Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw s-Segretarjat privat tiegħi u tas-Segretarju Parlamentari huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ħal Għaxaq – persuni reġistrati bħala bdiewa full-time u part-time
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1664, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Għaxaq full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena bis-sess relattiv?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Marsaxlokk — Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin - xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħol sar tul is-sena 2021 fil-Park Naturali ta’ Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk? Tista’ tindika kemm tħawlu u nżergħu pjanti u arbuxelli?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2021 ġewwa l-Park ta’ Xrobb l-Għaġin saru dawn xogħlijiet:
· Tneħħa l-ħajt tal-perimetru eżistenti u twaqqaf ieħor ġdid skont il-permessi approvati (PA/01659/17 u PA/01660/17),
· Sar xogħol ta’ restawr fuq il-bini fejn tneħħew soqfa perikolużi u tpoġġew soqfa ġodda,
· Inbeda xogħol preparatorju għall-bini ta’ guva kbira,
· Tneħħew numru ta’ pjanti invażivi,
Matul din l-istess sena tħawlu 'l fuq minn 300 siġra u arbuxella indiġena f’dan is-sit.
Xogħol ta’ manutenzjoni bħal tisqija, żbir u tindif tal-post, manutenzjoni fuq s-sistema tal-irrigazzjoni u plumbing qed isir regolarment minn ħaddiema ta’ Ambjent Malta.
Bħalissa wkoll għaddej xogħol min-naħa ta’ Heritage Malta fuq it-tempju li hemm fi Xrobb l-Għaġin.
Jista’ l-Ministru jara li Triq Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk tiġi kkurata u miżmuma aħjar billi jidher li għandha bżonn sew? Jista’ jippreżenta rapport tekniku dwar dan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Xrobb l-Għaġin hija twila madwar tliet kilometri u li minn Marsaxlokk twassal għal Delimara. Din qed tinbena mill-ġdid b’interventi minn entitajiet differenti. Infrastructure Malta diġà lestiet 60% ta’ din it-triq skont il-pjani tagħha, filwaqt li entità oħra hija responsabbli għall-intervent fil-kumplament ta’ din it-triq.
Jista’ l-Ministru jara li Triq Delimara, f’Marsaxlokk tiġi kkurata u miżmuma aħjar billi jidher li għandha bżonn sew? Jista’ jippreżenta rapport tekniku dwar dan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet sistemi għall-ġbir tal-ilma tax-xita kif ukoll għaddiet jew sewwiet servizzi taħt l-art f’medda t’aktar minn żewġ kilometri ta’ din it-triq. Bħalissa għaddejjin ix-xogħlijiet biex titlesta l-aħħar parti minnha li kien għad jonqos biex issir.
Jista’ l-Ministru jgħid liema xogħlijiet se jiġu esegwiti fi Ġnien Lorry Sant f’Raħal Ġdid tul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta' Raħal Ġdid illi bħalissa għaddej ix-xogħol li ser jinkludi fost l-oħrajn it-tibdil tal-art, żieda fil-pjanti/siġar, xogħol fuq il-funtana u istallazzjoni ta’ bankijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa globali fuq overtime f’kull diviżjoni, dipartiment, direttorat, awtorità jew fil-ministeru stess mill-1 ta' Jannar, 2021 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din id-domanda, maqsuma xahar xahar?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 2181 Ministeru għal Għawdex – Infiq fuq sahra-updated.pdf
Għawdex: Nadur – Triq l-Imġarr – road safety barriers
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x' inhuma r-raġunijiet u għala iktar minn tliet xhur ilu bdew jitwaħħlu r-Road Safety Barriers fi Triq l-Imġarr fin-Nadur u wara ftit ġranet ma tkomplewx jiġu mwaħħlin u minflok għad baqa’ l-blokki tal-konkos? Jista’ jgħid meta se jitlesta x-xogħol kollu relatat mar-Road Safety Barriers f'din l-imsemmija triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq l-istainless railing mistenni jkun lest fil-jiem li ġejjin, filwaqt li x-xogħol fuq il-crash barriers qiegħed jitkompla u mistenni jkun lest fil-ġimgħat li ġejjin.
