Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Ippjanar – skemi favur il-konservazzjoni taż-żoni ċentrali urbani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-familji li bbenefikaw minn skemi ta’ għotjiet maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar favur il-konservazzjoni taż-żoni ċentrali urbani tagħna? X'kien il-finanzjament totali mogħti permezz ta' dawn l-iskemi?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Awtorità tal-Ippjanar – infrastruttura ta’ spatial data nazzjonali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel l-Awtorità tal-Ippjanar biex tiżgura li Malta jkollha infrastruttura ta' spatial data nazzjonali? X'għodod ta’ tixrid żviluppat l-Awtorità biex tqassam u tirrapporta d-data lill-pubbliku?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-Awtorità tal-Ippjanar għandha żewġ inizjattivi ewlenin biex tiġi disseminata informazzjoni spatial data nazzjonali. Dawn huma il-portal SintegraM, li huwa frott fondi Ewropej, illi ħoloq infrastruttura li biha entitajiet governattivi ikollhom repożitorju ta’ spatial data filwaqt illi tista’ tkun aċċessibbli għal entitajiet oħra. Il-pubbliku jista’ jaċċessa partijiet minn din l-informazzjoni. L-Awtorità għandha wkoll il-mapserver tagħha illi fih minjiera ta’ spatial data illi hija aċċessibbli għal kullħadd. Ta’ min isemmi illi l-Awtorità hija l-entità responsabbli mid-direttiva INSPIRE. L-Awtorità tieħu ħsieb illi tinġabar spatial data meħtieġa mid-direttiva u din tkun aċċessibbli fuq skala Ewropea.

Awtorità tal-Ippjanar – promozzjoni u appoġġ fil-qasam tat-teknoloġija ġeospazjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif l-Awtorità tal-Ippjanar qed tippromwovi u tappoġġja lill-persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku biex javvanzaw il-kompetenzi tagħhom fil-qasam tat-teknoloġija ġeospazjali (Ġeomatika)?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-Awtorità kisbet fondi Ewropej biex nediet proġett li jissejjaħ SpatialTrain li kellu l-iskop li jħarreġ uffiċjali tal-gvern fil-qasam tal-ġeomatika. Ta’ min jgħid li ħmistax-il student ġabu livell ta’ Masters, wieħed livell ta’ Baċellerat, tnejn u tletin livell ta’ Diploma u wieħed u tletin livell ta’ Ċertifikat. Dan il-proġett jintemm f’Diċembru li ġej permess ta’ konferenza. B’hekk l-għarfien tad-dixxiplina tal-ġeomatika infirex mal-gvern kollu.

Awtorità tal-Ippjanar – basemap ġdida ta’ Malta

Question

B’rabta mal-basemap il-ġdida għal Malta, li tnediet fl-2020, jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel l-Awtorità tal-Ippjanar biex tiżgura li din tibqa’ aġġornata u relevanti għall-ħtiġijiet tal-lum?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

L-Awtorità tal-Ippjanar nediet il-mappa bażi ġdida fl-2018. Il-proċess ta’ tiġdid beda fl-2020 billi qed jintużaw droni li bihom qed tinġabar informazzjoni aġġornata tal-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex. Sa issa tlesta Għawdex kollu u sittax il-lokalità f’Malta.

Awtorità tal-Ippjanar – permessi ta’ żvilupp – xogħlijiet ta’ restawr jew rijabilitazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’dawn l-aħħar ħames snin, kemm kien in-numru ta’ permessi ta’ żvilupp (maqsuma skont kull lokalità) li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar li kienu jinvolvu xogħlijiet ta’ restawr jew riabilitazzjoni?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3094, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi n-numru ta’ applikazzjonijiet approvati mill-Awtorità tal-Ippjanar mill-1 ta’ Ottubru 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2022, sena b’sena, maqsuma b’kull lokalità, fejn id-deskrizzjoni tal-proposta tinkludi kliem relatati ma’ restawr jew riabilitazzjoni.

