Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kors dwar il-Kura tal-Anzjani: Teorija u Prattika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw biex jattendu għall-kors dwar il-Kura tal-Anzjani: Teorija u Prattika, akkreditat mill-Università ta' Malta u organizzat miċ-Ċentru ta' Taħriġ, San Vinċenz de Paul, (LAS1101) Award fil-Livell 5 (14ECTS) liema applikazzjonijiet għalqu fl-20 ta' Settembru li għadda?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li għall-kors dwar il-Kura tal-Anzjani: Teorija u Prattika, akkreditat mill-Università ta' Malta u organizzat miċ-Ċentru ta' Taħriġ, San Vinċenz de Paul, kien hemm 26 applikazzjoni għall-kors full time u 8 applikazzjoni għall-kors part time.

Anzjani li jgħixu fil-komunità – servizz ta’ internet b’xejn

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1986, jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi u jekk sarx xi forma ta' ftehim mal-operaturi tat-telekomunikazzjoni sabiex l-anzjani li jgħixu fil-komunità jibbenefikaw minn internet b'xejn jew minn offerti fuq pakketti li jinkludu wkoll l-internet? Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jibda jipprovdi lill-anzjani li jgħixu fil-komunità b'internet b'xejn fin-nuqqas ta' xi forma ta' ftehim mal-operaturi?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kif fil-fatt ġiet mwieġba l-Mistoqsija Parlamentari numru 1986, l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità qiegħda tipprovdi faċilità ta’ internet b’xejn ġewwa ċ-ċentri tal-Anzjanità Attiva kif ukoll ħadmet mal-operaturi tat-telekomunikazzjoni GO u EPIC biex jagħmlu parti mill-iskema “Skontijiet għall-Anzjani” fejn anzjani li għandhom ’il fuq minn 60 sena jistgħu jibbenefikaw minn offerti fuq pakketti li jinkludu l-internet.

San Pawl il-Baħar: ·Ġnien Borg, Għajn Nastas u San Martin – tqegħid ta’ mains tal-ilma tan-new water

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar meta mistenni jitkompla x-xogħol ta’ tqegħid tal-mains tal-ilma u tan-new water fl-inħawi ta’ Ġnien Borg, Għajn Nastas u San Martin, San Pawl il-Baħar u meta hu ppjanat li dan jitlesta? Tista’ tara li n-new water jitwassal ukoll saż-żoni tal-Wardija (San Pawl il-Baħar) u saż-Żebbiegħ (Mġarr)? Tista’ tara x’inhi l-possibilità li l-istess new water jitwassal sal-inħawi tat-Telliera, limiti ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li x-xogħol ta’ tqegħid tal-mejnijiet fl-inħawi msemmija ser jitkompla f’Novembru u ippjanat jitlesta sa l-aħħar tas-sena. In-NewWater network ser tiġi estiża minn Triq Għajn Tuffieħa lejn iż-żona ta’ San Martin u l-inħawi tat-Tilliera fid-direzzzjoni tal-Wardija u z-Żebbiegħ sa fejn tippermetti l-pressa.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx persuni fil-vesti ta’ CEOs jew Heads li waslu għall-età tal-irtirar minn kull entità taħt dan il-Ministeru.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 2384.

Ministeru għal Għawdex – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemmx persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (CAMILLERI, BYRON)

F'kull entità jsir l-almu kollu possibbli sabiex il-ħaddiema jirċievu tagħlim kontinwu relatat max-xogħol tagħhom li tagħmilha possibbli li l-ħaddiema kontinwament ikollom progressjoni fil-karriera tagħhom. L-irwoli li qed tirreferi għalihom huma okkupati minn persuni b’kuntratti definiti assenjati lilhom. Hi proċedura normali li, meta jkunu waslu biex jintemmu, isiru tħejjijiet minn qabel għat-tiġdid tagħhom mal-istess persuni jew oħrajn li jidħlu flokhom.

Ministeru għat-Turiżmu – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fi ħdan il-Ministeru m’hemmx CEOs jew Kapijiet li waslu għall-eta’ tal-irtirar.

Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fl-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħi m’hemmx każijiet ta’ persuni li se jirtiraw fil-futur qrib. Fi kwalunkwe każ l-operat tal-entitajiet ma jiddependix eżklussivament fuq is-CEO biss imma fuq teams magħmula min-nies kompetenti li jassiguraw li l-entita’ rispettiva titmexxa ‘l quddiem fi kwalunkwe ċirkostanza.

Awtorità tad-Djar – skemi ta’ rranġar ta’ residenzi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema skemi ta’ rranġar ta’ residenzi huma miftuħin preżentement? Liema minn dawn l-iskemi huma applikabbli għall-proprjetà li fiha qed joqogħdu s-sidien u liema huma applikabbli għall-proprjetà mikrija? Liema minn dawn l-iskemi huma applikabbli għall-proprjetajiet privati u liema huma applikabbli għall-proprjetajiet tal-Gvern?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha żewġ skemi ta’ rranġar u titjib li huma s-segwenti:- · Skema għal Sussidju fuq Xogħlijiet ta' Irranġar u Titjib f'Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini; u · Skema għal Sussidju fuq xogħlijiet relatati ma’ strutturi Perikoluzi fi proprjetà privata li hija okkupata minn qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 minn inkwilini jew Ċenswalisti. L-Iskema għal Sussidju fuq Xogħlijiet ta' Irranġar u Titjib f'Residenzi Okkupati minn Sidien jew Inkwilini hija mmirata għal dawk is-sidien u inkwilini sabiex jagħmlu xogħol ta’ rranġar u titjib fir-residenzi fejn huma jirrisjedu, kif ukoll għal sidien biss, biex jagħmlu xogħlijiet relatati ma’ struttura perikoluża. Din l-iskema hija wkoll applikabbli għal postijiet mikrija mill-Gvern sabiex jagħmlu xogħol biss ta’ rranġar u titjib. L-iskema għal Sussidju fuq xogħlijiet relatati ma’ strutturi Perikolużi fi proprjetà privata li hija okkupata minn qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 minn inkwilini jew Ċenswalisti hija mmirata għal inkwilini fi proprjetà privata mikrija qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 sabiex jagħmlu xogħlijiet relatati ma’ struttura perikoluża.

Personalised reserved parking bays — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li bħalissa l-applikazzjonijiet għall-personalised reserved parking bay għall-blue badge holders u/jew communal reserved parking bay għall-blue badge holders, jinsabu sospiżi? Jekk iva, x’inhi r-raġuni għal dan?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li Transport Malta b’koordinament ma’ l-Agenzija Sapport, ghaddejjinkontinwament bl-evalwazzjoni u bl-implimentazzjoni ghallpersonalised reserved parking bays ghall Blue Badge Holders u/jew communal reserved parking bays ghall Blue Badge Holders. Wiehed irid jifhem li ghal kull applikazzjoni hemm process li jrid isir u li kultant jiehu fit-tul. Ta min jinnota li l-Awtorita’ tipprocessa madwar 200 applikazzjoni kull xahar. Għaldaqstant mhuwiex minnu dak li qed jipprova jagħti x’jifhem l-Onorevoli interpellant.

Bord appuntat mis-CRPD – persuni eleġibbli għal personalised parking bay

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar x’inhuma l-kriterji li fuqhom il-bord appuntat mill-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) kien jiddeċiedi jekk persuna hix eleġibbli għall-personalised parking bay? Tista’ tgħid jekk dan il-bord għadux jieħu dawn id-deċiżjonijiet u jekk le, min qed jieħu dawn id-deċiżjonijiet?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bord li ssir referenza għalih fil-interpellazzjoni tagħha kien jevalwa biss l-aspett mediku tal-applikazzjoni, liema applikazzjoni taqa' taħt ir-responsabilità ta' Transport Malta. Il-Kriterji jinsabu f'Regolament 78 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mill-1 ta' Marzu 2022, l-evalwazzjoni medika għaddiet għand l-Aġenzija Sapport.

