Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ttieħdu s’issa fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-UE numru 2023/2673 li temenda d-Direttiva 2011/83/UE fir-rigward tal-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod u li tħassar id-Direttiva 2002/65/KE?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi preżentement qiegħed jiġi ffinalizzat ix-xogħol sabiex tiġi transposta fil-liġi Maltija id-Direttiva (UE) 2023/2673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Direttiva 2011/83/UE fir-rigward tal-kuntratti ta’ servizzi finanzjarji konklużi mill-bogħod u li tħassar id-Direttiva 2002/65/KE, billi:
(a) jitħassru Regolamenti dwar Distance Selling (Retail Financial Services) (leġiżlazzjoni sussidjarja 330.07) u jinħarġu Regolamenti ġodda taħt l-Att Dwar l-Awtorita’ Għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta; u wkoll
(b) jiġu emendati r-Regolamenti dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (leġiżlazzjoni sussidjarja 378.17) taħt l-Att dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur sabiex jiġi transpost l-Artikolu 1(3) tad-Direttiva.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji parastatali? Jista’ jgħid ukoll meta kien l-aħħar li ġew ippreżentati l-audited accounts ta’ kull kumpanija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob l-Onor. Interpellant jiċċara l-mistoqsija u jikkjarifika xi jrid iffiser b’ “kumpaniji parastatali”.
Jista’ l-Ministru jispjega x’kriterji ntużaw biex ġew identifikati l-awtoritajiet kompetenti a tenur tal-artikolu 7 tal-Ordni dwar Miżuri għal Livell Għoli Komuni taċ-Ċibersigurtà madwar l-Unjoni Ewropea (Malta), Leġiżlazzjoni Sussidjarja 460.41, tenut kont tal-fatt li hemm setturi jew sub-setturi bħat-trasport fejn ma ġewx imsemmija awtoritajiet kompetenti speċifiċi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li c-CIPD (Critical Infrastructure Protection Directorate) ikkonsultaw mar-regolaturi rilevanti kollha dwar l-implimentazzjoni tal-qafas NIS2.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34126, jista’ l-Ministru jipprovdi break down tal-ispejjeż li ssemmew, kopji ta’ rċevuti, u jagħti rendikont jekk kienx hemm xi dħul finanzjarju minn dawn il-konferenzi?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ispiża tal-konferenza li saret fl-2025 kienet tinkonsisti: f’kiri ta’ sala f’Dar il-Mediterran; loġistika; apparat awdjoviż; kelliema internazzjonali u spejjeż oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-konferenzi tal-Allied Health professionals fl-2022 u 2023 kienx hemm call for abstracts? Jista’ jgħid ukoll jekk xi waħda minn dawn il-konferenzi kenitx meqjusa bħala ‘scientific conference’?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-konferenzi li saru fis-snin preċedenti 'Allied Health Conference: Together we Make a Difference' fl-2022 u 'Allied Health: Trending Digitally' fl-2023 kienu fundamentali biex jiddaħħal l-ispirtu ta' tiġdid professjonali. Dawn il-konferenzi kienu ffukati fuq il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiċi u l-iżvilupp professjonali kontinwu.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34126, jista’ l-Ministru jagħti break down tal-ispejjeż relatati mal-konferenza tal-Allied Health li saret fl-2024?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-ispiża tal-konferenza li saret fl-2024 kienet tinkonsist: f’kiri ta’ sala; loġistika; onorarja lill-kelliema; kif ukoll servizzi u spejjeż oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-konferenza tal-Allied Health fl-2023 u jagħti breakdown tal-ispejjeż? Jista’ jgħid ukoll kemm attendew delegati?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li għall-konferenza li saret fl-2023 attendew għaliha 230 parteċipant. L-ispiża kienet ta’ €3,600.00 VAT eskluż. Din l-ispiża tinkonsisti: f’kiri ta’ sala; loġistika; u spejjeż oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34126, fejn intqal li “l-konferenza li saret fl-2025, attendew għaliha 600 parteċipant.”, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn is-600 delegat kenux delegati differenti fuq jumejn jew delegati li attendew iż-żewġ ġranet ġewx magħduda darbtejn (doppji)?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li r-reġistrazzjoni kienet miftuħa b'tali mod li persuna setgħet tattendi għal ġurnata waħda biss jew għaż-żewġ sessjonijiet.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34128 fejn intqal li “fil-perjodu msemmi kien hemm żewġ riżenji ta’ Professional Leads tal-Allied Health.”, jista’ l-Ministru jelabora dwarhom? Jista’ jgħid ukoll jekk kienx hemm aktar riżenji ta’ Professional Leads tal-Allied Health u jekk iva, minn liema professjoni kienu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li, kien hemm total ta’ tliet riżenji ta’ Professional Leads fl-Allied Health, b’waħda minnhom isseħħ wara li weġibt PQ 34128. Dawn kienu mill-Clinical Perfusion, l-Occupational Therapy u r-Radjografija.