Anzjani — Servizz Respite fid-Dar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani li għamlu użu mis-servizz ‘Respite fid-Dar’ fis-snin 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), rispettivament? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx każijiet pendenti bħalissa li qed jistennew li jingħataw servizz mill-CommCare? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid għaliex hemm dan id-dewmien?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjani fil-komunità li għamlu użu mis-servizz tar-Respite fid-dar kien hekk: Sena Benefiċjarji 2019 217 2020 234 2021 248 2022 sa Settembru 222 Bħalissa hemm 43 każ pendenti jistenna għas-servizz Respite fid-Dar. Ir-raġuni tal-każijiet pendenti hija n-nuqqas ta’ carers disponibbli fis-suq.

Anzjani — Silver-T Service

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani, li għamlu użu mis-‘Silver-T Service’, li jikkonsisti fi trasport lokali lill-anzjani sabiex ikunu jistgħu jagħmlu l-qadi tagħhom fil-komunità, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawn l-anzjani kellhom bejn 70 sena u 80 sena u kemm minn dawn l-anzjani kellhom ’il fuq minn 81 sena?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-servizz tas-Silver-T ġie mniedi f’Ottubru tal-2018 b’erbà lokalitajiet u baqa’ jiġi estiż f’aktar lokalitajiet tul is-snin. Fil-preżent qed jingħata f’25 lokalità. L-informazzjoni kif mitluba, kif ukoll it-total ta’ vjaġġi tidher fit-tabella. It-total ta’ benefiċjarji ma kinitx tinżamm mill-2018 sal-2020. Dan is-servizz bbenefikaw minnu anzjani li għandhom ’il fuq minn sittin sena. Informazzjoni ta’ kemm anzjani jużaw is-servizz li kellhom bejn 70 u 80 sena u dawk l-anzjani li kellhom ’il fuq minn 81 sena ma tinżammx. Sena Xhur Vjaġġi Benefiċjarji 2018 Ottubru - Diċembru 1,222 2019 Jannar - Diċembru 6,383 2020 Jannar - Marzu 1,473 April - Ġunju Temporanjament wieqaf minħabba Covid-19 Lulju - Diċembru 2,935 2021 Jannar – Diċembru (18-il lokalità 8,275 391 2022 Jannar – Settembru (25 lokalità) 8,292 471

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 330 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenzi mħallsin s’issa mill-Ministeru huma kif jidhru fit-tabella segwenti. Ministeru SENA ISEM TAL-KONSULENT/I/KUMPANIJA TIP TA’ SERVIZZ/KONSULENZA ĦLAS € 2020 IDEA Advisory Limited Project Management Services icw the implementation of Agriculture Bioresources Agency's strategy 39332.94 Kirsten Cutajar Miller Proposal for setting up a New Agency for the Marketing of Agriculture and Fisheries Produce 9650 IDEA Advisory Limited Proposal for the review of the Operations of the Governance of Agriculture Biorescources Agency 9800 2021 IDEA Advisory Limited Provision of Project Management Services for the Implementation of Governance of Agriculture Biorescources Agency's Strategy 80899.5 Mr Antoine Dallli Advice and Support regarding Blue Fin Tuna rely to EU Commission 500 RSM Audit Re Controls Related to the Farming of Blue Fin Tuna 9000 2022 IDEA Advisory Limited Project Management Services the implementation of Agriculture Bioresources Agency's strategy 39332.94 EMCS Ltd Economic and Business Analysis of the Food Security Problem Triggered by the War in Ukraine 9350 Ernst & Young Parthenon Advisory Services on Food Security and Economic and Sustainability 135000 KSi Malta Riforma għat-Trattament Xieraq tal-Annimali €85/siegħa sa 50 siegħa

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 331 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li diġà ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 331.

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur — konsulenzi

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 333 u tagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Tista’ tgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Tista’ tgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda konsulenzi mħallsin s’issa f’din il-leġiżlatura minn dan il-Ministeru.