Qawra, San Pawl il-Baħar: Triq il-Ħamra – bozoz maqtugħin

Question

Billi fi Triq il-Ħamra, Qawra, San Pawl il-Baħar hemm żewġ bozoz li sad-data li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari kienu ilhom maqtugħin jew iteptpu għal bosta ġimgħat, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn il-bozoz jixegħlu mill-ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-bozoz li għalihom qed tirreferi l-Onor. Interpellant mhumiex maqtugha u/jew bil-ħsara. Infurmat li bħal diversi bozoz oħra madwar il-lokalità, tali bozoz ġew skonnettjati mill-awtoritajiet kompetenti wara li nstab li twaħħlu f'legiżlazzjonijiet preċedenti meta ma ġewx sottomessi l-applikazzjonijiet mal-Enemalta, kif jiddettaw ir-regolamenti. F’dan l-isfond, infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li qed jiġu sottomessi applikazzjonijiet simili biex tali kwistjoni tiġi regolarizzata.

Qawra, San Pawl il-Baħar: Triq il-Ħamra – bozoz maqtugħin

Question

Billi fi Triq il-Ħamra, Qawra, San Pawl il-Baħar hemm żewġ bozoz li sad-data li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari kienu ilhom maqtugħin jew iteptpu għal bosta ġimgħat, tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex dawn il-bozoz jixegħlu mill-ġdid?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li dawn il-bozoz li qed tirreferi għalihom ma sarux skond il-proċedura u tqabbdu mal-linji tad-dawl tal-EneMalta b’mod abbużiv mingħajr ma saret applikazzjoni għal tqabbid ta’ dwal tat-toroq ġodda hekk kif suppost. Għal din ir-raġuni l-EneMalta ma tistax tagħmel it-tiswijiet fuq dawn iż-żewġ bozoz. Il-kunsill lokali ġie nfurmat b’dan u ntalab idaħħal l-imsemmija applikazzjoni mal-ARMS.

Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Matematika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Matematika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati 59 għalliema biex jgħalmu fil-primajra. Wieħed mis-suġġetti li jgħallmu huwa l-Matematika.

Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Physics

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Physics?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Physics ma jiġi mgħallem fil-Primarja.

Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Franċiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Franċiż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Franċiz ma jiġix mgħallem fil-Primarja.

Bus Stops

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm bus stops f’Malta u f’Għawdex? Kemm hemm bus stops mingħajr bus shelter u jista’ jgħid meta se jkunu kompluti?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li f’Malta u Ghawdex hawn total ta’ 2,051 bus stops. Madwar 25% ta’ dawn il-bus stops għandhom bus shelter. Rigward il-programm tat-twaħħil ta’ bus shelters ġodda, nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Malta u Għawdex – Sodod reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm sodod reġistrati f’Malta u f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm hemm bla liċenzja? Kemm hemm applikazzjonijiet ġodda? Jista’ jgħid jekk hux se jitwaqqfu applikazzjonijiet ġodda?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f’Malta u Għawdex hawn total ta’ 66,132 sodod reġistrati – 56,257 ġewwa Malta u 9,875 f’Għawdex. Bħalissa hemm applikazzjonijiet għal 4,566 sodod ġodda. Ma huwiex possibbli li wieħed jagħti figura ta’ postijiet bla liċenzja, pero’ meta jinstabu postijiet li qegħdin joperaw bla liċenzja dawn jiġu mmultati minnufih filwaqt li jintalbu jirregolaw l-operat tagħhom mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu.

Proċess taċ-Ċensiment 2021

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess taċ-ċensiment li sar fis-sena 2021?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li ġew ippublikati riżultati preliminari f’Awwissu 2022, l-Uffiċċju qed jipprepara it-tieni pubblikazzjoni. Din se tkun qed tinkludi figuri finali tal-popolazzjoni u karatteristiċi oħra tal-persuni. Dawn jinkludu wħud mill-karatteristiċi li kienu inklużi fir-rapport preliminari, bħal sess, età, ċittadinanza u post tar-residenza, din id-darba bil-figuri finali. Ikun hemm ukoll informazzjoni oħra dwar reliġjon, oriġini razzjali u residenzi barra minn Malta. It-tieni pubblikazzjoni hi ppjanata li tinħareġ fix-xahar ta’ Novembru 2022.