Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm ħadd kif indikat fil-mistoqsija tiegħu.
Ministeru għall-Ġustizzja – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm persuna waħda biss li tmexxi entità li waslet għall-età tal-irtirar. F'dan il-każ, skont il-liġi tal-entità stess, hija deskrizzjoni tal-Bord tal-entità li jiddeċidi fuq l-individwu li jmexxi l-entità.
Ministeru għall-Anzjanità Attiva – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li bħalissa hemm CEO wieħed li wasal għal-irtirar. Dan hu l-Prof. Anthony Serracino Inglott, CEO tal-Malta Medicines Authority. Madankollu ttieħdu passi biex ikun hemm succession plan biex il-ħidma tibqa’ għaddejja mingħajr skossi.
Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li hemm persuna waħda f’dawn l-vesti li hi Chairperson ta’entita u li hija ‘il fuq mill-eta’ tal-irtirar.
Billi fi Triq il-Mosta, San Pawl il-Baħar u fis-service road tal-istess triq sad-data li fiha qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari hemm numru ta’ ħofor li jeħtieġu attenzjoni minħabba l-periklu li qed jiġġeneraw, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-periklu jitneħħa mill-aktar fis?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li l-ħofriet li ġew identifikati mill-Kunsill biex isir ‘patching’ bil-‘cold asphalt’ fi Triq il-Mosta jew is-service road ġew irranġati x-xahar li għadda.
Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Ispanjol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Ispanjol?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ispanjol ma jiġix mgħallem fil-Primarja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Arti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati żewġ (2) għalliema ġodda (mhux supplimentari) tal-Arti biex jgħallmu fil-Primarja.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu s-C3?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx għalliema regolari tas-C3 li ġew ingaġġati biex jgħallmu fil-primarja.
Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Home Economics
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Home Economics?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Home Economics ma jiġix mgħallem fil-Primarja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mewt tat-tifel li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qattx ġiet investigata u jekk għadhiex qiegħda tiġi investigata? Jista' jikkonferma jekk qabel il-mewt kienx hemm xi rapporti ma' xi awtoritajiet jew entitajiet tal-Gvern dwaru?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Il-Ministru ma jkunx infurmat bl-investigazzjonijiet.
Marsa – Għotja ta’ titlu ta’ Belt Kulturali — proġetti u nefqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'sar bħala proġetti u kemm-il Ewro ntefaq fil-proġett tal-għotja tat-titlu Belt Kulturali lill-Marsa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lokalità tal-Marsa ġiet magħżula fl-2021 biex tkun il-Belt Kulturali għall-2022 u b’hekk isir programm kulturali li jkopri s-sena kollha u jingħata finanzjament speċjali mill-Ministeru fl-ammonti li diġà ġew ippubblikati.
Dawn l-attivitajiet għandhom ukoll l-għan li jitfgħu dawl fuq diversi aspetti storiċi ta' din il-lokalità u tingħata pjattaforma sabiħa għat-talent artistiku kemm fil-Marsa u lil hinn.
Informazzjoni dwar proġetti li saru u l-ammonti relattivi tinsab hawn taħt:
Isem tal-Attivita'
Deskrizzjoni
Perjodu tal-Attivita'
Ftuħ tal-Belt Kulturali 2022.
Ftuħ uffiċjali quddiem il-Knisja tas-Ssma Trinita’. Serata mu¿iko-letterarja f’atmosfera ta’ festa bis-sehem tal-maġġoranza tal-għaqdiet tal-lokal, u talenti Marsin u nazzjonali.
Jannar 2022
Attivita’ tal-Karnival.
Organizzata mal-iskola Primarja San Ġorġ Preca – l-istudenti ġew mistiedna joħolqu karru jew maskra ¿għir b’mod innovattiv bl-użu tal-materjal irriċiklat. Esebizzjoni ta’ dan ix-xogħol tal-istudenti saret fil-binja tal-kunsill. L-istudenti ingħataw ktieb tal-parteċipazzjoni.
Frar 2022
Platti tradizzjonali tal-melħ u ross.
Esebizzjoni u attivita’ ‘hands on’ fejn tfal mill-Proġett Tbissima ngħataw iċ-ċans li joħolqu platti bil-melħ ikkulurit b’mod profan. Il-platti ġew esebiti waqt il-wirja propja fejn bl-għajnuna tal-fondi tal-Belt Kulturali itellgħet il-wirja l-kbira.
Marzu 2022
Esebizzjoni ta’ Arti dwar il-lokal.
Artisti Marsin/Maltin/Barranin esebixxew xogħol oriġinali ta’ xi tfisser il-Marsa għalihom u r-relazzjoni li għandhom mal-lokal.
April 2022
Breakfast on the bridge.
Fuq bridge, sar breakfast għal kulħadd fejn kull min kien għaddej minn hemm kien mistieden jingħaqad magħna. Kunsilli ġirien ġew mistiedna, u l-għaqdiet kollha tal-lokalitajiet viċini flimkien mal-kommunita’.
Mejju 2022
Festa tal-Għana Maltija.