Ministeru għal Għawdex — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 335 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar servizzi ta’ konsulenza mitluba tiġi ppubblikata kull sitt 6 xhur fuq il-gazzetta tal-Gvern.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — konsulenzi

Question

Jista’ l-Ministru u/jew Segretarju Parlamentari jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 336 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 963.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 617 u jgħid kemm irtiraw persuni minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li huwa jmexxi bejn l-1 ta’ Lulju 2017 u l-31 ta’ Marzu 2022? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati persuni ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fid-Dipartimenti fi ħdan il-Ministeru kien hemm total ta’ 171 rekluti ġodda u 25 li rtiraw.

Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali — servizzi professjonali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 615 u jagħti lista tas-servizzi professjonali kollha li kkuntratta l-Ministeru tiegħu, inkluż l-entitajiet li jaqgħu taħtu mill-1 ta’ Lulju 2017 sad-data ta’ din il-mistoqsija? Min huma dawn is-service providers? Kemm tħallsu? Kif intgħażlu?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika liema huma s-servizzi professjonali.

Pubblikazzjoni ‘Nisġet Artna’

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 614 u jgħid x’inhuma l-kriterji li fuqhom titqassam fid-djar il-pubblikazzjoni 'Nisġet Artna'? Jista’ jgħid jekk il-pubblikazzjoni qattx intbagħtet fil-households kollha ta' Malta u Għawdex? Jista' jgħid liema edizzjonijiet u f’liema lokalitajiet intbagħtet f'Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm kienet l-ispiża totali ta' din il-pubblikazzjoni, liema spiża tkun tinkludi xogħol ta' artwork, artikli, printing, posta, eċċ. għas-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022? Minn liema Line Item tal-Budget toħroġ din l-ispiża?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi sabiex wieħed jirċievi l-pubblikazzjoni ta’ Nisġet Artna jrid ikun abbonat, tali servizz li huwa bla ħlas. Tabella numru 1 tindika il-lokalitajiet li fihom tqassmet il-pubblikazzjoni. Tabella Nru 1 Ħ'Attard Ħal Balzan Il-Bidnija Il-Birgu (Vittoriosa) Birkirkara Birżebbuġa Bormla (Cospicua) Ħad-Dingli Il-Fgura Il-Furjana Ħal Għargħur Ħal Għaxaq Il-Gudja Il-Gżira Il-Ħamrun L-Iklin Il-Kalkara Ħal Kirkop Ħal Lija Ħal Luqa Il-Marsa Marsaskala or Wied il-Għajn Marsaxlokk L-Imdina San Lawrenz Kercem Il-Mosta L-Imqabba L-Imsida L-Imtarfa In-Naxxar Raħal Ġdid (Paola) Pembroke Tal-Pietà Fontana Il-Qrendi Ir-Rabat, Malta Ħal Safi San Ġwann Santa Luċija Victoria L-Isla (Senglea) Is-Siġġiewi Tas-Sliema San Ġiljan San Pawl il-Baħar Munxar Sannat Ta' Xbiex Il-Belt Valletta Ix-Xgħajra Ħaż-Żabbar Il-Mellieħa L-Imġarr Xewkija Ghajnsielem Xaghra Nadur Is-Swieqi Ħal Tarxien Ħal Qormi Qala Santa Venera Żebbug (Gozo) Gharb Iż-Żejtun I ż-Żurrieq Għasri Ħaż-Żebbuġ Fir-rigward ta’ l-ispiża totali, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella numru 2 b’tali informazzjoni li għandna disponibbli mill-2018 sal-lum. Tabella Nru 2 2018 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2018 €480 2650 D04 €300 2650 D04 €5,172.80 2610 D04 AGR €3,749.49 €9,702.29 Ġunju Nisġet Artna Sajf 2018 €430 2650 D04 €350 2650 D04 €5,172.80 2610 D04 AGR €3,789.36 €9,742.16 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2018 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,706.66 2610 D04 AGR €4,446.17 €10,922.83 Diċembru