Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma kienx hemm perjodi fis-sena 2021 u fl-2022 fejn l-Etonox gas, li jintuża waqt il-ħlas u anke f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza, kien out of stock u kemm dam out of stock? Jista’ jgħid x’kienet l-alternattiva għalih?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gas Entonox f’każ ta’ bżonn kliniku huwa disponibbli.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika kemm kien il-baġit propost li jintuża fil-qasam tas-saħħa mentali għall-2022 u kemm minnu fil-verità ġie investit u f’liema oqsma kategorizzati bħala terapija, edukazzjoni u prevenzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Budget fil-qasam tas-saħħa mentali għall-2022 kien Euro61,770,000.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed jiġi propost li jiġi emendat il-mod ta’ kif tingħata s-Severe Disability Allowance lil nies li jbatu minn problema ta’ saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Programm ta’ impjieg għal persuni li jkunu lestew programm ta’ terapija fil-kura tas-saħħa mentali inpatient
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx programm ta’ impjieg li persuni li jkunu lestew programm ta’ terapija fil-kura tas-saħħa mentali inpatient ikunu jistgħu jirrikorru għalih? Jista’ jikkonferma jeżistix dan il-programm mas-settur pubbliku?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuni li jbatu minn mard ta’ saħħa mentali li jkunu lestew it-terapija fil-kura tas-saħħa mentali u li jkunu ġew rilaxxati mill-isptar, jiġu mħeġġa sabiex jirreġistraw ruħhom mal-Fondazzjoni Lino Spiteri. Din il-Fondazzjoni toffri taħriġ ta’ xogħol u opportunitajiet ta’ integrazzjoni tax-xogħol għal nies vulnerabbli.
Awtorità Maltija tat-Turiżmu –Arretrati ta’ liċenzji ta’ operaturi turistiċi
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574 u 1842 u jgħid l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
L-Imġarr Malta u Ħaż-Żebbuġ – Tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tad-dawl
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’passi ħadet u se tkompli tieħu l-Enemalta biex issaħħaħ l-infrastruttura tad-distribuzzjoni tad-dawl eżistenti fil-lokalitajiet li matul l-aħħar xhur l-aktar li kienu affettwati minn qtugħ ta’ dawl u vultaġġ baxx, partikolarment fl-Imġarr (Malta) u Ħaż-Żebbuġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fl-Imġarr u Ħaż-Żebbuġ saru diversi xogħlijiet ta’ rinfurzar fis-sistema tad-distrubuzzjoni fejn f’għadd ta’ toroq ġew installati Line Voltage Regulators. Din is-sistema diġà bdiet tagħti riżultati tajbin. L-Enemalta qiegħda tagħmel ukoll interventi ta’ tisħiħ tal-linja, żieda fil-feeders u substations f’lokalitajiet mifruxa ma’ Malta u Għawdex għal distribuzzjoni aħjar.
Kif tħabbar fil-bidu ta' din is-sena, l-Enemalta qed taħdem fuq pjan ta' sitt snin b'investiment ta' 15-il miljun ewro fis-sena biex isaħħaħ is-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku. Fl-ewwel tmien xhur ta' din is-sena sar investiment ta' 11-il miljun ewro u f'ċerti oqsma anke inqabżu l-miri stabbiliti. Il-proġetti qed jissoktaw u l-ewwel riżultati diġà dehru fosthom għaliex das-sajf minkejja li żdiedet id-domanda u inqabżu r-rekords, kien hemm tnaqqis ta' 33 fil-mija fil-qtugħ tad-dawl meta imqabbel mas-sajf tas-sena li għaddiet.
Tista’ l-Ministru tispjega r-raġuni għas-sospensjoni b’mod regolari ħafna tal-provvista tal-ilma fil-lokalità tal-Imġarr (Malta) u tgħidilna x’xogħlijiet saru u dawk li huma ppjanati li jsiru biex din il-problema tissolva?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sospensjonijiet kienu kawża ta’ bdil ta’ madwar erba’ kilometri ta’ mejnijiet sabiex tittejjeb l-kwalità tal-ilma fil-lokalità.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura tal-Qorti biex tiddetermina minn liema entratura jiddaħħlu l-akkużati fil-Qorti ta’ Malta, jekk hux mill-entratura prinċipali jew entratura sekondarja?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li meta akkużat ikun jew ingħata l-libertà proviżorja jew ġie mressaq biċ-ċitazzjoni, dan jidħol mill-bieb prinċipali. F’kull każ ieħor, dan jiġi deċiż, skont il-każ mill-Pulizija jew l-uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi.
