Legislature:
Category:
Reset
Active:

National Sailing Association – faċilitajiet għal-Logħob tan-Nazzjonijiet iż-Żgħar 2023

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’faċilitajiet se jagħti l-Gvern lin-National Sailing Association fid-dawl tal-logħob tan-Nazzjonijiet iż-Żgħar tal-2023 li se jkun qed isiru f'Malta? Dawn il-faċilitajiet, jekk se jkun hemm, se jkunu disponibbli fuq bażi temporanja jew permanenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm pjan strutturat biex jintużaw faċilitajiet mgħammra apposta għal kull attività sportiva waqt il-Logħob tan-Nazzjonijiet iż-Żgħar. Dawn il-faċilitajiet mistennija jibqgħu jintużaw b’mod permanenti.

Arrest ta’ persuni li kienu fil-pajjiż b’mod irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew arrestati persuni fix-xahar ta’ Settembru 2022 wara li nstab li kienu fil-pajjiż b’mod irregolari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi fix-xahar ta’ Settembru 2022, ġew arrestati mija u sitta u erbgħin (146) persuna minn pajjiżi terzi, wara li nstab li kienu fil-pajjiż b’mod irregolari.

Deportazzjoni ta’ persuni li kienu fil-pajjiż b’mod irregolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew deportati minn pajjiżna persuni fix-xahar ta' Settembru 2022 wara li nstab li kienu fil pajjiż b'mod irregolari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat li tul Settembru 2022, mija u tmintax (118)-il immigrant irregolari tneħħew mill-pajjiż.

Deportazzjoni ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet in-nazzjonalità ta’ kull persuna li ġiet deportata minn pajjiżna fix-xahar ta' Settembru 2022 wara li nstab li kienet fil-pajjiż b'mod irregolari?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li n-nazzjonalitá tal-persuni hekk mif mitluba mill-Onorevoli Interpellant huma Bangladesh, Renju Unit, Kolombja, Eġittu, Georgia, Nepal, Serbja, Former Yugoslav Republic of Macedonia, Tuneżija, Turkija, Sirja, Somalja, Indja, Burkina Faso, Kosta tal-Ivorju, Eritreja, Gambia, Ghana, Guneja, Mali, Niġerja, Pakistan u Senegal.

Deportazzjoni ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lejn liema pajjiż/i ġew mibgħuta l-persuni kollha deportati minn pajjiżna f'Settembru 2022? Jista’ jagħti l-ammont eżatt li ntbagħat f’kull pajjiż?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li l-persuni li ma baqgħux f’pajjizna u ġew ritornati kif hekk mistoqsi mill-Onor. Interpellant telqu lejn Bangladesh, Renju Unit, Kolombja, Eġittu, Georgia, Nepal, Serbja, Former Yugoslav Republic of Macedonia, Tuneżija, Turkija, Awstrija, Bulgarija, Greċja, Italja u Polonja.

Kejl tal-Livelli tal-baħar

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2693, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti l-kejl tal-livelli tal-baħar f'dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li dan l-istudju isir mill-Physical Oceanography Unit tal-Università ta’ Malta.

Kunsilli Lokali li joperaw minn binjiet li mhux aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2692 u jgħid kemm-il Kunsill Lokali hawn li jopera f'binja li mhix aċċessibbli għall-persuni li jagħmlu użu mis-siġġu tar-roti, f'kull livell tal-binja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hemm disa' (9) Kunsilli Lokali li l-binja tagħhom mhux aċċessibbli għall-persuni li jagħmlu użu minn siġġu tar-roti. Il-Kunsilli msemmija huma tas-segwenti lokalitajiet: Il-Gudja, Ħal Għaxaq, il-Kalkara, il-Munxar, il-Qrendi, ir-Rabat (Malta), Santa Luċija, Santa Venera u x-Xagħra.

Kejl medju ta' temperaturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2694, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża u li issa ġiet riferuta lilu, u jagħti l-kejl medju ta' temperaturi għax-xhur kollha tas-sena rispettivament, għal dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Servizz ta’ ġbir tal-borża tal-iskart riċiklat — Lokalitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema lokalitajiet għandhom is-servizz ta’ ġbir tal-borża tal-iskart domestiku riċiklat għal ġurnata waħda biss fil-ġimgħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi hemm tlieta u tletin lokalitajiet illi għandhom is-servizz ta’ ġbir tal-borża tal-iskart domestiku riċiklat għal ġurnata waħda biss fil-ġimgħa. Il-lokalitajiet kkonċernati huma s-segwenti: Mdina Il-Birgu Ħaż-Żebbuġ Żabbar Żejtun Ir-Rabat Għawdex Balzan Birżebbuġa Fontana Gudja Għarb Għaxaq Iklin Kalkara Kerċem Marsaxlokk Mqabba Msida Munxar Nadur Paola Pembroke Pieta` Qrendi Santa Luċija Safi Sannat Tarxien Xagħra Xewkija Xgħajra Iż-Żebbuġ (Għ) Iż-Żurrieq

Wasteserv – Bini tal-Impjant Multi Material Recovery Facility

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement għall-fondi Ewropej li l-Wasterserv daħlet għalih b'rabta mal-bini tal-impjant Multi Material Recovery Facility f'Ħal Far?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-grant agreement.