Nisġet Artna Xitwa 2018 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,491.32 2610 D04 AGR €3,986.49 €10,247.81 2019 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2019 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,172.80 2610 D04 AGR €2,514.70 €8,457.50 Ġunju Nisġet Artna Sajf 2019 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,172.80 2610 D04 AGR €2,411.23 €8,354.03 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2019 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,706.66 2610 D04 AGR €2,504.23 €8,980.89 Diċembru Nisġet Artna Xitwa 2019 €420 2650 D04 €350 2650 D04 €5,491.32 2610 D04 AGR €2,672.09 €8,933.41 2020 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2020 €283.20 2650 D04 €350 2650 D04 €5,709.83 2610 D04 AGR €2,776.90 €9,119.93 Ġunju Nisġet Artna Sajf 2020 €283.20 2650 D04 €350 2650 D04 €5,709.83 2610 D04 AGR €2,779.49 €9,122.52 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2020 €283.20 2650 D04 €350 2650 D04 €5,922.92 2610 D04 AGR €2,777.98 €9,334.10 Diċembru Nisġet Artna Xitwa 2020 €283.20 2650 D04 €350 2650 D04 €5,709.83 2610 D04 AGR €2,778.84 €9,121.87 2021 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2021 €283.20 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €5,716.14 E2200 (recurrent vote) €2,779.27 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €8,955.61 Ġunju Nisġet Artna Sajf 2021 €283.20 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €8,570.13 E2200 (recurrent vote) €2,779.49 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €11,809.82 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2021 €283.20 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €8,570.13 e2200 (recurrent vote) €2,960.85 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €11,991.18 Diċembru Nisġet Artna Xitwa 2021 €283.20 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €7,609.37 E2160 (recurrent vote) €2,963.67 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €11,033.24 Marzu Nisġet Artna Rebbiegħa 2022 €265.50 E2160 (vot rikurrenti) €177.00 E2980 (vot rikurrenti) €9,089.55 E1540 (vot rikurrenti) €2,953.29 E2980/E1620 (vot rikurrenti) €12,485.34 2022 Edizzjoni Disinn Vot Qari tal-Prova Vot Stampar Vot Posta Vot Ammont Totali Ġunju Nisġet Artna Sajf 2022 €295.00 E2160 ( Vot Rikurrenti) €200.60 E2980 (Vot Rikurrenti) €4280.22 E1540 (Vot Rikurrenti) €2520.11 E2980/E1620 (Vot Rikurrenti) €7295.93 Settembru Nisġet Artna Ħarifa 2022 €295.00 E2160 (vot rikurrenti) €200.60 E2980 (vot rikurrenti €4,326.09 E1540 (Vot Rikurrenti) €2,524.82 E2980/E1620 (Vot €7346.51

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — infiq f'reklamar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 613 u jgħid x'kien l-ammont li ntefaq mill-Ministeru fuq materjal ta' reklamar inkluż fuq billboards, reklami fil-gazzetti, reklami fuq social media u leaflets jew pubblikazzjonijiet oħrajn li tqassmu fid-djar għal kull xahar bejn Jannar 2020 u Jannar 2022?

Response (REFALO, ANTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-mistoqsija parlamentari 1327.

Liġi biex tgħin lill-bdiewa fil-kawżi fil-Qrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 612 u jgħid meta huwa maħsub li tidħol fis-seħħ il-liġi li hu stess qal li qed iħejji biex tkun tista’ tgħin lill-bdiewa fil-kawżi fil-Qorti fejn l-istess bdiewa qed jintalbu joħorġu mir-raba’ tagħhom?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-seduta Parlamentari Nru. 28 sar l-ewwel qari tal-Abbozz ta' Liġi li jemenda l-Att dwar it-Tiġdid ta’ Kiri ta’ Rabà, Kap. 199, Mozzjoni Nru. 69.

