Legislature:
Category:
Reset
Active:

L-Imqabba – Grawnd tal-futbol – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal it-tkabbir tal-grawnd tal-futbol ġewwa l-Imqabba?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Infurmat li l-klabb tal-Imqabba għamel talba lill-SportMalta sabiex tiġi allokata art addizzjonali. Infurmat ukoll li l-art mitluba hija art privata.

Baġit 2026 – Line Item 5079

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk is-somma ta’ €11.2 miljun, taħt Line Item 5079 – Domestic Battery Storage Scheme fil-Baġit 2026, tkoprix biss skemi kompletament ġodda jew hux se jintuża wkoll għall-back log ta’ dawn il-batteriji minn snin preċedenti?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Enemalta – Allowances tal-ETS

Question

Fid-dawl tad-dikjarazzjonijiet tal-Kap Eżekuttiv tal-Enemalta, li l-kumpanija qed taħdem ma’ konsulenti legali Maltin, Brittaniċi u Svizzeri biex tirkupra allowances nieqsa li kienu nnegozjati taħt is-Sistema Ewropea tal-Kummerċ ta’ Emissjonijiet (ETS) permezz ta’ intermedjarju Svizzeru, u fid-dawl tal-fatt li f’Awwissu lil Enemalta rriżultalha li madwar €60 miljun f’ċertifikati tal-karbonju ma setgħux jinstabu, tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni sħiħa dwar l-intermedjarju Svizzeru involut f’dawn it-tranżazzjonijiet, u b’mod partikolari, tista’ l-Ministru tipprovdi: i.    L-identità sħiħa tal-intermedjarju Svizzeru, inkluż l-indirizz legali u l-istruttura korporattiva tiegħu li turi min huma l-Beneficial Owners; ii.    Kopji tal-ftehimiet, kuntratti, jew arranġamenti li bihom Enemalta kienet qed tikkummerċjalizza l-allowances tal-ETS permezz tiegħu; iii.    Kronoloġija dettaljata tat-tranżazzjonijiet kollha tal-ETS magħmulin permezz tal-intermedjarju; iv.    Kopji jew sommarji tad-due diligence u l-verifiki regolatorji li saru qabel ma sar l-ingaġġ tal-intermedjarju; v.    Rekords tal-komunikazzjonijiet bejn Enemalta u l-intermedjarju, inklużi emails u minuti ta’ laqgħat; u vi.    Dettalji dwar il-passi legali li qegħdin jittieħdu biex jiġu rkuprati l-allowances nieqsa u dwar il-livell ta’ kooperazzjoni li Enemalta jew il-Gvern irċevew mingħand dan l-intermedjarju Svizzeru?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa Enemalta, fuq parir tal-avukati u l-konsulenti tagħha, qed timxi fit-termini tal-ftehim viġenti bejn iż-żewg partijiet sabiex il-parti l-oħra twettaq l-obbligi tagħha skont l-imsemmi ftehim. F’dawn iċ-ċirkostanzi, f'dan l-istadju kkunsidrati l-obbligi kuntrattwali tal-Enemalta skont l-imsemmi ftehim, kif ukoll l-interessi kummerċjali tal-Enemalta fiċ-ċirkustanzi u l-proċessi kuntrattwali li qed tadopera, mhux fl-aħjar interess tal-Enemalta jew tal-azzjonisti tagħha li t-taghrif u d-dokumenti li qed jintalbu jinġiebu fid-dominju pubbliku. Ninforma wkoll lill-Onor. Interpellant li kif għidt diġá f’dan il-Kamra, dwar is-suġġett tkellimt ukoll mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija fejn infurmajtu bid-disponibbiltà tat-tmexxija tal-Enemalta għal komunikazzjoni diretta f’każ li jħoss il-ħtieġa.

KM Malta Air - Rapporti finanzjarji awditjati u management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti finanzjarji awditjati tal-KM Malta Air mill-bidu sa tmiem is-sena 2024? Jista’ wkoll iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts għall-2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-PQ 32480.

Mediċini li nxtraw b’direct order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ mediċini li nxtraw b’direct order fis-snin bejn l-2020 u l-2025, maqsuma sena b’sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Paola Hub – Servizzi li fadal jinfetħu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema servizzi fadal jinfetħu fil-Paola Hub u meta ser jinfetħu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li f'Ċensu Moran Ċentru Reġjonali tas-Saħħa, ser ikun hemm aktar servizzi ġodda, li jkunu jistgħu jitħabbru fil-ħin propizju. Sadanittant, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġija li tajtu għall-Mistoqsija Parlamentari 30393, fejn elenkajt in-numru ta’ servizzi li diġa' huma offruti minn dan iċ-Ċentru Reġjonali.