Ministeru għal Għawdex – esproprjazzjoni ta’ artijiet
Question
Jista' l-Ministru:
a.jgħid kemm artijiet ġew jew qegħdin fil-proċess li jiġu esproprjati fuq talba mill-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar, 2021 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
b. jgħid f'liema lokalitajiet f’Għawdex jinsabu l-artijiet esproprjati?
c. iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra
Site Plan
immarkata għal kull biċċa art u post fejn il-Ministeru għal Għawdex talab lill-Awtorità tal-Artijiet biex jiġu esproprjati artijiet f'Għawdex fil-perjodu indikat?
d. jgħid l-użu li sar jew se jsir minn kull waħda minn dawn l-artijiet?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-bidu ta' Jannar 2021 sal-lum ġew espropjati ħames siti mill-Ministeru għal Għawdex:
- Parti fi Triq Bullara: biex titwessa t-triq;
- Parti fi Triq Stellini: biex jinfetaħ l-aċċess għall-pubbliku mill-parti ta’ fuq għall-parti t’isfel tat-triq;
- Għelieqi f’Kerċem: biex ikun jista’ jiġi salvagwardjat Għar Gerduf;
- Sit fil-limiti tal-Qala: biex tkun tista’ titwessa l-Qala Road Junction;
- Parti minn għalqa fir-Rabat, Għawdex: biex tista’ titwessa l-Junction li tgħaqqad Triq l-Imgħallem ma’ Triq Wara s-Sur.
Ministeru għal Għawdex – Xogħlijiet mill-ħaddiema li għamlu farm roads bil-konkos
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm, f'liema lokalitajiet ġewwa Għawdex, u jagħti l-isem tat-triq/area u kemm kien it-tul u l-wisa’ fejn saru 'Farm Roads' bil-konkos mill-ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex mill-1 ta' Jannar, 2021 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari biex jitjieb l-aċċess għall-bdiewa u għan-nies li jiffrekwentaw dawn it-toroq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tingabar.
Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur – każijiet dwar allegat prattiċi mhux ġusti fil-bejgħ ta’ vetturi
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il każ ġie investigat da parti tal-uffiċċju tad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur dwar allegat prattiċi kummerċjali mhux ġusti fil-bejgħ ta’ vetturi ġodda mill-2017 s’issa, maqsuma sena b’sena? F’kull istanza, x’kien l-eżitu? Tista’ tgħid kemm-il każ ġie investigat da parti tal-Uffiċċju tad-Direttur Ġenerali għall-Affarijiet tal-Konsumatur dwar allegat prattiċi kummerċjali mhux ġusti fil-bejgħ ta’ vetturi second hand mill-2017 s’issa, maqsuma sena b’sena? F’kull istanza, x’kien l-eżitu? Tista’ tgħid ukoll kemm-il talba għall-kumpens saret da parti tal-konsumaturi quddiem it-Tribunal għat-Talbiet tal-Konsumatur għaliex ġie allegat li vettura mixtrija kienet b’xi mod difettuża, mill-2017 s’issa, maqsuma sena b’sena? F’kull każ, tista’ tgħid x’kien l-eżitu?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2017 sal-lum ma sarux investigazzjonijiet da parti tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur dwar allegat prattiċi kummerċjali mhux ġusti kemm fil-bejgħ ta’ vetturi ġodda, kif ukoll fir-rigward ta’ bejgħ ta’ vetturi second hand. Minkejja dan bħalissa qed tinġabar u qed tigi analizzata informazzjoni fuq xi każijiet li jista’ jwassal biex tinfetaħ investigazzjoni formali.
Fir-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija dwar kemm-il talba għal kumpens saret da parti tal-konsumaturi quddiem it-Tribunal għal Talbiet tal-Konsumatur għaliex ġie allegat li vettura mixtrija kienet b’xi mod difettuża, qed nippreżenta din l-informazzjoni t’hawn taħt:
Fir-rigward ta’ vetturi second hand
Deċiżjonijiet:
· tnejn (2) fl-2018 fejn iż-żewġ deċiżjonijiet inqatgħu favur il-konsumatur,
· tnejn (2) fl-2020 fejn waħda nqagħtet favur il-konsumatur, filwaqt li oħra nqagħtet favur il-kummerċjant, u
· waħda (1) fl-2022 fejn inqatgħet favur il-konsumatur
Każijiet li għadhom pendenti quddiem it-Tribunal:
· tlieta (3) mill-2019 – wieħed mill-każijiet huwa pendenti proċeduri quddiem il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili u wieħed mill-każijiet huwa differit
sine die
· tnejn (2) mill-2020 – wieħed mill-każijiet huwa differit
sine die
· wieħed (1) mill-2021
Fir-rigward ta’ vetturi ġodda
Deċiżjonijiet:
· tnejn (2) fl-2019 deċiżjoni waħda nqatgħet favur il-konsumatur u oħra favur il-kummerċjant
· tnejn (2) fl-2020 deċiżjoni waħda nqatgħet favur il-konsumatur u oħra favur il-kummerċjant
· waħda (1) fl-2022 fejn inqatgħet favur il-konsumatur.