Il-Pitkalija — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 610 u jgħid jekk mill-1 ta’ Lulju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari żdidux ħaddiema mal-Gvern li jaħdmu fil-Pitkalija? Jekk fl-affermattiv, kemm żdiedu ħaddiema, f'liema grad u minn liema lokalitajiet ġejjin dawn il-ħaddiema?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kwalifiċi akkademiċi tal-persuni indikati fid-domanda.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – Entitajiet u Awtoritajiet – Kwalifiki akkedemiċi ta’ Chairpersons ta’ bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi kwalifiki akkademiċi għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu skont l-entità/awtorità?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l- kwalifiki akkademiċi li għandhom is-CEOs u ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza huma kif indikat fit-tabella riprodotta hawn taħt: Role Academic and professional qualifications Monitoring Board for Detained Persons formerly Board of Visitors for Detained Persons (Bord ta’ Monitoraġġ għal Persuni Detenuti) (Detention) chairperson LL.D. LL.M. Immigration Appeals Board Div I (Bord tal-Appell dwar l-Immigrazzjoni) Chairperson B.A.,LLD., L.P., Mag. Juris (Int. law) Immigration Appeals Board - Div 2 Chairperson B.A. LL.B LL.D Trafficking in Human Persons Monitoring Committee (Kumitat ta’ Moniteraġġ ta’ Traffikar ta’ Persuni) Permanent Secretary MHSR Chairperson Academy for Disciplined Forces Board (il-Bord tal-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati) Chairperson BA (Communications Studies & Literature) (Melit.), BA (Hons.) (Aug. Inst.), MA (History) (Melit.), LL. D (Melit.), D.Phil (Oxon.) Academic Committee of the Academy for Disciplined Forces (Il-Kumitat Akkademiku tal-Akkademja tal-Korpi Dixxiplinati) Chairperson BA (Criminology)., Dip. Pol. Stud., MBA (Henley).,C.P Aviation Security Committee (Kumitat dwar is-Sigurta' fl-Avjazzjoni) Minister for Home Affairs, Security, Reforms and Equality Chairperson Explosives Committee (Kumitat tal-Esplussivi) Chairperson Private Maritime Security Licensing Board (Bord ta’ Liċenzjar tas-Sigurtà Marittima Privata) Chairman MSc International Maritime Studies (Southampton) Civil Protection Council (Kunsill dwar il-Protezzjoni Ċivili) Minister for Home Affairs, Security, Reforms and Equality Chairperson Health and Safety Monitoring Board Maintenance of Good Order at Places of Entertainment (Bord ta' Sorveljanza għas-Saħħa u għall-Ħarsien) chairperson N/A Injuries Board for Disciplined Forces (Bord dwar il-Korrimenti tal-Korpi Dixxiplinati) Chairperson BSc MD DipGer MGer PhD Police Governance Board (Bord ta’ Governanza tal-Pulizija) Chairperson PhD spatio-temporal environmental criminology, MSc GIS BA (Hons) Sociology Dip. App.Soc.St (Applied Social Studies) Police Licences Appeals Tribunal (Tribunal ta’ Appelli dwar il-Liċenzi tal-Pulizija) President B.Eng.(Hons) Eng. Surv. Weapons Board (Bord tal-Armi) Chairperson B.A. (Hons) Independent Police Complaints Board formerly Police Board (Bord Indipendenti għall-Ilmenti dwar il-Pulizija) Chairperson KCSG, BA, LL.D. Police Disciplinary Appeals Board Chairman B.A.LL.D. M.Jruis. (Eur. Law) Prisons (Board of Governance) Chairperson Medical Doctorate, Advanced Aviation Medicine Prison Leave Advisory Board (Bord li Jagħti l-Pariri dwar l-Assenza Temporanja mill-Ħabs) Chairperson BPsych PGDip ProbServ MSc Forensic & Legal Psychology Prison Appeals Tribunal (Tribunal tal-Appelli tal-Ħabs) chairman B.A.,LL.D. The Corradino Correctional Facility Monitoring Board formerly The Board of Visitors of the Prisons (Il-Bord ta’ Monitoraġġ tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin) Chairperson B.A. LL.B LL.D Prison Addiction Rehabilitation Management Board (Bord tal-Ħabs għall-Immaniġjartar-Rijabilitazzjoni mill-Vizzji) Member M.D M.R.C.Psych CCST Psychiatry Malta The Remission Board (il-Bord għat-Tnaqqis mis-Sentenzi) chairperson Legal Procurator in 1973, and Advocate in 1980 The Victim-Offender Mediation Committee (il-Kumitat għall-Medjazzjoni bejn il-Vittma u Min Wettaq ir-Reat) chairperson Bachelor of Arts in Socio Legal Studies; Diploma Legal Procurator; Post Graduate Diploma in Probation Services. International Protection Appeals Tribunal Chairperson B.A. LL.D., M. Jur (Eu. Law) LESA Advisory Board Chairperson / CEO Masters in Business Administration (MBA) Victim Support Agency Board Chairperson Masters of Ars (European Studies), Teacher's Warrant Malta Resident Visa Approvals Board 2 Chairperson M.A. Economics, BSc Financial Services, Associateship (ACIB) Malta Resident Visa Agency Board Chairperson Doctor of Laws LL.D. (Melit) Diploma of Notary Public N.P. (Melit) Malta Resident Visa Approvals Board 1 Chairperson Doctor of Laws (LL.D), Dip. NP, LL.B., M.A (Eur. Stud) Deprivation of Maltese Citizenship (Committee of Enquiry) Chairperson BA, LL.D. Identity Malta Agency Board Chairperson MBA Citizenship by Merit Board Chairperson LL.D, LL.M Malta Resident Visa Approvals Board 3 Chairperson Masters Degree in Matrimonial Canon Law & Jurisprudence with a Summa Cum Laude Board to regulate Grants to Voluntary Organisations in line with a National Campaign against Drugs Chairperson Diploma in Management Commissioner PhD student at the Faculty for Social Wellbeing Master Of Education (Adult Education) Post Graduate Diploma in Systemic Family Psychotherapy Bachelor of Education (Honours) Commission on Gender-Based Violence & Domestic Violence National Commission for the Promotion of Equality for Men and Women Commissioner Masters in Maltese Studies Diploma in Political Studies Diploma in Administration & Management in Education Teachers’ Training Certificate with French as a special field of study Diploma in the French Language Task force related to the Human Trafficking Reform Chairperson Equality and Reforms Awareness amongst Youths Board Chairperson Ph.D. in Post-Colonial Studies within the Department of English and Comparative, M.A. by Research (Postcolonial Literature and and Critical Theory), B.A. (Hons) (English Language and Literature). Identity Malta CEO Masters in Business Administration LESA CEO Masters in Business Administration (MBA), Community Malta Agency CEO - Diploma in Public Administartion Residency Malta Agency CEO - Masters in Business Administration Agency for the Welfare u Asylum Seekers (AWAS) CEO - Bachelor of Psychology (Hons) 2nd upper International Protection Agency (IPA) CEO - B.A. (Honours) degree in International Relations. Autority for the Responsible Use of Cannabis (ARUC) CEO - MSc. Psy., B.Psy(Hons), Registered Psychotherapist (Gestalt) Commission on Gender Based Violence & Domestic Violence (CGBVDV) - PhD student at the Faculty for Social Wellbeing Master Of Education (Adult Education) Post Graduate Diploma in Systemic Family Psychotherapy Bachelor of Education (Honours) Victim Support Angency (VSA) CEO - Masters in European Studies BA Hons International Relations Correctional Service Agency (CSA) - C. Ing (HONS) National Commission for the Promotion of Equality (NCPE) Commissioner - Masters in Maltese Studies Diploma in Political Studies Diploma in Administration & Management in Education Teachers’ Training Certificate with French as a special field of study Diploma in the French Language