Legislature:
Category:
Reset
Active:

Lift ta’ Bieb il-Belt – nefqa fit-tiswija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq fit-tiswija tal-lift ta' Bieb il-Belt minn mindu fetaħ għall-użu pubbliku? Jista' jgħid kemm-il darba kellu ħsara minn mindu fetaħ għall-użu pubbliku? Jista' jgħid ukoll jekk għandux il-ħsieb li l-lift jibqa' pubbliku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2684 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Qrati tal-Ġustizzja – imputati liberati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il imputat ġie liberat mill-Qrati tal-Ġustizzja fl-aħħar sentejn minħabba problemi fin-notifika li jwasslu għall-preskrizzjoni tal-allegati reati?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati ma żżommx din it-tip ta’ informazzjoni.

Qrati tal-Ġustizzja — marixxalli

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm marixxalli jaħdmu fil-Qrati tal-Ġustizzja fil-preżent?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bħalissa l-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati topera b’marixxal ewlieni (1), ħames (5) marixxalli anzjan u għoxrin (20) marixxall li tnejn minnhom jinsabu fuq leave tal-irtirar.

Qrati tal-Ġustizzja – notifiki ordnati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il notifika ġiet ordnata mill-Qrati tal-Ġustizzja fis-sena 2021 u fis-sena kurrenti 2022?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-5 ta’ Ottubru 2022.

Festi tas-sajf 2022 – spejjeż relatati għas-servizzi tal-Korp tal-Pulizija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont globali li l-għaqdiet non-governattivi nefqu għall-ispejjeż relatati mal-festi tas-sajf tas-sena 2022 għas-servizzi tal-Korp tal-Pulizija, b'ċifra globali għal kull lokalità rispettiva?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi s-servizz tal-pulizija fil-ġimgħa tal-festa kien bla ħlas, għadu bla ħlas u ser jibqa’ bla ħlas.

Lista ta’ Stop and Enforcement Notices

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' Stop and Enforcement Notices li l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet bejn l-2013 u l-2021 fuq strutturi barra ż-żoni tal-iżvilupp li mhumiex skont il-permess fil-lokalitajiet ta' Ħal Għaxaq, il-Gudja, Marsaxlokk u Birżebbuġa u li għadhom miftuħa? Għal kull każ, tista' l-lista turi meta ħarġet l-enforcement notice, meta kienet l-aħħar spezzjoni u x'kienet l-aħħar azzjoni meħuda u meta?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

Birżebbuġa – Kunsill Lokali – talba għal trasport pubbliku fi Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-Kunsill Lokali Birżebbuġa ressaq talba sabiex it-trasport pubbliku f'din il-lokalità jibda jservi wkoll Triq tal-Papa u Triq tal-Ġebel? Jista' jgħid fiex waslu d-diskussjonijiet u, jekk hemm xi intoppi, dawn x'inhuma? Jekk hemm xi deċiżjoni jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif ser jiġu riveduti r-rotot u d-dati meta s-servizz ser jibda?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta kellha taħdidiet ma' kunsillliera mill-kunsill lokali ta’ Birzebbuġia fejn kienet tresqet it-talba sabiex jibdew jiġu servuti Triq tal-Papa kif ukoll Triq tal-Ġebel. Għar-rigward l-akwata ta’ Tal-Papa, ir-rotta 82 kif ukoll 210 qegħdin jgħaddu minn Triq l-Imnarja li hija triq paralela ma dikta’ Triq Tal-Papa. Fil-każ ta' Triq tal-Gebel, Transport Malta qegħda tistudja kif din l-akwata tista' tkun servuta permezz tas-servizz tat-trasport publikku.

Karozza tal-linja numru 210 li mhux tidħol fil-Qajjenza

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jippubblika r-raġunijiet għaliex ir-rotta tal-karozza tal-linja bin-numru 210 mhux qiegħda tidħol fil-ħinijiet tagħha ġol-Qajjenza?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li wara investigazzjoni li wettqet Transport Malta fuq l-andament tar-rotot 210 bejn it-18 ta Settembru u it-3 t’ Ottubru 2022 irriżulta li kien hemm numru zgħir ta vjaġġi fejn dawn ma servewx l-inħawi tal-Qajjenza. Jirriżulta li dan ġara minħabba żball tax-xufiera. Infurmat ukoll li l-Operatur tat-Trasport Publiku ha il-passi neċessarji sabiex tnaqqas tali inċidenza.

