Jista’ l-Ministru jgħid meta u minn min ser jittranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel f’Birżebbuġa peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq?
Response
Min-naħa tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi, meta jirċievi rapport ta’ strutturi perikolużi, jiġi inkarigat perit tal-Gvern biex jagħmel rapport fejn jidentifika l-periklu, jekk ikun hemm, u jirrakkomanda l-prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu. Dan ir-rapport jintbagħat lill-pulizija li min-naħa tagħha tinforma lis-sid biex ineħħi l-periklu.
Jista’ l-Ministru jgħid meta u minn min ser jittranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel f’Birżebbuġa peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1260 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid meta u minn min ser jittranġaw il-ħitan tas-sejjieħ li jinsabu fi Triq tal-Ġebel f’Birżebbuġa peress li parti minnhom jinsabu mwaqqgħin u qed ikunu ta’ periklu għal kull min juża din it-triq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġa illi dan ix-xogħol ma jappartjenix lill-Kunsill Lokali.
Madanakollu, infurmat li l-Kunsill Lokali rispettiv qiegħed jesplora kif tali xogħlijiet neċessarji jsiru bil-għajnuna ta' entitajiet oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn Għaqdiet tan-Nar liċenzjati madwar Malta u Għawdex, liema huma dawn l-Għaqdiet tan-Nar, humiex ta’ xi soċjetà mużikali partikolari jew privati u f’liema lokalità tinsab kull kamra tan-nar?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministeru kkonċernat.
Importazzjoni, manifattura u bejgħ ta’ Qamħ – miżuri ta’ għajnuna long-term
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu l-Gvern għal miżuri long-term li minnhom jibbenefikaw kumpaniji involuti fl-importazzjoni, il-manifattura u l-bejgħ bl-ingrossa ta’ qmuħ, minħabba l-inflazzjoni u ż-żieda fl-ispejjeż?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Is-Siġġiewi – Triq li tagħti għal Għar Lapsi – Miżuri ta' Sigurtà
Question
B’referenza għar-ritratti li jinsabu annessi rigward il-kwistjoni tal-istat li tinsab fiha parti mit-triq li tagħti għal Għar Lapsi fis-Siġġiewi, u peress li s-saħħa u s-sigurtà tan-nies għandhom ikunu ta’ prijorità, jista’ l-Ministru jgħid xi studju sar dwar l-istat ta' din it-triq? X'azzjoni se tittieħed biex il-periklu li jista' jkun hemm jitneħħa u x'se jsir biex ir-riskji jkunu mitigati? Hemm target dates in place? Saret konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi dwar dan?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mistoqsija se tigi mwiegba seduta ohra
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ingaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom il-persuni li jiffurmaw is-segretarjat privat tiegħu, mill-Head of Secretariat ’l isfel, skont l-official designation li għandhom?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-persuni li jiffurmaw is-Segretarjat privat tiegħi huma ngaġġati skont il-Manwal, li kopja tiegħu tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (ABELA, ROBERT)
L-informazzjoni mitluba kif ninsab infurmat hija kif tidher hawn taħt:
Broadcasting Authority-CEO
Dr Joanna Spiteri
BA (Hons) degree in Communication Studies by the University of Malta Masters Degree in Arts at the University of Malta Ph.D. in Film and Media Studies by Stirling University, Scotland
MCESD
James Pearsall
Qualifications
(Academic) Msc HRM in Training & Performance Mgt (Leicester)
Full Technological Certificates C&G London
Certificate for Instructors Upgrading Course Education Division Diploma in Labour Studies University of Malta
Certificate in Training & Development U.K
Certificate in Project management MUS
Certificate in Developing School Management Educ Division
Qualifications.
(Professional) Incorporated Engineer (CEI. UK)
Registered Motor Vehicle Insurance Surveyor
Malta Strategic Partnership Projects -CEO
Marisa Marmara
Degree in Public Policy and Management (University of Malta)
Certificate in Banking I (Institute of Financial Services – ex Malta Institute of Bank Officials)
Malta Strategic Partnership Projects -Chairman
David Matrenza
Fellow of the Chartered Association of Certified Accountants F.C.C.A
MITA-CEO
Emanuel Darmanin
Graduated as an Electrical Engineer from the University of Malta in 1989. In 2000, gained an MBA from Henley Management College, UK and in 2006 an MA in Creativity and Innovation from the University of Malta.
MITA-Chairman
Tony Sultana
Degree in Mathematics and Computing from the University of Malta and a Master of Science in Management from Anglia University.