Paola Hub – Radiographers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm radiographers jaħdmu fil-Paola Hub u kemm minnhom huma ‘CPCM registration approved’ mill-Kunsill għall-Professjonijiet Kumplimentari għall-Mediċina u kemm le?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tal-kura sekondarja jimpjega sitt Radiographers u kollha huma reġistrati ma’ CPCM. Is-Sezzjoni tal-Imaging ġewwa ċ-Ċentru Reġjonali Ċensu Moran topera b'mod 'Hybrid' minħabba d-domanda għolja ir-rosters jintlew minn Radiographers ġejjin minn entitajiet varji kif ukoll dawk impjegati mad-Dipartiment tal-Kura Sekondarja.

Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi – Blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali – Lifts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-blokok ta’ akkomodazzjoni soċjali tal-Gvern li għadhom mhux mgħammra minn lift fil-lokalitajiet ta' Ħal Qormi, Ħal Luqa u s-Siġġiewi?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Double Taxation Treaties - 2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2024 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2024 saru 2 double taxation agreements. Dawn saru ma’ l-Svizzera u Curacao.

Double Taxation Treaties - 2021

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2021 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2021 saru 2 double taxation agreements. Dawn saru mal-Polonja u l-Svizzera.

Double Taxation Treaties - 2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2020 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2020 saru 3 double taxation agreements. Dawn saru mar-Russja, Ghana u Armenja.

Double Taxation Treaties - 2019

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2019 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2019 saru 2 double taxation agreements. Dawn saru ma’ Monaco u Kosovo.

KM Malta Airlines – Statutory Financial Statements

Question

B’referenza għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 26542 u 32044 dwar l-accounts tal-KM Malta Airlines, in vista tal-fatt illi minn records tal-Malta Business Registry jirriżulta li s-sena finanzjarja tal-KM Malta Airlines Ltd għalqet fil-31 ta’ Marzu 2025, jista’ l-Ministru jgħid għaliex is-Statutory Financial Statements li legalment kellhom jiġu approvati mill-Bord tad-Diretturi tal-KM Malta Airlines Ltd sal-1 ta’ Settembru 2025 u jiġu ppreżentati lill-Malta Business Registry (MBR) sat-13 ta’ Ottubru 2025, għadhom ma ġewx ippreżentati lill-MBR? Jista’ jgħid ukoll jekk dawn ġewx approvati mill-Bord tad-Diretturi tal-istess kumpanija u jekk le, jgħid għaliex għadhom ma ġewx approvati u x’passi ser jieħu sabiex id-dispożizzjonijiet legali jiġu rispettati mill-kumpanija?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-kumpanija KMMA ġiet imwaqqfa fl-1 ta’ Novembru 2023. Minħabba li s-sena finanzjarja tal-Kumpanija tagħlaq fil-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, inġieb permess mill-Malta Tax and Customs Administration biex l-ewwel perjodu finanzjarju jkun ikopri x-xhur mill-1 ta’ Novembru 2023 sal-31 ta’ Marzu 2025. Skond l-artiklu 182 (2) taħt l-Att tal-Kumpaniji, Kapitlu 386, l-istatements finanzjarji awditjati, iridu jiġu approvati u ffirmati mill-awdituri sa mhux aktar tard minn 10 xhur wara l-għeluq tas-sena finanzjarja, iġifieri l-31 ta’ Jannar 2026. Skond l-istess Att, l-artiklu 183 (1) jipprovdi li dawn l-istatements mbagħad iridu jiġu sottomessi lill-Malta Business Registry sa mhux aktar tard minn 42 ġurnata mill-approvazzjoni, iġifieri l-14 ta’ Marzu 2026.

Tobba ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fis-sena 2022? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrifjutati għall-istess sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-PQ 32152.

Tobba ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2023

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fis-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrifjutati għall-istess sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-PQ 32152.

Tobba ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fl-2024

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ tobba, li huma jew ċittadini Maltin, jew ċittadini ta’ pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jew oħrajn minn pajjiżi barra mill-Unjoni Ewropea, li applikaw u ġew ingaġġati bħala Basic Specialist Trainee Doctors fis-sena 2024? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew irrifjutati għall-istess sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-PQ 32152.