Karozza tal-linja numru 119 li mhux tidħol fil-Qajjenza

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jippubblika r-raġunijiet għaliex ir-rotta tal-karozza tal-linja bin-numru 119 mhux qiegħda tidħol fil-ħinijiet tagħha ġol-Qajjenza?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninsab infurmat li wara investigazzjoni li wettqet Transport Malta fuq l-andament tar-rotot 119 bejn it-18 ta Settembru u it-3 t’ Ottubru 2022 irriżulta li kien hemm numru zgħir ta vjaġġi fejn dawn ma servewx l-inħawi tal-Qajjenza. Jirriżulta li dan ġara minħabba żball tax-xufiera. Infurmat ukoll li l-Operatur tat-Trasport Pubbliku ha il-passi neċessarji sabiex tnaqqas tali inċidenza.

Ħal Far – Trakka tal-Karozzi – Environment Impact Assessment

Question

Tista' l-Ministru tgħid liema kienu/huma r-raġunijiet, imsaħħa b'dokumentazzjoni adegwata, inkluż kopja tal-minuti, u abbażi ta' liema studji l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) ddeċidiet li ma hemmx bżonn ta' Environment Impact Assessment fl-applikazzjoni għal bini ta' trakka tal-karozzi f'Ħal Far?

Response (DALLI, MIRIAM)

Iż-Żona li qed nitkellmu dwarha hija art li fuqha diġà hemm żvilupp f’żona industrijali. Ninsab infurmata li l-proċess ta’ screening ta’ EIA li sar iddetermina li potenzjalment jista’ jkun hemm impatt limitat għal xi konsiderazzjonijiet li jistgħu jiġu indirizzati b‘mod adegwat bi studji speċifiċi. Għalhekk li ntalbu studji dwar l-impatt tal-ħsejjes, vibrazzjonijiet u dwal. L-Awtorità talbet ukoll Appropriate Assessment skond ir-Regolamenti dwar il-protezzjoni tal-Flora, Fawna u Ambjent Naturali. (S.L.549.44) Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra d-dokumentazzjoni relattiva dwar dan il-każ u li tinsab ukoll fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi.https://era.org.mt/era-project/ea00001-22/.

Artijiet li ġew meħuda mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 512 u 866 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità ta' artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din id-domanda u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ? Tista' tingħata d-data għal kull każ meta ser jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant rigward dawk il-ka¿ijiet mill-1990 sa’ l-2003, f’April 2022 skattat id-data fejn ka¿ijiet t‘esproprji li dwarhom il-Gazzetta kienet ilha li ħarget 25 sena qabel l-2017, gew preskritti. Kaw¿a ta’ dan, ħafna minn dawn il-ka¿ijiet qiegħdin għal gudizzju quddiem il-Qorti. Billi kull sena il-Gvern jalloka budget ghall dawn il-kazijiet, priorita ta’ ħlas dejjem trid tingħata lil dawk il-kaw¿i li jiġu deċizi mill-Qorti billi dawn ikollohom terminu speċifiku ta’ ħlas. Għaldaqstant, il-programm tal-Gvern sabiex jigu risolti dawn il-kazijiet issa sejjer jiffoka sabiex jiġu risolti u mħallsa dawk il-ka¿ijiet li jiġu deċizi mill-Qorti, kif ukoll fi programm ta rilaxx ta’ artijiet illi kienu ġew esproprijati u qatt ma sar uzu minnhom kif kien maħsub originarjament.