Proġetti prinċipali tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti data definittiva meta se jitlestew il-proġetti prinċipali ta’ dawn it-toroq: a. Il-Flyover tal-Airport; b. Il-Flyover ta’ Ħal Luqa; u L-Imrieħel Underpass?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Mrieħel Underpass Project għandu jitlesta sa tmiem din is-sena. Infrastructure Malta ppjanat dan il-proġett biex ittejjeb l-impatti poħittivi ta’ Central Link Project f’Ħ’Attard, Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imrieħel. Il-mina ġdida tal-Imrieħel, li nfetħet bħal-lum ġimgħa, tgħaqqad Triq l-Imdina mal-Bypass tal-Imrieħel, fil-junction ħdejn l-uffiċini tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA). Din il-mina se tifforma parti mill-junction tar-roundabout ġdida flok is-sistema tat-traffic lights li kien hemm qabel f’salib it-toroq bejn Ħal Balzan, Birkirkara u l-Imrieħel. Permezz tal-mina, l-fluss prinċipali tat-traffiku li minn Triq l-Imdina, f’Ħal Balzan ikun sejjer lejn il-Bypass tal-Imrieħel (Vjal ir-Royal Malta Artillery), ser jinfired mill-bqija tal-traffiku li jaqsam kontra xulxin f’din il-junction. Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) u Luqa Junction Project, li qed jinbnew biswit xulxin, huma l-ikbar żewġ proġetti li Infrastructure Malta qed taħdem fuqhom din is-sena fit-toroq arterjali. Kif kien ippjanat l-ewwel korsiji ta’ KTAIP, b’konnessjoni aħjar minn Ħal Far lejn ir-roundabout tal-Ajruport, infetħu fl-ewwel nofs tas-sena u bħalissa qed jinbnew il-mina ħdejn l-ajruport u ż-żewġ flyovers. Rotot oħrajn ġodda li jagħmlu parti mill-proġetti se jinfetħu fix-xhur li ġejjin. Dawn iż-żewġ proġetti huwa mmirat li jitlestew sa nofs is-sena d-dieħla u flimkien ser inaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar f’din ir-rotta b’aktar minn 70%, li jfisser ukoll tnaqqis kbir fit-tniġġis tal-arja u l-istorbju mill-konġestjoni.

Kumpaniji rreġistrati – azzjonisti barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija rreġistrata fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tal-2022 għandha azzjonisti barranin?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Sena Kumpaniji reġistrati 2019 3,326 2020 2,349 2021 2,362 Jan-Gunju 2022 925

Kumpaniji rreġistrati – Issued Share Capital

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija rreġistrata fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tas-sena 2022 għandha Issued Share Capital li jaqbeż il-minimu stabbilit fil-liġi?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill- Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar il-kumpaniji reġistrati li għandhom Issue Share Capital li jaqbez il-minimu stabbilit fil-liġi jigifieri b’ issued share capital ta’ € 1,166 jew iktar, tinstab hawn taħt: Sena Kumpaniji reġistrati 2019 4,048 2020 3,039 2021 3,207 Jan-Gunju 2022 1,340

Kumpaniji li ġew struck off

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet struck off fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tal-2022?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar kumpaniji li ġew struck off b’mod volontarju, struck off bil-Qorti, struck off wara merger jew division jew struck off bid-defunct procedure, jinsabu hawn taħt: Sena Kumpaniji struck off 2019 3,102 2020 13,474 2021 7,740 Jan-Gunju 2022 1,158

Kumpaniji li qegħdin taħt liquidation

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija tqiegħdet taħt liquidation fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tal-2022?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni titluba dwar l- kumpaniji li tqiegħdu taħt liquidation qiegħda hawn taħt: Sena Kumpaniji taħt liquidation 2019 1,944 2020 2,292 2021 2,108 Jan-Gunju 2022 983

Partnerships en nom commandite u en nom collectif

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il partnership en nom commandite u en nom collectif ġew irreġistrati fl-2021 u fl-ewwel sitt xhur tal-2022?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba dwar partnerships en nom commandite u en nom collectif registrati, tinsab hawn taħt: Sena en nom commandite reġistrati en nom collectif reġistrati 2019 22 76 2020 21 35 2021 20 53 Jan-Gunju 2022 10 49

Awtorità tal-Ippjanar — Proġetti appoġġjati mid-Development Planning Fund

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ proġetti appoġġjati sa mill-2017 mill-Awtorità tal-Ippjanar permezz tad-Development Planning Fund? X'kien il-finanzjament ġenerali allokat għal dawn il-proġetti?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.