B’kollaborazzjoni mal-Għaqda Festi Esterni Marija Reġina, u l-Banda Marija Reġina saret lejla Marsija quddiem il-Knisja ta’ Marija Reġina flimkien ma’ serata ta’ għana u mu¿ika Maltija.
Lulju 2022
Il-festa tal-Akbar Titulari fil-belt kulturali 2022.
Festa kbira fejn bil-permess tal-kurja ħriġna ¿-¿ewġ vari f’purċissjonijiet separati li ingħaqdu flimkien f’quddiesa waħda fi Pjazza Magri. Din l-attivita’ nvolviet l-għaqdiet kollha tal-Marsa, ta¿-¿ewġ parroċċi. Attivita’ ta’ suċċess kbir u li ħalliet isem tajjeb tal-lokal tagħna.
Settembru 2022
Total ta' nefqa s'issa
€85,314.65
Kunsilli Lokali li joperaw minn binjiet li mhux aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Kunsill Lokali hawn li jopera f'binja li mhix aċċessibbli għall-persuni li jagħmlu użu mis-siġġu tar-roti, f'kull livell tal-binja?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li l-pazjenti kollha li huma ordnati li jieħdu l-mediċina Xeralto minħabba xi kundizzjoni li għandhom, ikunu jistgħu jieħdu din il-mediċina b’xejn, irrispettivament mid-doża li jridu jieħdu? S’issa kemm hu n-numru ta’ persuni li qed jieħdu din il-mediċina bla ħlas? X’inhi r-raġuni għala mhux il-pazjenti kollha li huma ordnati jieħdu din il-mediċina qegħdin jingħataw din il-mediċina bla ħlas? Kemm hu n-numru ta’ persuni li talbu li jingħataw din il-mediċina bla ħlas iżda din mhux tingħatalhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 4081 persuna li qed jieħdu din il-mediċina bla ħlas. Kull min hu intitolat għal din il-mediċina skont l-iskeda V jista jgawdi min din il-mediċina mingħajr ħlas.
Persuni li għandhom blue sticker – servizz jew drittijiet fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta
Question
Jista’ l-Ministru jinforma jekk il-persuni li għandhom il-blue sticker (persuni b’diżabilità) għandhomx servizzi jew drittijiet ġewwa l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, bħal pereżempju li wieħed ma joqgħodx jistenna fil-kju biex jagħmel check-in? Jekk iva x’inhuma dawn?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2699 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar – Kunsill Lokali – ilmenti ta’ percussion instruments fi Ġnien il-Millenju Buġibba
Question
Sad-data li qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il darba l-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar irċieva lmenti dwar numru ta' 'percussion instruments' li l-istess kunsill installa f'parti minn 'Ġnien il-Millenju', Buġibba, San Pawl il-Baħar? Jista’ jikkonferma li l-ilmenti li rċieva direttament il-Kunsill, jew li setgħu ġew mibgħuta lir-rappreżentanti tiegħu (lis-Sindku u/jew lis-Segretarju Eżekuttiv) kollha ġew imwieġba, u jekk le x’inhi r-raġuni għal dan? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk sarux xi studji dwar il-livelli tal-ħsejjes ikkawżati minn dawn l-istess strumenti qabel ma dawn ġew installati? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk il-kunsill intalabx li jagħti rapporti dwar dawn l-istess ħsejjes lill-Awtorità tal-Ippjanar jew lil xi entità oħra, u jekk iva jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-istess rapporti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, illi l-istess Kunsill irċieva 3 ilmenti mingħand residenti li joqogħdu f'binja ta' appartamenti li tinsab madwar 30 metru 'l bogħod, fejn il-Kunsill bagħat risposta uffiċjali lill-amministratur tal-binja.
Infurmat illi l-Kunsill iddeċieda li tinġibed l-attenzjoni tal-Pulizija Eżekuttiva għal aktar sorveljanza tal-liġijiet f’dan il-ġnien kif ukoll dwar li jitħaffef il-proċess biex tiġi installata CCTV fl-inħawi.
In-Naxxar – Labour Avenue – kolla jew insetti mas-siġar
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru waslulux rapporti dwar xi problemi ta’ kolla u/jew insetti li għandhom is-siġar f’Labour Avenue, Naxxar skont xi residenti ? Jekk iva, jista’ jagħti tagħrif dwar dawn l-istess rapporti u jekk le, jista’ jagħmel spezzjoni ta’ dawn is-siġar biex jara x’passi jistgħu jittieħdu biex jiġu evitati inkonvenjenzi għar-residenti u kull min jipparkja f’din it-triq?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li d-Dipartiment għall-Affarijiet Rurali ma daħlulu l-ebda rapporti dwar din il-lokalità. Madanakollu, l-ispetturi tad-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti spezzjonaw is-siġar li jinsabu fit-triq ewlenija tan-Naxxar imsemmija, u ma nnutaw l-ebda organiżmi ta’ ħsara li jaffettwaw is-saħħa tal-pjanti madwar dawn is-siġar.