Każijiet li għadhom pendenti quddiem it-Tribunal:
· wieħed (1) mill-2017 – li huwa differit
sine die
· wieħed (1) mill-2019
· ħamsa (5) mill-2020
· wieħed (1) mill-2021
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2006 u jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ storbju eċċessiv ġew irrapportati, xahar b’xahar, bejn Jannar 2021 u d-data ta’ meta qiegħda tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F’liema lokalità ġie rrapportat kull wieħed minn dawn il-każijiet u għal liema tip ta’ storbju kien qed jirreferi dan ir-rapport? Kemm minn dawn ir-rapporti kienu jikkonċernaw ħsejjes wara l-11.00 p.m. u wara s-1.00 a.m. separatament?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u s-26 ta’ Gunju 2022, saru rapporti mal-Pulizija fuq każi ta’ storbju eċċessiv f’diversi forom, kif indikat f’tabella ‘A’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Din tinkludi wkoll ix-xahar meta saru r-rapporti u l-lokalitajiet fejn saru. Minn dawn ir-rapporti u kif jidher f’tabella ‘B’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra., kienu jikkonċernaw ħsejjes irrapurtati bejn il-11.00 ta’ filgħaxija u s-siegħa ta’ fil-għodu. Kien hemm ukoll każi li ġew irrapurtati bejn is-siegħa u s-sitta ta’filgħodu, kif jidher fit-tabella ‘C’ li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 2232 Tabella 'A' - Storbju eccessiv Jan 2021-26th Jun 2022.pdfPQ 2232- Tabella 'B' Hsejjes minn 010121 to 260622 - 11pm sa 1 am.pdfPQ 2232 - Tabella 'C' - Hsejjes minn 010121 to 260622 - 1am sa 6 am.pdf
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2018 u jieħu l-passi neċessarji biex meta pensjonanti jirċievu l-avviż ta’ kemm tħallsu u/jew kemm se jitħallsu pensjoni, fin-notifika li tintbagħtilhom ma jkunx hemm miktub in-numru IBAN tal-kont tal-bank tagħhom sħiħ u dan minħabba l-fatt li ladarba n-notifika tintbagħat bil-posta, hi faċli li din tinfetaħ minn terzi u jista’ jkun hemm persuni li jabbużaw jew jagħmlu użu mhux mixtieq minn tali informazzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li, mit-12 ta’ Settembru 2022, notifiki maħruġa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, m’għadux ikollhom in-numru tal-kont bankarji (IBAN) indikat kollu imma parti minnu biss.
