Imqabba – toroq – xogħol minn Infrastruttura Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità tal-Imqabba minn Infrastruttura Malta, separatament, hekk kif ġej minn Ġunju 2022 sa Ġunju 2023:
(a) toroq li ser jinbnew mill-ġdid għax qatt ma sar xogħol fihom;
(b) toroq li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; u
(ċ) toroq li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?
(a) arterjali;
(b) distributorji;
(ċ) maġġuri;
(d) residenzjali; jew
(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl eċċ., jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ l-Ministru għid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.
Fil-lokalità tal-Imqabba, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi triq ġdida fi Triq Innoċenzju, Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija, Triq is-Serrer, Triq George Martin, Triq il-Famija Brancati, Triq il-Belt Valletta, Sqaq Nru 5 Triq il-Parroċċa, Triq tal-Isqof, Sqaq biswit iċ-Ċimiterju, Sqaq Nru 2 Triq Valletta, Triq is-Sejba u Sqaq fiha, u Triq iż-Żurrieq.
Din il-lokalità ser tibbenefika mill-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali, il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project li ser itejbu l-junctions prinċipali ta’ Ħal Luqa u l-Gudja fir-rotta ewlenija lejn l-Ajruport. Iż-żewġ proġetti ser itejbu l-ħin tal-ivvjaġġar u jnaqqsu t-tniġġis tat-traffiku fl-inħawi tal-madwar. Fl-Imqabba bħalissa qed issir Triq ir-Robba, waqt li fiż-żmien li ġej se jinbdew xogħljiet fi Triq ix-Xagħri Mqalleb u Triq Wied iz-Ziju.
Ħal Safi – toroq – xogħol minn Infrastruttura Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta’ Ħal Safi minn Infrastruttura Malta, separatament, hekk kif ġej minn Ġunju 2022 sa Ġunju 2023:
(a) toroq li ser jinbnew mill-ġdid għax qatt ma sar xogħol fihom;
(b) toroq li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; u
(ċ) toroq li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?
Jista’ l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:
(a) arterjali;
(b) distributorji;
(ċ) maġġuri;
(d) residenzjali; jew
(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl eċċ., jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ l-Ministru għid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.
Fil-lokalità ta’ Ħal Safi, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Triq San Ġwann, Triq it-Tellerit, Triq San Pawl, Triq il-Puniċi u Triq il-Kuċċard.
Din il-lokalità ser tibbenefika mill-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali, il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project li ser itejbu l-junctions prinċipali ta’ Ħal Luqa u l-Gudja fir-rotta ewlenija lejn l-Ajruport. Iż-żewġ proġetti ser itejbu l-ħin tal-ivvjaġġar u jnaqqsu t-tniġġis tat-traffiku fl-inħawi tal-madwar. F’Ħal Safi fiż-żmien li ġej se jinbdew ukoll xogħljiet fi Triq iż-Żurrieq u Triq l-Iskola.
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità tal-Qrendi minn Infrastruttura Malta, separatament, hekk kif ġej minn Ġunju 2022 sa Ġunju 2023:
(a) toroq li ser jinbnew mill-ġdid għax qatt ma sar xogħol fihom;
(b) toroq li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; u
(ċ) toroq li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?
Jista’ l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:
(a) arterjali;
(b) distributorji;
(ċ) maġġuri;
(d) residenzjali; jew
(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl eċċ., jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ l-Ministru għid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.
Fil-lokalità tal-Qrendi, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Sqaq tal-Lhudija, Sqaq il-Mejda, Triq Sant’Anna, Triq Ta’ Muddejn, Triq is-Siġġiewi, triq bla isem kantunier ma’ Triq Ħaġar Qim, Sqaq il-Ħofra u Triq Ħal-Lew.
