Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kaptana minn pajjiżi terzi – imbarkar biex jaħdmu fuq bastimenti tas-sajd

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiċi għandhom il-kaptana minn pajjiżi terzi li jiġu imbarkati biex jaħdmu fuq bastimenti tas-sajd, sabiex ikunu jistgħu jbaħħru f’ibħra internazzjonali? Kemm ingħataw permessi mill-bidu ta’ din is-sena, xahar b’xahar? Mil-liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kaptana minn pajjiżi terzi li jiġu imbarkati biex jaħdmu fuq bastimenti tas-sajd, jiġu mitluba li jissottomettu diversi rekwiżiti. Mill-bidu ta’ din is-sena ngħataw 55 permess kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Xahar Numru ta’ permessi Jannar 29 Frar 3 Marzu 3 April 10 Mejju 6 Ġunju 2 Lulju 0 Awwissu 0 Settembru 2 Dawn il-persuni ġejjin mill-Eġittu, l-Indja u l-Indonesja.

Wied il-Għajn – proġett ġewwa r-Ramla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett li nbeda s-sena li għaddiet ġewwa r-Ramla li tagħmel parti mil-lokalità ta’ Wied il-Għajn, hux ser jitkompla fosthom li jsir l-asfaltar tal-parti li fadal?

Response (FARRUGIA, AARON)

Infrastructure Malta, bħala parti mill-impenn tagħha biex ittejjeb ukoll il-kwalità tal-infrastruttura fil-portijiet u f’żoni oħrajn mal-kosta f’Malta u Għawdex, bniet mill-ġdid it-tliet mollijiet tal-Bajja ta’ San Tumas, f’Wied il-Għajn, wara li partijiet minnhom kienu nqerdu bit-tgħawwir tal-baħar u l-maltemp matul is-snin. Dawn il-mollijiet twal mal-50 metru ‘l wieħed tant kienu fi stat imwiegħer li kienu qed jipperikolaw saħħet l-għawwiema, d-dilettanti tas-sajd u tad-dgħajjes u persuni oħrajn li jżuru din il-bajja popolari. Wara li reġgħet bniet il-mollijiet, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid ukoll it-triq ta' din ix-xtajta, b'bankini ġodda u titjib ieħor.

Winch Rooms — spiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġie jiswa x-xogħol li sar fuq il-winch rooms lokalità b’lokalità?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar xogħol fuq ħdax-il winch room li jinsabu ġewwa Marsaskala, Birżebbuġa, Wied iż-Żurrieq, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Kalkara, kif ukoll fuq il-ħames winch rooms f’Marsaxlokk. Dan ix-xogħol ingħata b’sejħa għall-offerti waħda, għal spiża totali ta €114,390 (VAT eskluż).

Triq tal-Barrani — Traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jara x’inhi r-raġuni li fi Triq tal-Barrani limiti taż-Żejtun u fil-Marsa, f’ċertu ħinijiet qed jerġa’ jinġabar it-traffiku wara li l-Gvern investa bil-kbir fl-underpass ta’ Santa Luċija u flyovers fil-Marsa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Awtorità tat-Trasport qed tagħmel dak kollu li tista’ sabiex fi-peak hours tikkontrolla kemm jista jkun it-traffiku biex jonqos l-inkovenjent fit-toroq. Apparti pjan ħolistiku imħejji u li permezz tiegħu numru ta’ Uffiċjali tat-traffiku qegħdin ikunu f’diversi postijiet fejn normalment jinġemgħa t-traffiku, l-Awtorità tieħu ħsieb ukoll li tipprovdi servizz ta’ Tow Trucks li jkunu qegħdin stand by fil-viċinanzi sabiex jekk ikun hemm bżonn dawn jintervjenu fl-anqas żmien possibli. Iżda jekk minkejja dawn il-mi¿uri kollha, jinqalgħu inċidenti fit-toroq fejn anke jistgħu iweġġgħu in-nies l-Awtorita’ jkollha taġixxi skond iċ-ċirkostanzi ta’ dak il-ħin. Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ se tibqa issegwi u tagħmel dak kollu li tista’ sabiex jittieħdu l-miżuri li jkun hemm bżonn biex it-traffiku jkun wieħed mexxej.