Awtorità tad-Djar — kiri ta' appartamenti/djar għall-użu residenzjali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2082 u jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta’ appartamenti/djar li huma mikrija mill-Awtorità tad-Djar għall-użu residenzjali? Kemm minn dawn il-proprjetajiet huma tal-Gvern u kemm huma tal-privat? F’liema lokalità jinsabu dawn il-postijiet, u jagħti n-numru ta’ appartamenti/djar għal kull lokalità?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ residenzi mikrija għal akkomodazzjoni soċjali huwa kif ġej :
Lokalità
Gvern
Privat
Total
Attard
31
17
48
Birgu
229
0
229
Birkirkara
251
57
308
Birzebbuġa
72
24
96
Bormla
731
8
739
Dingli
10
1
11
Fgura
122
26
148
Furjana
125
0
125
Għargħur
3
0
3
Għaxaq
36
13
49
Gżira
30
12
42
Gudja
53
1
54
Ħamrun
135
22
157
Isla
187
5
192
Kalkara
97
1
98
Kirkop
72
0
72
Lija
24
0
24
Luqa
31
5
36
Marsa
144
4
148
Marsaxlokk
16
1
17
Mellieħa
31
14
45
Mġarr
30
1
31
Mosta
112
2
114
Mqabba
20
2
22
Msida
65
92
157
Mtarfa
38
1
39
Naxxar
28
3
31
Pembroke
181
0
181
Pieta'
64
1
65
Qormi
152
74
226
Qrendi
9
4
13
Rabat
98
8
106
Raħal Ġdid
197
35
232
Safi
8
0
8
San Ġiljan
125
2
127
San Ġwann
320
11
331
San Pawl il-Bahar
19
202
221
Santa Luċija
339
0
339
Santa Venera
62
48
110
Siġġiewi
93
35
128
Sliema
2
2
4
Tarxien
109
24
133
Ta' Xbiex
87
0
87
Valletta
979
0
979
Wied il-Għajn
18
29
47
Xgħajra
0
4
4
Żabbar
150
19
169
Żebbuġ
113
8
121
Żejtun
164
15
179
Żurrieq
78
27
105
Fontana Għawdex
0
3
3
Għajnsielem Għawdex
0
17
17
Għarb Għawdex
0
3
3
Għasri Għawdex
0
1
1
Kerċem Għawdex
0
6
6
Munxar Għawdex
0
13
13
Nadur Għawdex
0
9
9
Qala Għawdex
0
15
15
Rabat Għawdex
93
21
114
San Lawrenz Għawdex
0
9
9
Sannat Għawdex
0
3
3
Xagħra Għawdex
0
27
27
Xewkija Għawdex
0
2
2
Żebbuġ Għawdex
0
35
35
6183
1024
7207
Awtorità tad-Djar — teħid lura ta' ċwievet ta' appartamenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2083 u ċjoè: Billi ġie rrapportat li matul l-aħħar snin kien hemm it-teħid lura ta’ kważi 500 ċavetta, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu tal-privat u kemm kienu tal-Gvern? F’liema lokalitajiet kienu l-appartamenti li fihom saru l-abbużi?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi mill-2017 sal-lum l-Awtorità tad-Djar ħadet lura l-pussess ta’ 464 residenza, mqassma kif indikat fit-tabella segwenti:
Tip ta' Pussess
Proprjetajiet
Gvern
408
Privat
48
Rekwizizzjonati
8
Lokalità
Proprjetajiet
Balzan
4
Birgu
19
Birkirkara
14
Birzebbuġa
4
Bormla
64
Fgura
7
Furjana
23
Għaxaq
1
Gżira
8
Ħamrun
18
Isla
11
Kalkara
2
Kirkop
1
Lija
1
Marsa
9
Mellieħa
1
Mġarr
2
Mosta
4
Mqabba
1
Msida
12
Naxxar
1
Pembroke
6
Pieta'
3
Qormi
12
Rabat
3
Rabat Għawdex
2
Rahal Ġdid
29
San Ġiljan
5
San Ġwann
19
San Pawl il-Baħar
25
Santa Luċija
16
Santa Venera
8
Siġġiewi
7
Sliema
1
Ta' Xbiex
1
Tarxien
15
Valletta
86
Wied il-Għajn
2
Żabbar
4
Żebbuġ
4
Żejtun
5
Żurrieq
4
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-għalliema Peripatetiċi li kienu ħadu klassi f'Għawdex fi żmien il-Covid-19, għandhomx dritt li jibqgħu fil-klassi bħala class teachers? Kemm-il għalliem Peripatetiku talab biex jibqa' fil-klassi, u kemm-il talba ġiet aċċettata u kemm-il talba ġiet rifjutata?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena skolastika 2021-2022 ma kien hemm l-ebda talba minn għalliema peripatetiċi li jservu f’Għawdex biex jieħdu klassi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm għalliema li huma kkwalifikati bħala Early Years li telgħu jgħallmu Għawdex għax kien hemm bżonn KGEs u wara sena qalbu għal primary teachers u ħadu post teachers li kien imisshom jitilgħu humu minn Malta?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda għalliema li ġabu l-kwalifika tal-Early Years u telgħu jgħallmu klassijiet tal-Kinder u wara sena qalbu Primarja.