Din il-lokalità ser tibbenefika mill-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali, il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project li ser itejbu l-junctions prinċipali ta’ Ħal Luqa u l-Gudja fir-rotta ewlenija lejn l-Ajruport. Iż-żewġ proġetti ser itejbu l-ħin tal-ivvjaġġar u jnaqqsu t-tniġġis tat-traffiku fl-inħawi tal-madwar. Fil-Qrendi fiż-żmien li ġej ser jinbdew ukoll xogħlijiet fi Triq Tabib Gregorio Mifsud, Triq il-Gwielel, triq maġenb Triq Wied iż-Żurrieq u Sqaq Mudurbu.
Birżebbuġa – toroq – xogħol minn Infrastruttura Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta’ Birżebbuġa minn Infrastruttura Malta, separatament, hekk kif ġej minn Ġunju 2022 sa Ġunju 2023:
(a) toroq li ser jinbnew mill-ġdid għax qatt ma sar xogħol fihom;
(b) toroq li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; u
(ċ) toroq li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?
Jista’ l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:
(a) arterjali;
(b) distributorji;
(ċ) maġġuri;
(d) residenzjali; jew
(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl eċċ., jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ l-Ministru għid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.
Fil-lokalità ta’ Birżebbuġa, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Triq il-Brolli, Triq Żaren Dalli, Triq tal-Ġebel, Triq tal-Papa, Triq it-Tankijiet, Triq il-Bżulija, Triq il-Mużbieħ, Sqaq il-Girgħien, Triq Ferdinand Stufflesser, Triq San Patrizju, Triq ta’ Giligejla, Triq Mons Penza, triq ġdida fi Triq il-Qroll, Triq 22 ta’ Frar, Triq ta’ Wied Qoton, Triq il-Qalb Mqaddsa, Triq il-Foritzza ta’ Karagg, Sqaq fi Triq Immakulata Kunċizzjoni, triq bla isem fil-limiti ta’ Wied il-Qoton, Sqaq il-Fortizza, Triq ix-Xerriek, Sqaq fi Triq Ħal Far u Triq il-Fortizza.
Din il-lokalità ser tibbenefika mill-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali, il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project li ser itejbu l-junctions prinċipali ta’ Ħal Luqa u l-Gudja fir-rotta ewlenija lejn l-Ajruport. Iż-żewġ proġetti ser itejbu l-ħin tal-ivvjaġġar u jnaqqsu t-tniġġis tat-traffiku fl-inħawi tal-madwar. F’Birżebbuġa bħalissa qed isiru Triq l-Imnarja, Triq Feliċjan, Triq San Ġorġ, Triq San Pietru, Triq Birżebbuġa, Sqaq ta’ Salvun u Triq Għar Ħasan, waqt li fiż-żmien li ġej se jinbdew xogħljiet fi Triq Għar Dalam, Triq il-Port Ħieles u Triq il-Madonna ta’ Lourdes.
Ħal Luqa – toroq – xogħol minn Infrastruttura Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq ser isir ix-xogħol fuqhom fil-lokalità ta’ Ħal Luqa u l-hamlet ta’ Ħal Farruġ minn Infrastruttura Malta, separatament, hekk kif ġej minn Ġunju 2022 sa Ġunju 2023:
(a) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax qatt ma sar xogħol fihom;
(b) dawk li ser jinbnew mill-ġdid għax għalkemm kellhom diġà wiċċ, jinsabu f'sitwazzjoni ħażina; u
(ċ) dawk li ser isirilhom wiċċ ġdid biss?