Iż-Żejtun – Triq il-President Anton Buttigieg

Question

Jista’ l-Ministru jara permezz tal-esperti konċernati, x’jista jsir aktar u aħjar fi Triq il-President Anton Buttigieg fiż-Żejtun, ħalli jonqos il-periklu ta’ aktar inċidenti tat-traffiku?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tat-Trasport se tkun qed tiltaqa' mal Kunsill Lokali biex tinstab soluzjoni ħalli jonqos il-periklu ta’ aktar inċidenti tat-traffiku.

Iż-Żejtun/Marsaxlokk – Triq Xrobb l-Għaġin — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta huwa mistenni li jitkompla u jitlesta x-xogħol fi Triq Xrobb l-Għaġin bejn iż-Żejtun u Marsaxlokk? X’inhu x-xogħol li fadal li jsir u meta se jitkompla?

Response (DALLI, MIRIAM)

Infurmata li x-xogħlijiet bħalissa jinsabu għaddejjin u qed isiru mejnijiet ġodda. Ser ikun qed isir ukoll l-aħħar saff ta’ asfalt fil-jiem li ġejjin. Ix-xogħol mistenni jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kemm ilu li twaqqaf l-Ministeru f’April tat-2022 ma tħallsux flus mill-Ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet.

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-tweġiba ser tingħata f’Seduta oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la l-Ministeru u lanqas l-entità li taqa’ taħtu ma għamlu reklamar f’xandiriet mill-2017 sal-lum, fil-Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista.

Ministeru għall-Ġustizzja — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tħallsu €8,230.67ċ f’reklamar lil Media.link mill-2017 sal-lum il-ġurnata.

Ministeru għal Għawdex — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-Ministeru ma ħallas l-ebda flus f’reklamar fuq media fil-perjodu msemmi lil Media link, NET TV, NET FM u anqas lill-Partit Nazzjonalista.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Sussidju fuq il-Kera ta’ residenti privati — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid sal-lum kemm daħlu applikazzjonijiet għal sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 u li huma milquta minn żieda fil-kera stipulata minn sentenza tal-Qorti? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew ipproċessati diġà u kemm minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-applikazzjonijiet għadhom pendenti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li s’issa daħlu 370 applikazzjoni għal sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 li huma milquta minn żieda fil-kera stipulata minn sentenza tal-Qorti. 343 applikazzjoni ġiet ipproċessata diġà. Minn dawn 314 kienu validi u approvati waqt li 29 oħra instabu invalidi. Bħalissa l-Awtorità tad-Djar għandha 27 applikazzjoni pendenti li jinsabu fi stat inizjali jew pendenti minħabba xi dokumenti nieqsa li ma ġewx sottomessi mal-applikazzjoni.

Awtorità tad-Djar – Skema ta’ Sussidju fuq il-Kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' sussidju li ngħata mill-1 ta' Ġunju 2021 sa issa mill-Awtorità tad-Djar fl-iskema ta' Sussidju fuq il-Kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995, u li huma milquta minn żieda fil-kera stipulata minn sentenza tal-Qorti?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li l-ispiża totali tan-nefqa fuq sussidju fuq il-kera f’residenzi privati mikrija qabel l-1 ta’ Ġunju 1995 u li huma milquta minn żieda fil-kera stipulata minn sentenza tal-Qorti kienet ta’ €805,589.

