Il-Qawra — Dawret il-Qawra - Arblu numru 5 - bozza
Question
Tista’ l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex il-bozza li qiegħda fuq arblu numru 5 li qiegħed f'Dawret il-Qawra, Qawra terġa' tibda tixgħel wara li din ilha għal numru ta' ġimgħat mitfija?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li sad-data ta’ din il-Mistoqsija Parlamentari, l-Enemalta ma kienet irċeviet l-ebda talba fuq xi bozza li tieħu ħsieb hi fit-triq in kwistjoni.
Għaddejt l-ilment biex isiru t-tiswijiet neċessarji.
Parkeġġ riservat u personalizzat għal persuna b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx policy li tirregola x'jiġri f'każ fejn ikun hemm parkeġġ riservat u personalizzat għal persuna b'diżabilità u dan ma jkunx quddiem darha, u fil-post fejn ikun hemm dan il-parkeġġ aktar tard jinġieb permess biex jinfetaħ garage? Jekk hemm policy, x'inhi, x'għandu jiġri u x'inhi l-proċedura li wieħed għandu jsegwi biex dan il-parkeġġ jiċċaqlaq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport dejjem tipprova tagħmel il-parkeġġ riservat l-eqreb possibbli tal-persuna li tkun qiegħda tressaq l-applikazzjoni. Jekk ma jkunx possibbli li l-parkeġġ riservat isir quddiem id-dar ta’ l-applikant, il-parkeġġ ikollu jsir quddiem id-dar ta’ xi ħadd ieħor li mhuwiex l-applikant.
Jekk jinħareġ permess mill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex fejn ikun hemm il-parkeġġ riservat, jinfetaħ jew jinbena garage, l-Awtorità tat-Trasport jkollha ssib post alternattiv għall-persuna b’diżabilità.
Sabiex l-Awtorità tat-Trasport tipproċedi, trid ssir talba bil-miktub u akkumpnajata bid-dokumenti li juru b’mod ċar il-permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar.
Impjant tal-Produzzjoni tal-prodotti tax-xorb — ilma
Question
Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena mill-2011 sal-2021 kemm ittella' ilma mill-ilma tal-pjan mill-impjanti tal-produzzjoni tal-prodotti tax-xorb, inklużi dawk li jibbottiljaw l-ilma għax-xorb, u b'liema rata, medja għal kull sena, dan inxtara?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-informazzjoni mitluba tingħata f’seduta oħra, peress li tirrikjedi ż-żmien biex tinġabar.
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2001, jista' l-Ministru jikkonferma li meta qed jinqalgħu t-toroq minnħabba l-proġett għat-taffija tal-għargħar ser jinbidlu servizzi oħra wkoll għaliex jew ikun ilhom li ġew installati jew għaliex fil-fatt għandhom il-ħsara?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi huwa responsabbli biss għax-xogħlijiet relatati mat-taffija tal-għargħar. Jekk waqt ix-xogħlijiet jirriżulta li servizzi oħra għandhom xi ħsara, isir kuntatt mal-istakeholders rispettivi.
Jista' l-Ministru jelenka lista ta' kemm saru bus shelters ġodda lokalità b'lokalità mill-Gvern Lokali rispettiv mill-2013 sal-2021? Jista' jipprovdi lista lokalità b’lokalità ta' talbiet pendenti u meta saru dawn it-talbiet mill-Gvern Lokali rispettiv?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi sabiex tiġi mwieġba d-domanda tiegħu, li daħlet erbat ijiem biss qabel is-seduta tal-lum, jeħtieġ li jsir eżerċizzju li jieħu żmien twil u li jeħtieġ użu ta' ħafna riżorsi, liema riżorsi jistgħu jintużaw fuq ħidma ħafna aktar produttiva u effettiva b'risq iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
Peress li l-mistoqsijiet parlamentari 511 u 865 ma ġewx imwieġba kompletament, u in vista tal-wegħda ta' qabel l-elezzjoni li l-ebda żvilupp mhu ser isir fiż-żona ta' Wied Żnuber, f'Ħal Far, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-ftehim mal-Ħal Far Model Flying Association dwar l-użu ta' art fl-istess inħawi, jiġi kkanċellat jew modifikat biex jirrifletti din il-wegħda? Liema huma s-siti alternattivi li qed jiġu kkunsidrati għall-użu ta' Ħal Far Model Flying Association? Liema huma l-partijiet ikkonċernati li qed jiġu kkonsultati?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba ngħatat seduta 11 PQ865
Ħal Far: trakka tal-karozzi – immigranti li jinsabu f’ċentri miftuħa