Jista’ l-Ministru jagħti, għal kull lista hawn fuq imsemmija, jekk dawn humiex toroq:
(a) arterjali;
(b) distributorji;
(ċ) maġġuri;
(d) residenzjali; jew
(e) toroq li qatt ma sarilhom wiċċ?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra pjanta ta' kull triq li ser issir li tindika minn fejn sa fejn ser isir ix-xogħol kif ukoll jindika jekk hux ser isiru servizzi bħal drenaġġ, mains tal-ilma, cables tad-dawl eċċ., jew jekk hux ser jinbidlu f'każ li dawn diġà jeżistu? Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser isiru service ducts f'dawn it-toroq u għalhekk jekk servizz li bħalissa huwa għaddej mal-faċċata tad-djar tar-residenti humiex ser jiġu trasferiti f'dawn is-service ducts? Jista’ l-Ministru għid jekk hux ser isiru water culverts f'dawn it-toroq? Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq u kemm ġejja tiswa kull triq? Kif ser tiġi ffinanzjata kull triq, minn fondi lokali jew minn fondi tal-Unjoni Ewropea?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed twettaq ħafna proġetti biex ittejjeb is-sigurezza u s-sostenibilità tas-sistema tat-toroq ewlenin, toħloq infrastruttura ta’ kwalità u ambjent aħjar fit-toroq residenzjali f’kull lokalità u tibni mill-ġdid ukoll ħafna toroq sekondarji oħra, fosthom kilometri ta’ toroq rurali fil-kampanja. Dan l-investiment qed iħalli l-frott mixtieq, b’diversi toroq residenzjali diġà mibnijin mill-ġdid u b’ħafna proġetti ta’ titjib fit-toroq ewlenin tas-sistema tat-trasport bl-art f’pajjiżna.
Infrastructure Malta qiegħda tikkollabora mal-entitajiet rispettivi biex qabel ma jsir il-wiċċ tat-triq jiġu mtejbin jew mibdulin, skont ma jkun meħtieġ, is-sistemi tad-distribuzzjoni tas-servizzi li hemm għaddejjin minn taħt l-art, bħal pajpijiet tal-ilma, katusi tad-drenaġġ, spralli u pajpijiet għall-ilma tax-xita, cables tal-elettriku u pajpijiet għall-cables tal-Internet u servizzi oħrajn tat-telekomunikazzjoni.
Fil-lokalità ta’ Ħal Luqa, l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Triq Valletta, Triq in-Noqor, Triq Dun Gulio Muscat, Triq id-Disgħa t’April, Triq Ġorġ Zahra, Triq Indri Micallef, Triq Wiġi Briffa, Triq l-Iskola, Triq il-Ġdida, Triq Dun Pawl, triq bla isem fi Triq Garibaldi, triq bla isem fi Ħal Luqa, triq bla isem ħdejn Triq Ħal Farruġ, Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, ir-rotta ewlenija bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa.
Din il-lokalità ser tibbenefika mill-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali, il-Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project li ser itejbu l-junctions prinċipali ta’ Ħal Luqa u l-Gudja fir-rotta ewlenija lejn l-Ajruport. Iż-żewġ proġetti ser itejbu l-ħin tal-ivvjaġġar u jnaqqsu t-tniġġis tat-traffiku fl-inħawi tal-madwar. F’Ħal Luqa fiż-żmien li ġej se jinbdew xogħljiet fi Triq Sant’Andrija.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie inawgurat ix-xogħol ta’ embellishment fuq il-Pjazza tal-Imqabba? Kemm ġie jiswa fit-totalità tiegħu dan ix-xogħol ta’ embellishment u fiex kienet tikkonsisti l-ispiża, item item (pereżempju xogħol ta’ madum, service duct eċċ.) għal dan ix-xogħol? Kemm-il darba saru xogħlijiet ta’ riparazzjoni fuq din il-pjazza mid-data tal-inawgurazzjoni? Fiex kienu jikkonsistu dawn ix-xogħlijiet riparatorji? Il-kuntrattur li esegwixxa dan ix-xogħol ġie marbut b’xi ‘performance guarantee’, u jekk fl-affermattiv għal kemm perjodu ta’ żmien? Għal kemm tammonta din il-‘performance guarantee’?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ tisbiħ fil-Pjazza tal-Imqabba ġie inwgurat f’Ġunju 2021. Il-proġett ġie jiswa €1,704,526.15 (VAT eskluż) u l-items ewlenin tal-ispiża (VAT eskluż) huma dawk li jidhru hawn taħt:
· Culverts għall-ilma tax-xita – €243,988.78
· Katusi għas-servizzi tal-ilma –€ 28,834.83
· Tħammil – €105, 511.04
· Xogħol ta’ pavimentar – €622, 302.45
· Bini ta’ bankini, passaġġi u żoni bil-pavimentar – €113, 166.25
· Sinjali tat-traffiku u marki fit-triq – €11,976.41
· Xogħlijiet tal-elettriku biex cables jitniżżlu ġo culverts taħt l-art – €269,463.50
· Kwantitajiet addizzjonali bbażati fuq ir-rati tal-kuntratt – €152,720.36
· Provvista ta’ pavimentar biex jintuża mid-Dipartiment għall-manutenzjoni – €60,041.88
Ix-xogħlijiet ta’ riparazzjoni f’din il-pjazza saru kull meta nqalgħet il-ħtieġa li jsiru interventi bħal dawn.