Applikazzjonijiet għal sussidju fuq il-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-applikazzjonijiet għal sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 li ġew ippreżentati sa issa, ġejjin minn persuni li għandhom aktar minn 65 sena u kemm minnhom ġejjin minn persuni li għandhom anqas minn 65 sena?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor Interpellanta li t-370 applikant li applikaw għal sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 kellhom età kif jidher hawn taħt:- Aktar minn 65 sena 286 Anqas minn 65 sena 84

Applikazzjonijiet għal sussidju fuq il-kera

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm applikazzjonijiet għal sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 li minkejja li kellhom żieda fil-kera minn sentenza tal-Qorti u minkejja li l-kerrejja jissodisfaw il-kriterji tad-dħul u tal-kapital tat-test tal-mezzi skont ir-Regolamenti dwar it-Tkomplija tal-Kirja (Kriterji ta' test tal-mezzi) u l-Artikolu 4A tal-Ordinanza li Tirregola t-Tiġdid tal-Kiri ta’ Bini, Kap. 69, ma ġewx approvati? Jekk iva, jista' jgħid kemm kienu dawn l-applikazzjonijiet u jgħid ukoll għaliex dawn l-applikazzjonijiet ma ġewx approvati?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità tad-Djar kellha 29 applikanti li applikaw għal sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 li ma ġewx approvati. Dawn ma ġewx approvati għaliex għadhom jaħdmu u l-kera awmentata hija anqas minn 25% tad-dħul annwu globali tagħhom. Din hija waħda mill-kundizzjonijiet tal-iskema ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern tas-6 ta’ Awwissu 2021 (klawżola 10[a]).

Mediċina Golexin Implant 3.6mg

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2520 fejn ġie kkonfermat li bħalissa l-prodott imsemmi huwa disponibbli, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid għal liema perjodi ma kienx disponibbli u jekk kienx hemm pazjenti li ġew milquta min-nuqqas tiegħu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 2520.

Infermiera minn pajjiżi barra mill-UE — nazzjonalità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi n-nazzjonalità tal-infermiera li ġejjin minn barra mill-UE u li ħallew pajjiżna minn Jannar 2020 sa Settembru 2022? (persentaġġi minn kull pajjiż)

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 2800 u 2802.

Servizz Pubbliku – Infermiera li reġgħu ġew ingaġġati

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm infermiera li reġgħu ġew ingaġġati fis-Servizz Pubbliku minn Jannar 2020? Kemm minn dawn huma ta' nazzjonalità barra mill-UE?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mis-sena 2020 reġgħu ġew ingaġġati wara li kienu telqu s-servizz 38 infermiera li 5 minnhom huma ta' nazzjonalità barra mill-UE

Pulizija – Cyber Crime Unit – rapporti dwar każi ta’ child grooming

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il każ ta' child grooming ġie rrapportat lill-pulizija fi ħdan is-Cyber Crime Unit minn Jannar 2010 sa Settembru 2022, sena b'sena? Kemm minn dawn il-każijiet ġew imtella' l-Qorti bħala reati? Kemm minn dawk il-każijiet li ġew imtella' l-Qorti, instabu ħatja?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi is-Cyber Crime Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, ma tirċevix rapporti dwar każi ta’ child grooming, għalkemm din it-taqsima tagħti kull għajnuna minn naħa tagħha kull meta tkun mitluba. Madankollu, infurmat illi bejn Jannar 2010 u l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena, sezzjonijiet oħra tal-Pulizija investigaw għoxrin każ simili wara li rċivew rapporti relatati, kif jidher mit-tabella ta’ hawn taħt, li fiha inkluż dawk dettalji ta’ li ġew imressqa il-Qorti wkoll: Sena Numru ta’ rapporti ta’ child grooming li rċiviet il-Pulizija Persuni mtella’ l-Qorti Każijiet pendent il-Qorti Persuni misjuba ħatja Każijiet li qed jiġu investigati Każijiet investigati u ma kienx hemm lok ta’ Qorti 2010 0 0 0 0 0 0 2011 0 0 0 0 0 0 2012 0 0 0 0 0 0 2013 0 0 0 0 0 0 2014 0 0 0 0 0 0 2015 1 1 1 0 0 0 2016 5 4 2 2 0 1 2017 0 0 0 0 0 0 2018 0 0 0 0 0 0 2019 7 3 3 0 0 4 2020 2 1 1 0 0 1 2021 4 0 0 0 1 3 2022 sa Settembru 1 1 1 0 0 0 Total 20 10 8 2 1 9