Junior College - Foyer - Persuni bi sfidi ta’ mobilità - Aċċessibbiltà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-foyer tal-Junior College hijiex aċċessibbli għal min għandu sfidi ta’ mobilità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li persuni bi sfidi ta' mobilità jistgħu jaċċessaw il-'foyer' tal-Kulleġġ mill-parkeġġ numru sitta, permezz ta' rampa li twassalhom għall-bieb wiesgħa biżżejjed biex jakkomoda siġġu tar-roti.
Kif wieħed jaċċessa l-kuritur li jagħti għall-'foyer', fit-tarf tal-istess kuritur hemm pjattaforma-lift vertikali għas-siġġu tar-roti li jista' jiġi operat minn kulħadd. Dan it-tip ta' tagħmir jista' jiġi użat ukoll minn persuni li għandhom problemi ta' mobilità varji u mhux biss min dawk li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti.
Junior College - Persuni bi sfidi ta’ mobilità - Aċċessibbiltà
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Junior College hijiex aċċessibbli għal min għandu sfidi ta’ mobilità?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Infurmat li persuni bi sfidi ta' mobilità jistgħu jaċċessaw il-Junior College:
· Mill-parkeġġ numru wieħed permezz ta' rampa li twassalhom għall-blokka A. Minn hawn, lift jaċċedi għal kull sular.
· Mill-istess parkeġġ, numru wieħed, permezz ta' rampa oħra li twassalhom għall-blokka D. Minn hawn, lift jaċċedi għal kull sular.
· Permezz ta' rampa u dħul quddiem il-'ground' li jwassluhom għall-blokka E u l-'canteen'.
· Permezz ta' rampa fil-Pjazza li twassalhom kemm għall-kappella kif ukoll għas-seating li hemm fil-Pjazza ta' wara.
· Permezz ta' rampa oħra viċin il-'volleyball court' li twassal għall-'basement' u d-Dipartiment tal-Arti Kreattiva u d-Disinn.
· Mill-parkeġġ numru erbgħa permezz ta' rampa li twassalhom għall-blokka Ċ. Minn hawn, lift jaċċedi għal kull sular.
· Mill-parkeġġ numru sitta, permezz ta' rampa li twassalhom għall-bieb wiesgħa biżżejjed biex jakkomoda siġġu tar-roti. Minn hawn, lift jaċċedi għal kull sular ta' blokka B.
· Mill-istess parkeġġ, numru sitta, permezz ta' rampa li twassalhom għall-bieb wiesgħa biżżejjed biex jakkomoda siġġu tar-roti. Kif wieħed jaċċessa l-kuritur li jagħti għall-'foyer', fit-tarf tal-istess kuritur hemm pjattaforma-lift vertikali għas-siġġu tar-roti li jista' jiġi operat minn kulħadd. Dan it-tip ta' tagħmir jista' jiġi użat ukoll minn persuni li għandhom problemi ta' mobilità varji u mhux biss dawk li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti.
· L-'Isports Hall', il-'Fitness Hub' u t-'tennis courts' huma kollha aċċessibli permezz ta' rampi varji.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31947 u jgħid jekk il-proġett għall-akkomodazzjoni soċjali f’Ħal Luqa għadux immexxi mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jekk dan il-proġett waqaf, jista’ jgħid għaliex?
Jista’ l-Ministru jagħti l-età tal-ikbar persuna li għamlet rapport ta’ vjolenza domestika fid-Domestic Violence (DV) unit?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi l-età tal-ikbar persuna li għamlet rapport ta’ vjolenza domestika fid-Domestic Violence (DV) Unit f’dawn l-aħħar tlett snin, kienet persuna ta’ tlieta u disgħin sena.