Sajjieda Maltin — allokazzjoni

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1180, jista’ l-Ministru jagħti l-ħinijiet li ħarġu l-bastimenti tas-sajjieda u xħin daħlu u kemm għamlu ħin fuq il-baħar biex inqabad dan il-ħut? F’kemm żmien u ħin inqabdet il-bycatch kollha u x’temp kien dakinhar li nqabdet? Jista’ jagħti wkoll iż-żona permezz tal-GPRS jew il-VMS, li l-bastimenti huma obbligati li jkollhom u li jkunu mixgħulin, speċifikament għas-sajd tat-tonn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ċimi tal-lampuki tan-nylon

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk in-nylon taċ-ċimi tal-lampuki huwiex single-use plastic jew le? Jekk fl-affermattiv, dan jista’ jintuża jew le?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nylon li jintuża għaċ-ċimi tal-lampuki mhux normalment meqjus bħala single-use plastic u mhux projbit bil-liġi (SL549.140) li tirrifletti l-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni Ewropea.

Użu ta’ materjal tas-sajd mhux degradabbli

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk intużax jew jistax jintuża materjal għas-sajd li mhuwiex degradabbli u dan skont Direttiva tal-UE?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jindika u jispeċifika b’mod ċar għal liema Direttiva tal-UE qed jirreferi sabiex tkun tista’ tingħata risposta infurmata.

Studju kkumissjonat mill-ERA dwar ir-rizzi

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-istudju li ġie kkummissjonat mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) u li sar jew qed isir mill-Università ta’ Malta dwar ir-rizzi, huwiex lest jew le? Jekk dan l-istudju tlesta, tista’ l-Ministru tgħid x’kienu l-konklużjonijiet tiegħu jew xi rriżulta minnu? Dan l-istudju se jkun ippubblikat jew le?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li l-istudju dwar ir-rizzi tlesta u b’mod ġenerali kkonkluda li in-numru tar-rizzi f’pajjiżna naqas u llum huwa wieħed baxx. Bħalissa l-Awtorita’ għall-Ambjent u r-Riżorsi qiegħda tikkunsidra x’għandu jkun l-pass li jmiss sabiex dan in-numru ma jkomplix jonqos u kemm jista’ jkun jibda jiżdied. Fil-mument opportun tkun tista’ ssir ukoll konsultazzjoni pubblika. F’dan il-kuntest wieħed ikun jista’ wkoll jippubblika r-rapport jew il-partijiet relevanti minnu.

Kaptana minn pajjiżi terzi – imbarkar biex jaħdmu fuq bastimenti tas-sajd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiċi għandhom il-kaptana minn pajjiżi terzi li jiġu imbarkati biex jaħdmu fuq bastimenti tas-sajd, sabiex ikunu jistgħu jbaħħru f’ibħra internazzjonali? Kemm ingħataw permessi mill-bidu ta’ din is-sena, xahar b’xahar? Mil-liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2713 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Siġġiewi – niżla ta’ Sa Meżun f''Lapsi – manutenzjoni fuq il-parati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti struzzjoni sabiex Transport Malta tagħmel il-manutenzjoni fuq il-parati li jinsabu fin-niżla ta’ Sa Meżun f'Lapsi, is-Siġġiewi b'numru minnhom neqsin bl-inkonvenjent li dan qed joħloq lis-sajjieda?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta fl-aħħar xhur biddlet diversi parati fiż-żona msemmija u kontinwament tagħmel spezzjonijiet u manutenzjoni biex fejn hemm neqsin jew imkissra jitbiddlu immedjatament. Ser naraw li fejn hemm parati mkissrin jew neqsin jerġgħu jiġu mibdula.

Skejjel Statali – għalliema impjegati bejn l-2012 u l-2022

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru totali ta’ għalliema impjegati fl-iskejjel statali għal kull sena mill-2012 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella hawn taħt; Sena Teachers 2012 194 2013 202 2014 222 2015 291 2016 250 2017 206 2018 170 2019 210 2020 163 2021 175 2022 193

Skejjel Statali – għalliema li ma baqgħux fis-servizz

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien in-numru totali ta’ għalliema fi skejjel statali li ma baqgħux fis-servizz għal kull sena mill-2012 sal-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ammont ta’ għalliema fi skejjel statli li ma baqgħux fis-servizz mill-bidu ta’ Jannar 2012 sa l-4 t’Ottubru 2022 huwa skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt Sena Għalliema li ma baqgħux fis-servizz 2012 42 2013 38 2014 42 2015 39 2016 32 2017 43 2018 58 2019 65 2020 33 2021 57 2022 37