ġiljan
4,940
San Ġwann
1265
San Lawrenz
29
San Pawl il-Baħar
9,099
Ta' Sannat
394
Santa Luċija
381
Santa Venera
2147
Tas-Sliema
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Tas-Sliema, illi l-informazzjoni mitluba mhux kwantifikabbli'
Is-Swieqi
967
Ta' Xbiex
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva.
Ħal Tarxien
432
Ix-Xagħra
Ninsab infurmat illi l-Kunsill Lokali rispettiv ghadu ma baghtx l-informazzjoni relattiva.
Ix-Xewkija
168
Ix-Xgħajra
231
Iż-Żebbuġ (Għ)
194
Iż-Żurrieq
1,827
L-Imtarfa
2,435
Servizz Ċivili – impjegati fil-kariga ta’ messaġġiera
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2012 u jgħid kemm hu t-total ta' persuni impjegati maċ-Ċivil u ma' awtoritajiet statutorji, inklużi organizzazzjonijiet parastatali, fil-kariga ta' Messaġġiera u kemm minnhom daħlu mal-Gvern f'dawn l-aħħar ħames snin?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li bħalissa hawn 97 impjegati fis-Servizz Pubbliku u 225 fis-Settur Pubbliku fil-grad ta' messaġġier. F'dawn l-aħħar ħames snin, ġew impjegati 2 fis-Servizz Pubbliku, waqt li telqu 22. Fis-Settur Pubbliku ġew impjegati 94 u telqu 71.