Persuna meta tirriżenja mhix obbligati li tati r-raġuni.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna tistax tmur fid-Domestic Violence hub tal-Floriana minflok dak ta’ Santa Luċija jew l-Imtarfa, jekk ikun iktar konvenjenti għaliha, bla ebda xkiel?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi, il-Pulizija, permezz tal-GBDVU, tipprovdi servizz koordinat għall-vittmi ta’ vjolenza domestika minn tliet Domestic Violence Hubs f’Santa Luċija, fl-Imtarfa u r-Rabat Għawdex, fejn jingħata servizz minn Ufficjali tal-Pulizija speċjalizzati fuq tali rapporti, flimkien mat-tim ta’ Risk Assessors. Bħal dejjem il-Pulizija tibqa' disponibbli biex tassisti lil kull min jitlobha l-għajnuna, madankollu sabiex kull każ jiġi indirizzat bl-aktar mod effettiv u effiċjenti, meta persuna tmur id-Depot jew post ieħor tal-Pulizija, din tiġi ggwidata lejn wieħed minn dawn il-hubs. Jekk ikun hemm il-bżonn anke l-vittma tiġi provduta transport bla ħlas.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ġenituri tat-tfal li jkunu qed jirċievu l-kura fl-Isptar Mater Dei, jitħallewx joqogħdu ħdejn it-tfal tagħhom il-ħin kollu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li skont il-proċeduri tal-Isptar, jista’ jkun hemm il-ħin kollu ġenitur wieħed li jibqa’ mat-tfal li jkunu rikoverati l-isptar Mater Dei. Imbagħad, skont il-kundizzjoni tal-każ speċifiku, jkun hemm ħinijiet fejn iż-żewġ ġenituri jkunu jistgħu joqogħdu mal-wild.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ fiex wasal il-proġett tal-villaġġ tal-karnival? Jista’ jgħid ukoll meta dan il-proġett hu ppjanat li jinfetaħ biex jintuża, min huwa l-kuntrattur u jekk tqabbadx b’direct order jew le?
Response (BONNICI, OWEN)
Infurmat li x-xogħol fuq il-proġett li hu magħruf bħala l-Culture Hub li fih se jinkludi l-imħażen għall-parteċipanti tal-karnival fost l-oħrajn, jinsab għaddej. Filfatt, wara li ġie mogħti l-kuntratt tal-ewwel tender tal-iskavar, tħammil, u ppuntar (piling), wara sejħa pubblika skont il-proċeduri u r-regoli tax-xiri pubbliku, ix-xogħolijiet qed javvanzaw. S’issa ġew demoliti l-istrutturi kollha fuq is-sit, beda l-ewwel parti ta’ tħammil u l-iskavar fuq is-sit. Wara ser jsegwu x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni u dawk ta’ finitura u elettriku, skont ir-regoli ta' procurement.
Il-proġett huwa parzjalment finanzjat minn fondi Ewropej u għalhekk gvernat mill-iskadenzi tal-istess.
Att kontra Money Laundering – Profil ta’ persuni akkużati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xejriet ġodda fil-profil tal-persuni akkużati taħt l-Att dwar Money Laundering, Kap. 373 li huma ta’ tħassib għall-awtoritajiet fiskali?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.