Pulizija — każi ta’ vjolenza domestika – standard operating procedure
Question
Jista’ l-Ministru jispjega u jippubblika l-istandard operating procedure li l-pulizija jużaw meta jirċievu rapport ta’ każ ta’ vjolenza domestika?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Fl-aħħar xhur fil-Korp tal-Pulizija twaqqfet it-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika, fejn rapporti relatati ma vjolenza domestika li qabel kienu jiġu nvestigati mill-Pulizija distrettwali, issa qed jiġu proċessati min din is-sezzjoni speċjaliżżata, li qed toffri approċċ ta’ one-stop-shop, immexxija min uffiċċjali mħarrġa apposta, u għaldaqstant il-proċeduri huma uniformi u ċentralizzati. F’każijiet fejn l-assistenza mitluba tkun ta’ urġenza, minħabba raġunijiet loġistiċi, kemm il-pulizija distrettwali kif ukoll uffiċċjali minn sezzjonijiet operazzjonali oħra u dawk tal-Kommunita, xorta baqgħu jagħtu l-assistenza tagħhom fl-interess lejn il-vittmi, u fl-istess waqt jkun hemm kuntatt ma uffiċċjali mit-taqsima speċjaliżżata. Sintendi dan ix-xogħol jitmexxa wkoll b’koordinament u bi sħubija ma aġenziji oħra, li jagħtu servizzi effettivi tagħhom, lill-vittmi u lill-familjari tagħhom. Għaldaqstant qed jiġi offrut servizz aħjar lil vittmi ta' vjolenza domestika. Ninsab infurmat illi proceduri ta’ vjolenza domestika hemm linji gwida (SOPs) li jinħargu lill-Pulizija, madankollu minħabba s-sensitvita ta’ dawn il-każi u fl-interess tal-vittmi, mhux opportun li dawn ikunu ippubblikati. Madankollu ninforma lill-Onorevoli Membru illi l-Pulizija tħares lejn każi ta’ vjolenza domestika b’responsabilità kbira u kommessa li tnaqqas u tgħin dawn il-każi kontra kull persuna vulnerabbli. Għal din ir-raġuni l-uffiċċjali investigattivi mit-Taqsima dwar il-Vjolenza Abbażi tal-Ġeneru u l-Vjolenza Domestika fil-Korp tal-Pulizija, jmexxu l-investigazzjonijiet tagħhom bir-reqqa, abbażi ta’ każ b’każ, u fejn ikun hemm provi ammissibbli biżejjed, jittieħdu proċeduri legali kontra l-awturi ta’ dawn ir-reati. Dan barra xogħol ieħor ta’ sostenn pro-attiv lejn il-vittmi, permezz ta’ miżuri biex jipprevjenu vjolenza kontra tagħhom.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ –direct orders
Question
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' direct orders li ħareġ il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ u kull entità li taqa' taħtu xahar b'xahar mill-1 ta’ Jannar 2022 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jara li l-informazzjoni tinkludi l-valur tad-direct order, min ipprovda s-servizz jew oġġetti (kumpanija/individwi) u x'kien is-servizz jew oġġett provdut?
San Pawl il-Baħar/Xemxija – Triq il-Pwales — manutenzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’manutenzjoni qiegħda tiġi ppjanata u meta hi ppjanata li ssir, il-manutenzjoni meħtieġa fi Triq il-Pwales, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, inkluż tindif ta’ culverts, tiswija ta’ spralli tax-xita, u, fil-parti li tgħaqqad ma’ Xatt il-Pwales/Telgħet ix-Xemxija wiċċ ġdid tal-asfalt?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-istess Kunsill irċieva konferma li x-xogħlijiet saru, kemm mingħand il-Ministeru tax-Xogħlijiet Pubbliċi u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi (MPWP-PWD) kif ukoll minn xi bdiewa tal-lokal.
Fir-rigward ta’ Telghet ix-Xemxija, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda tieghu lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-aħħar ta’ Awwissu 2022? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2534.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu Schengen C Visas kull xahar matul is-sena 2020 u matul is-sena 2021? Minn liema pajjiżi kienu l-applikanti? Kemm kien hemm applikazzjonijiet li ġew rifjutati? Kemm kien in-numru ta' persuni li waslu f’Malta mingħajr visa u ma tħallewx jidħlu Malta u ntbagħtu lura mill-port u mill-ajruport?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inħarġu D Visas kull xahar matul is-sena 2020 u matul is-sena 2021? Minn liema pajjiżi kienu l-applikanti? Kemm kien hemm minn dawn l-applikazzjonijiet li ġew rifjutati?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellent li l-informazzjoni mitluba qed tinġabar.