Jista’ l-Ministru jagħti l-età tal-iżgħar persuna li għamlet rapport ta’ vjolenza domestika fid-Domestic Violence (DV) unit?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi f’dawn l-aħħar tlett snin l-età tal-iżgħar persuna li kienet vittma ta’ vjolenza domestika u li dwarha sar rapport fid-Domestic Violence (DV) Unit, kienet dwar minuri ta’ sittax il-jum. Kif jaf l-Onorevoli Membru, fejn inċident jinvolvi minuri, ir-rapport isir fil-preżenza tal-ġenitur, gwardjan legali, jew persuna oħra li tkun qed takkumpanja lill-vittma.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti jistennew għal:
i. trapjant tal-qalb;
ii. trapjant tal-fwied;
iii. trapjant tal-kliewi; u
iv. trapjant tal-pulmun?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li hawn pazjent wieħed qed jistenna trapjant għall-qalb, pazjent wieħed jistenna trapjant għall-fwied, ħamsa u disgħin pazjenti jistennew trapjant għall-kliewi u tliet pazjenti jistennew trapjant għall-pulmin.
Infakkar lill-Onor. Interpellant li kif ħabbart fid-diskors tal-baġit, il-gvern jixtieq li s-sistema tad-donazzjoni tal-organi titjieb. Dan jista’ jsir billi jkun permess li wara mewt ċirkolatorja liema mewta hija definita bħala t-tmiem tal-funzjoni ċirkolatorja u respiratorja, segwit mid-determinazzjoni tal-mewt minn tabib, l-organi jkunu jistgħu jingħataw bħala donazzjoni. Dan il-mudell hu magħruf bħala Donation after Circulatory Death (DCD).
Liġijiet simili ġew implimentati f’pajjiżi oħra bħar-Renju Unit, li rriżultaw f’żidiet kbar fir-rati tad-donazzjoni tal-organi.
Għal dan il-għax ser titnieda konsultazzjoni pubblika fil-futur qrib sabiex wara il-gvern jgħaddi għal-legislazzjoni neċessarja ibbażata wkoll fuq il-proposti mressqa mill-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 30738 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u jgħid xi pjanijiet hemm biex jinfetaħ krematorju tal-bnedmin f’Malta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 30738 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol u tgħid xi pjanijiet hemm biex jinfetaħ krematorju tal-bnedmin f’Malta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta biex tirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
L-Unjoni Ewropea – Direttivi UE 2022/2555 u UE 2022/2557 – Implimentazzjoni
Question
Fid-dawl li d-Direttivi tal-Unjoni Ewropea UE 2022/2555 u UE 2022/2557 li kellhom jiġu implimentati f’Ottubru tal-2024 ma ġewx trasposti f’waqthom, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi proċeduri kontra Malta da parti tal-Unjoni Ewropea?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li hemm pendenti proċeduri marbuta mad‑Direttiva (UE) 2022/2557.
Traspożizzjoni tad-Direttivi tal-UE 2022/2555 u 2022/2557 - Konsultazzjonijiet pubbliċi
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 31637, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-A.L 71 tal-2025 ġiex fis-seħħ? Jekk iva, jista’ jgħid meta ġie fis-seħħ? Jekk le, jista’ jgħid għaliex ma ġiex fis-seħħ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Avviż Legali 71 tas-sena 2025 kien pubblikat fil-gazzetta tal-Gvern tat-8 t' April 2025. Qed inpoġġi kopja tal-gazzetta fuq il-mejda tal-Kamra.
L-Università ta’ Malta – Studenti full-time nisa u studenti full-time rġiel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta’ studenti full-time fl-Università ta’ Malta li huma nisa u kemm hemm li huma rġiel, maqsuma skont id-diversi fakultajiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Studenti nisa (persentaġġ)
61.01%
Studenti rġiel (persentaġġ)
38.84%
X (persentaġġ)
0.15%
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-MRI scanner, li jinsab f’container fil-parking tal-Paola Hub, ser jiġi trasferit għal ġol-binja biex ikun aktar aċċessibbli?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-portable MRI scanner li jinsab fil-premises taċ-Ċentru Regjonali Ċensu Moran ser jibqa jopera sakemm ikun hemm bżonn biex taqdi l-pazjenti, filwaqt li magna ġdida (static) għaċ-Ċentru ser tinxtara skond kif ġie mħabbar bħala waħda mill-miżuri tal-baġit 2026.