Ix-xogħlijiet ta’ riparazzjoni li saru kienu jikkonsistu f’dan li ġej:
· Irranġar ta’ pavimentar tal-lava f’każi fejn iċċaqlaq xi pavimentar
· Grouting tal-fili tal-pavimentar tal-lava fejn kien meħtieġ
· Tiswija ta’ spralli tal-ilma tax-xita kif kien meħtieġ
Il-kuntrattur kien marbut b’Performance Guarantee għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet. Din il-Performance Guarantee ġiet rilaxxata meta l-perit tal-proġett iċċertifika x-xogħol bħala komplut.
Din il-Peformance Guarantee tammonta għal Eur178,222.67.
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tagħha, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – segretarjat privat – kwalifiki akkademiċi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni żaru l-Mużew Marittimu tul din is-sena u jista’ jgħid x’inizjattivi ġodda ttieħdu jew se jittieħdu fih?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-Mużew Marittimu bħalissa jinsab għaddej minn proġett estensiv ta’ restawr u riġenerazzjoni u għalhekk mhux aċċessibbli għall-pubbliku. Fil-fatt, infurmat illi s-sit kien miftuh sal-14 ta’ Marzu 2020.
Fi tmiem il-proġett imsemmi l-mużew se joffri wirja permanenti ġdida b’faċilitajiet interattivi u esperjenza ħolstika li tinkludi spazji ġodda mill-binja li baqgħu mġarrfa sa minn tmien it-Tieni Gwerra, u li għalhekk qatt ma kienu miftuha għall-pubbliku qabel.
Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule – rapport tekniku dwar ħsarat u xogħlijiet
Question
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 1390 u 1657 billi s-sitwazzjoni issa ilha pendenti sew, jista’ l-Ministru jieħu ħsieb ir-rapport tekniku dwar il-ħsarat u x-xogħlijiet li għandhom isiru fi Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li r-rapport tekniku dwar il-ħsarat u x-xogħlijiet li għandhom isiru fi Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid ġie redatt u qiegħed ikun skrutinizzat mill-partijiet ikkonċernati. Qed issir ħidma id f'id ma' entitajiet oħra biex isiru interventi neċessarji.
Furjana — King George V Recreational Grounds – sezzjoni dedikata għall-qtates
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1658, jista’ l-Ministru jieħu ħsieb li jintbagħtu uffiċjali mill-Animal Welfare biex jaraw il-post u jagħtu d-direzzjoni u provvedimenti opportuni?
Response (REFALO, ANTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 1658, ngħarrfu mill-ġdid sabiex iressaq din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1659, jista’ l-Ministru jara li l-parti tal-aħħar tat-triq fejn hemm spazju miftuħ li jista’ jiġi trasformat fi ġnien pubbliku iktar nadif u aċċessibbli għan-nies, jekk isiru bankijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla illi dik il-parti ta’ Triq San Ġwann t’Għuxa illi taħbat kantuniera ma' Triq Daħlet it-Tlett Ibliet, illi qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant, hu spazju miftuħ li ma jaqax fir-responsabbilità tal-Kunsill Lokali.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1662, issa li l-ħsara li hemm fl-aħħar parti ta’ Triq Girolamo Cassar Valletta preċiżament fejn hemm forma ta’ roundabout ġiet imsewwija, jista’ l-Ministru jgħid min kien responsabbli sabiex ġew esegwiti x-xogħlijiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru kkonċernat.