Billi issa għaddew bosta xhur minn mindu l-parkeġġ ta’ taħt l-Iskola Primarja tal-Qawra kellu jibda jintuża mill-pubbliku, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni li għaliha dan l-istess parkeġġ għadu mhux qed jintuża? Ma’ min saru d-diskussjonijiet biex il-parkeġġ jinfetaħ? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jew xi entità oħra hux qed joġġezzjonaw biex iż-żewġ livelli tal-parkeġġ (għal madwar 400 karozza) jibda jintuża? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan? Jekk mhux il-każ, għaliex l-istess Ministeru li bena l-iskola u l-parkeġġ, mhux qed joffri dan l-ispazju għall-użu tal-pubbliku? Jista’ jikkonferma li hemm/kien hemm diffikultajiet dwar aċċessibbilta u ingress ta’ ilma fl-istess parkeġġ? Jista’ jikkonferma li għad jonqos joħroġ compliance certificate mill-Awtorità tal-Ippjanar qabel il-parkeġġ ikun jista’ jintuża mill-pubbliku? Jekk dan hu minnu, fiex wasal dan il-proċess? Jista’ jagħti tagħrif dwar meta hi d-data l-ġdida li fiha issa dan il-parkeġġ ser ikun miftuħ għall-pubbliku?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fir-rigward l-użu tal-parkeġġ tal-iskola mir-residenti, ġew fi tmiemhom id-diskussjonijiet neċessarji mal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar u ser jiftaħ fil-ġimgħat li ġejjin.
(Informazzjoni Addizzjonali: Ara Dokument PL 1027 li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 68, nhar l-Erbgħa, 7 ta' Diċembru 2022)
Ministeru għall-Anzjanità Attiva – post ta’ supervisor
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw għall-post ta' Supervisor li għalqet fis-26 ta' Settembru 2022 (HR/MFAA/015/2022)? Jista' jgħid jekk minkejja li l-vakanza kienet waħda interna u kienu eleġibbli li japplikaw uffiċjali pubbliċi fis-Servizz Pubbliku jew uffiċjali pubbliċi fis-Settur Pubbliku, intlaqgħux wkoll applikazzjonijiet esterni?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-vakanza għalqet fis-26 ta’ Settembru 2022. Għaldaqstant il-Bord tal-Għażla għadu fil-process ta’ evalwazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid jekk is-Silver-T Service jintużax f'kull lokalità f'Malta u f'Għawdex?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-servizz tas-Silver-T qed jingħata f’25 lokalità f’Malta, li huma ż-Żurrieq, Ħal Safi, Gudja, ir-Rabat, il-Baħrija, l-Imtarfa, Ħad Dingli, il-Mosta, Burmarrad, l-Imġarr, in-Naxxar, il-Għargħur, il-Gżira, l-Imsida, Ta’ Xbiex, Tal-Pietà, Raħal Ġdid, il-Fgura, Ħal Tarxien, Santa Luċija, il-Mellieħa, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, il-Qawra u Buġibba u se jiġi provdut ukoll f’Għawdex fiż-żmien qarib.
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qiegħda fil-proċess li toħroġ tender sabiex dan is-servizz jiġi estiż fuq bażi nazzjonali.
Anzjani — Skont fuq il-kera tal-linja tat-telefown
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn anzjani li jingħataw skont fuq il-kera tal-linja tat-telefown tar-residenza tal-anzjan? Jista' jgħid ukoll x'inhuma l-kriterji sabiex anzjan ikun eleġibbli għal dan l-iskont?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-mument hemm 1,955 klijenti li qed jibbenefikaw minn dan is-servizz.
Dawn huma l-kriterji għal dan is-servizz:
· Persuni anzjani li għandhom 60 sena ’l fuq u li għandhom il-Karta r-Roża valida maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u;
· L-applikant irid ikollu servizz ta’ linja fissa tat-telefown tal-Go plc. Dan is-servizz ma jridx ikun marbut b’xi kuntratt jew b’xi pakkett ta’ servizz ieħor tal-Go plc.
Jista' l-Ministru jgħid kemm anzjani għamlu użu mis-servizz tal-Meals on Wheels fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid jekk sal-lum hemmx applikazzjonijiet li għadhom pendenti u jekk iva, għaliex għadhom pendenti?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ benefiċjarji tas-servizz tal-Meals on Wheels fl-aħħar ta’ kull sena mitluba kien hekk:
2018: 681
2019: 693
2020: 796
2021: 902
2022 (sal-aħħar ta’ Settembru) 986
M'għandniex applikazzjonijiet li baqgħu pendenti.