Legislature:
Category:
Reset
Active:

Studenti tal-Year 9 – għażla tas-Suġġett tal-Franċiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li mill-Year 9 ħadu l-Franċiż bħala suġġett option?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Year 9 kien hemm 9 studenti li għażlu l-Franċiż bħala option.

Università Amerikana ta’ Malta (AUM) — liċenzja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi s-sitwazzjoni fuq il-liċenzja tal-Università Amerikana ta’ Malta (AUM), u jekk din il-liċenzja ġietx imġedda mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla (NCFHE)? Jekk iva, għal kemm ġiet imġedda?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzja msemmija ġiet imġedda f’Awwissu li għadda u ġiet imġedda għal ħames snin.

Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol – Project Supervisors — Lista ta’ persuni

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' ismijiet tal-persuni kompetenti fir-reġistru tal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol li jistgħu jiġu appuntati bħala Project Supervisors?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

M’hemm l-ebda obbligu legali li project supervisor ikun reġistrat mal-OHSA. Min-naħa l-oħra, ir-Reġistru ta’ Persuni Kompetenti miżmum mill-OHSA jinkludi elenku ta’ persuni li jissodisfaw l-kriterji minimi ta’ reġistrazzjoni biex jagħtu pariri b’mod ġenerali fis-saħħa u s-sigurtà u mhux limitat għal, iżda jinkludi wkoll lil dawk li jridu jaġixxu ta’ Project Supervisor, u li b’mod volontarju riedu li isimhom jidher fir-reġistru. Din il-lista qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Project Supervisors — lista

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta lista ta' ismijiet ta' persuni li qegħdin responsabbli bħala Project Supervisors mal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il Post tax Xogħol f'dan il-mument, u fl-istess ħin jindika kemm-il sit għandhom assenjat li huma responsabbli minnu fil-preżent?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-OHSA jeżisti biss għal dawk il-proġetti ta’ kostruzzjoni li jkunu jinvolvu iktar minn 500 person days ta’ xogħol. Fost affarijiet oħra, din in-notifika jkollha informazzjoni dwar min hu l-project supervisor tal-proġett. Fil-każ ta’ kull proġett ieħor, anke fejn ikun hemm l-obbligu ta’ ħatra ta’ project supervisor, m’hemmx obbligu li tintbagħat notifika lill-OHSA u allura l-OHSA mhux ser ikollha l-informazzjoni mitluba. Fl-istess ħin irid jingħad li project supervisor jitqabbad mill-klient, u ma teżisti l-ebda ħtieġa ta’ reġistrazzjoni mal-OHSA biex iwettaq dan ix-xogħol. Nitlob ukoll lill-Onor. Interpellant biex jagħmel ukoll referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 2695.

Paga Medja mas-servizz pubbliku u s-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'inhi l-paga medja mas-servizz pubbliku u fis-settur pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li skont l-aħħar figuri tal-Istħarrig dwar il-Ħaddiema u s-Suq tax-Xogħol (Q2-2022), il-paga medja tan-nies li jaħdmu f’amministrazzjoni pubblika kienet ta’ €22,146.

Marsaxlokk – Triq G. Maniscalco – Coaches tat-turisti

Question

Jista’ l-Ministru jara permezz ta’ Transport Malta, x’qed jiġri ġewwa Triq G. Maniscalco ġewwa Marsaxlokk, fejn qed ikun hemm coaches tat-turisti li mid-dehra qed ikunu ta’ inkonvenjent għar-residenti li diġà lmentaw mal-Awtorità u ma ħadu l-ebda risposta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda f’diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali sabiex tinstab soluzzjoni, kemm għar-Residenti kif ukoll għall-Coaches li qegħdin jipprovdi servizz lit-turistiku. Infurmat li hemm proġettati laqgħat ukoll li għalihom se tkun mistiedna l-Assoċjazzjoni tal-Coaches.

Kunsilli Lokali — ilmenti dwar ħmieġ jew problema ta' skart

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2221, peress li kien hemm xi numru ta’ kunsilli lokali li kienu għadhom ma bagħtux l-informazzjoni relattiva, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment dwar ħmieġ jew problema ta’ skart ġew reġistrati fl-aħħar sentejn f’dawn il-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — infiq f’reklamar fuq media

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tħallsu €16,180.25 f’reklamar lil Net FM u Media.link mill-2017 sal-lum il-ġurnata.

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat saru b’€43,233.08 f’reklamar lil Media.link u Net TV.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat tħallsu €2,258 lil Media.link b’rabta ma’ reklamar.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu indikat, il-ħlas lil Media.link għal reklamar kien jammonta għal €39,043.29.

Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kunsilli Lokali — Ilmenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2222, peress li kien hemm xi numru ta’ kunsilli lokali li kienu għadhom ma bagħtux l-informazzjoni relattiva, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment ġie reġistrat fl-aħħar sentejn f’dawn il-kunsilli lokali?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Żona tal-Imbordin – ilma lewn safrani fil-5 ta’ Ottubru

Question

Tista’ l-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni għalfejn l-ilma fiż-żona tal-Imbordin kien ta' lewn safrani, fil-5 ta' Ottubru, 2022? Tista' l-Ministru tikkonferma li t-tiswijiet neċessarji tlestew u li l-provvista tal-ilma reġgħet ġiet lura għan-normal?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li fit-3 ta’ Ottubru 2022, kien hemm ħsara fuq mejn tal-ilma li jissupplixxi din il-parti u kellu jingħalaq l-ilma biex tissewwa din il-ħsara. Il-provvista tal-ilma reġgħet ġiet għan-normal minnufih.

Buġibba, San Pawl il-Baħar – żbroff ta’ drenaġġ taħt il-pjazza

Question

Tista’ l-Ministru tinvestiga x'inhi r-raġuni għalfejn id-drenaġġ reġa’ żbroffa taħt il-Pjazza ta' Buġibba, San Pawl il-Baħar? Tista' tinforma x'passi qegħdin jittieħdu biex dan l-iżbroff ta' drenaġġ ma jibqax iseħħ? Tista' tagħti tagħrif jekk tfassalx jew jekk hux qed jitfassal pjan komprensiv għas-sistema kollha tad-drenaġġ fl-inħawi ta’ Burmarrad, Buġibba, Qawra, ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar u fil-madwar?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata illi l-iżbroff tad-drenaġġ taħt il-pjazza ta’ Buġibba ġie kkawżat minn bankina li ġġarrfet fuq il-mejn tad-drenaġġ. Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 1683 fejn aċċenajt li huwa ppjanat li fit-tliet snin li ġejjin il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma se tinvesti direttament 'il fuq minn 10 miljun ewro biex issaħħaħ l-infrastruttura tal-ilma u drenaġġ fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar.

San Pawl il-Baħar/Xemxija – Triq il-Pwales — manutenzjoni

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2528, jista' l-Ministru jispeċifika x’xogħlijiet saru, u għal kull xogħol li sar, minn liema entità sar u meta sar? Jista' jaċċerta li t-tiswijiet ta' spralli tax-xita u fil-wiċc tal-asfalt fi Triq il-Pwales isiru mill-aktar fis, hekk kif dawn it-tiswijiet ma jidhirx illi saru?

Response (BONNICI, OWEN)

F’konformità mat-tweġiba parlamentari bin-numru 2528, nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministeru kkonċernat.