NDSF-CEO
Raymond Ellul
University of Malta - B.Com - Graduated 1st Class Honours University of Malta - B.A (Hons) Banking & Finance Henley Management College - University of Reading - MBA
Chartered Institute of Bankers
NDSF-Chairman of the Board of Governors
Jonathan Cardona
M.B.A
RSSL-Executive Chairman
Lawrence Mizzi
BA (Hons) Econ. (University of Malta)
Certificate in Mediation
Servizz.gov-CEO
Massimo Vella
Master of Science in Information Systems Management and a Bachelor of Science in Computing from the University of Greenwich
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Response (BORG, IAN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kwalifiki akkademiċi li għandhom is-CEO u ċ-Chairperson tal-entità li taqa’ taħt il-Ministeru huma kif ġej:
CEO Trade Malta Ltd Master (International Economics & Marketing)
Bachelor (Economics)
Chairperson Trade Malta Ltd Bachelor in Business Administration
Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – Infiq f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament mill-2019 sal-lum, sena b’sena, u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament mill-2019 sal-lum, sena b’sena, u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża ta’ kull sena fuq reklamar mill-Ministeru u s-sitt entitajiet li jaqgħu taħtu kienet is-segwenti:
Mezz
2019
2020
2021
2022*
Radju
€13,985.00
€9,388.00
€7,565.00
€4,814.00
Televiżjoni
€64,098.71
€87,431.71
€138,303.55
€114,674.34
Stampat
€238,140.07
€74,235.96
€201,684.99
€216,253.36
Online
€278,537.67
€86,562.56
€583,756.84
€85,167.63
(*) sal-aħħar t’Awwissu
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Infiq f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament mill-2019 sal-lum, sena b’sena, u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (BORG, IAN)
Ninsab infurmat li flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu, separatament mill-2019 sal-lum, sena b’sena, u skont il-mezz tax-xandir innifsu huwa skont it-tabella ta’ hawn taħt. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kif intefqu dawn l-ammonti mill-2019 sal-2022.
2019
2020
2021
2022
MFET
€ 16,652.04
€ 12,814.91
€ 29,114.95
€ 11,577.16
Trade Malta
€ 4,807.32
MFE*
MFE*
€ 3,250.08
* Trade Malta kienet taħt il-Ministeru tal-Ekonomija fl-2020 u fl-2021.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – Infiq f’reklamar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus f’reklamar fil-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu separatament mill-2019 sal-lum, sena b’sena, u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa ma kien hemm l-ebda spejjeż relatati minn dan il-Ministeru mindu nħoloq fi tmiem Marzu li għadda. Il-kumplament tal-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru fi Triq iż-Żafran, Wied-il-Għajn tul dawn is-sentejn u kemm kien l-ammont li ntnefaq fl-istess?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li x-xogħlijiet li saru fit-triq imsemmija matul dawn l-aħħar sentejn saru primarjament mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma. Dawn kienu jikkonsistu f’ħidma sostanzjali fuq 300 metru fi Triq iż-Żafran, fejn tqiegħdu mains ġodda ta’ New Water u sleeves bi preparazzjoni għall-cables tal-fibre optic, u punt ta’ distribuzzjoni.
Wara li tlesta dan ix-xogħol, ingħata il-wiċċ kollu tat-triq bit-tarmac u għaldaqstant dan ix-xogħol kollu ġie jiswa madwar €100,000.
Dan ix-xogħol hu parti minn proġett ikbar fejn qed isir network ġdid ta distribuzzjoni tal-ilma għall-agrikultura.
Gudja: Triq Santa Katerina, Triq id-Dejqa, Triq Joe Pace — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk ix-xogħlijiet fi Triq Santa Katerina, Triq id-Dejqa u Triq Joe Pace, il-Gudja ġewx finalment fi tmiemhom u jistax għalhekk jindika kemm dam sejjer dan ix-xogħol kif ukoll l-ispiża li ntnefqet jew proġettata li tintnefaq?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħlijiet ta' tqegħid ta' pavimentar fit-toroq imsemmija huma lesti, għajr għal xi xogħlijiet żgħar li għad iridu jsiru għas-sodisfazzjon tal-Kunsill u r-residenti.
Infurmat ukoll li t-tqegħid tal-madum dam sejjer għal madwar sena u dan minhabba diffikultajiet fil-livelli ta' triq u dwar problemi oħra li ma kinux previsti.
Is-somma prevista għal dan il-proġett hija ta` €262,036.50 excl VAT.
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li billi għadu għaddej ix-xogħol fi Triq iċ-Ċimiterju, Raħal Ġdid, sakemm tkun lesta Triq Ħal-Saflieni tiġi one way minn Triq Palma billi preżentement hija two way u qiegħda tikkaġuna perikolu għal min ikun dieħel u jsib vetturi oħrajn ġejjin biex joħroġ?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2128 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jikkonsidra li billi għadu għaddej ix-xogħol fi Triq iċ-Ċimiterju, Raħal Ġdid, li sakemm tkun lesta Triq Ħal-Saflieni tiġi one way minn Triq Palma billi preżentement hija two way u qiegħda tikkaġuna perikolu għal min ikun dieħel u jsib vetturi oħrajn ġejjin biex joħroġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid li l-istess Kunsill ressaq talba lill-entità kkonċernata sabiex parti minn Triq Ħal Saflieni ssir one-way.