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2032, peress li l-Ministru għamel referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2027, u din it-tweġiba ma tagħtix ir-risposta għall-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li immigranti li jinsabu fiċ-Ċentri Miftuħa, Ċentri tar-refuġjati u ċentri oħra li jinsabu qrib u madwar is-sit fejn hemm il-ħsieb li tinbena t-trakka tal-karozzi f'Ħal Far hux ser jiġu rilokatti u jekk iva, kemm minnhom u fejn?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Ħal Far – ħsejjes iġġenerati mit-trakka tal-karozzi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2027, peress li din ma tirrispondix il-mistoqsijiet fl-istess domanda, jista' l-Ministru jgħid jekk intbagħtietx kopja tal-istudji dwar il-ħsejjes li ser ikunu qed jiġu ġġenerati mit-trakka tal-karozzi f'Ħal Far lill-Kunsilli Lokali ta' Birżebbuġa, taż-Żurrieq u ta' Ħal Safi? Jista' jgħid id-dati meta saru laqgħat ta' konsultazzjoni ma’ dawn il-Kunsilli? Jista' jgħid x'kienu l-punti mqajma? Jista' jgħid kif dawn il-punti ser jiġu indirizzati u jippreżenta dokumentazzjoni li turi dan? Jista' wkoll ipoġġi r-rapport jew rapporti fuq il-Mejda tal-Kamra dwar il-ħsejjes li mistennija jiġu ġġenerati u kif dawn ser jiġu mmitigati?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Swali ta’ skejjel użati bħala mħażen għal materjal tal-COVID
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li bħalissa għandhom is-swali tagħhom użati bħala mħażen għall-materjal tal-COVID? Jista’ jgħid meta dawn ser ikunu qed jitbattlu u jingħataw lura lill-iskejjel?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?
Jista' l-Ministru jekk jogħġbu jinforma lill-Kamra jekk it-talba għall-iState Aid ġietx aċċettata għal-linja nazzjonali tal-ajru, Air Malta?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi d-diskussjonijiet u n-negozjati bejn il-Gvern ta’ Malta u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-Pjan ta’ Finanzjament għall-Air Malta li ġie sottomess mill-Gvern lill-Kummissjoni Ewropea fit-12 ta’ April 2021 għadhom għaddejjin.
Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra dwar x'kienu l-akkwisti f'termini ta' artifatti u siti li għamlet Heritage Malta f'dawn l-aħħar 9 snin u x'kien il-prezz imħallas għalihom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra x'azzjoni qed tittieħed biex tissolva s-sink hole fi Triq il-Wied ta’ Ruman il-Mellieħa, u tgħid jekk din taqax taħt Infrastructure Malta jew Water Services peress li s-sitwazzjoni saret perikoluża għal dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq?
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x'azzjoni qed tittieħed biex tissolva s-sink hole fi Triq il-Wied ta’ Ruman fil-Mellieħa, u jgħid jekk din taqax taħt Infrastructure Malta jew Waters Services peress li s-sitwazzjoni saret perikoluża għal dawk kollha li jgħaddu minn din it-triq?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-triq indikata inbniet mill-Kunsill Lokali konċernat u minn żviluppatur privat li kellu żvilupp ta’ bini residenzjali biswitha. Infrastructure Malta ma wettqet l-ebda xogħlijiet f’din it-triq. Din il-mistoqsija għandha tiġi referuta lill-entitajiet konċernati.
Trasport Pubbliku – residenti ta’ San Pawl il-Baħar ma’ Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux qed isir xi tibdil mit-Trasport Pubbliku ta' Malta biex jakkomoda lir-residenti ta' San Pawl il-Baħar biex jaslu l-Isptar Mater Dei peress li x-Xarabank 250 li titlaq mill-Mellieħa, hija dejjem mimlija, u r-residenti ta' San Pawl il-Baħar qed jitħallew l-art?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interprellant li hemm ippjanat li sa Jannar tas-sena 2023 ha jkun hemm żieda fir-rotot 41 u 42 (Ċirkewwa lejn il Belt Valletta ). Hu maħsub li b’din iż-żieda din il-problema tiġi solvuta.
Kirkop – Triq Danny Cremona – xogħol fuq il-bus stop Barrieri
Question
Jista’ l-Ministru jara li jittieħdu dawk il-passi kollha neċessarji biex il-bus stop bl-isem Ħal Kirkop – Barrieri, li tinsab fi Triq Danny Cremona f'Ħal Kirkop faċċata taċ-Ċentru tas-Saħħa, issir aċċessibbli għal kull min ikun irid jagħmel użu minnha, peress li meta tagħmel ix-xita tant jgħaddi ilma tax-xita man-naħa tat-triq fejn jinsab dan il-bus stop li ħadd ma jkun jista’ jaqsam it-triq, u dan anke fid-dawl li min jagħmel użu mit-trasport pubbliku biex iżur iċ-Ċentru tas-Saħħa f'din il-lokalità ma jkunx jista’ jagħmel dan meta tkun nieżla x-xita? Meta jaħseb il-Ministru li ser jibda dan ix-xogħol?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 1257 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.