Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministru għat-Turiżmu – mawra f’Manchester

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa totali tal-mawra tiegħu u ta’ uffiċjali tal-Gvern sa Manchester biex iġeddu l-ftehim mal-Manchester United?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-nefqa totali tal-mawra tal-Ministru flimkien ma’ uffiċjali tal-Gvern fi ħdan il-Ministeru tat-Turiżmu saret skont iċ-ċirkulari MFE Circular No. 3/2022 u tammonta għal €6,600.

Operazzjonijiet tal-Katarretti – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1163 u jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list għall-operazzjoni tal-katarretti?

Response (FEARNE, CHRIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Awtorità Maltija tat-Turiżmu –Arretrati ta’ liċenzji ta’ operaturi turistiċi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 574, 1842 u 2466 u jgħid l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kemm għandha arretrati x’tiġbor f’liċenzji minn operaturi turistiċi mill-2013 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.

Imġarr u Ħaż-Żebbuġ – stallazzjoni ta’ line voltage regulators

Question

B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 2469, tista’ l-Ministru tgħid f’liema toroq ġew stallati line voltage regulators fl-Imġarr u Ħaż-Żebbuġ?

Response (DALLI, MIRIAM)

Fil-lokalitajiet inkwistjoni ġew installati tliet line voltage regulators, wieħed fi Triq il-Buskett f’Ħaż-Żebbuġ u tnejn fl-Imġarr, wieħed fi Triq Temi Zammit u ieħor fi Triq Vitale.

Inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm inċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol mill-1 ta’ Jannar, 2022 sal-aħħar ta’ Settembru, 2022? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu fatali?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

F’Malta, l-istatistika dwar korrimenti fuq il-post tax-xogħol hija abbinata ma’ talbiet għal benefiċċji taħt l-Att dwar is-Sigurtà Soċjali, liema statistika tinġabar mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, u tkun ippubblikata mill-NSO. L-aħħar statistika ippubblikata tirreferi għall-ewwel sitt xhur tas-sena, u skont din l-istatistika, weġġgħu 1,164 persuna fuq il-post tax-xogħol. Statistika miġbura mill-OHSA turi li fil-perjodu bejn Jannar u Settembru 2022, tilfu ħajjithom 13-il persuna waqt il-ħin tax-xogħol, inklużi 3 li mietu waqt sewqan.

Qorti ta’ Malta — entratura għall-akkużati

Question

B’referenza għat-tweġiba ta’ mistoqsija parlamentari 2471, jista’ l-Ministru jgħid u jispjega l-kriterji li abbażi tagħhom il-Pulizija jew l-uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jiddeċiedu fuq liema entratura jiddaħħlu l-akkużati fil-Qorti ta’ Malta?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Persuni reġistrati bħala bdiewa residenti fl-Imġarr, Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti l-Imġarr (Malta) full-time u part-time matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont is-sess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Persuni reġistrati bħala bdiewa residenti fir-Rabat, Malta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti r-Rabat (Malta) full-time u part-time matul dawn l-aħħar għaxar snin, maqsuma sena b’sena u skont is-sess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Kunsilli lokali – Skema ta’ restawr ta’ postijiet/monumenti storiċi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il Kunsill Lokali applika għall-iskema dwar Restawr ta’ Postijiet/Monumenti Storiċi f’Malta 2022/2023? Liema kienu dawk il-kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex li applikaw? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ġew aċċettati? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ma ġewx aċċettati u x'inhi r-raġuni għal dan f'kull każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt: Total ta' Kunsilli Lokali li applikaw - 15-il Kunsill Lokali Lista ta' Kunsilli Lokali li applikaw Lista ta' min ġie aċċettat Lista ta' min ma ġiex aċċettat Raġuni għala ma ġietx aċċettata Tarxien Tarxien Xgħajra Xgħajra Rabat Rabat Poala Poala Ineligible as proposal was not in conformity with Section 3.i. of the application. (i.e owner’s consent to the execution of works was not submitted) San Ġwann San Ġwann Żejtun Żejtun Għargħur Għargħur Marsaskala Marsaskala Kirkop Kirkop Fgura Fgura Ħaż-Żebbug Ħaż-Żebbug Żurrieq Żurrieq Santa Venera Santa Venera Ħal Lija Ħal Lija Birkirkara Birkirkara Ineligible as proposal was not in conformity with Section 3.i. of the application. (i.e. owner’s consent to the execution of works was not submitted)

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti nisa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa residenti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin? Minn dan l-ammont, jista’ jgħid kemm hemm nisa minnhom li għandhom tfal taħt is-16-il sena li huma taħt il-kustodja tagħhom? Minn din l-informazzjoni, jista’ jgħid ukoll kemm hu l-ammont tat-tfal?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sad-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija Parlamentari fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hemm 60 mara. Minn 60 mara, 26 huma ommijiet ta’ tfal minuri. 9 mis-26 omm għandhom il-kustodja ta’ uliedhom minuri. Infurmat li l-ammont ta’ tfal ta’ dawn id-9 ommijiet huwa ta’ 11.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – popolazzjoni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2506, jista’ l-Ministru jagħti n-numru sħiħ tal-popolazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, jiġifieri kemm dawk li qegħdin jiskontaw sentenza u dawk li qegħdin taħt arrest preventiv?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-popolazzjoni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin sa d-data li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari hi ta’ ħames mija u sittin priġunier (560).

Introduzzjoni mill-ġdid tar-Rotta X300

Question

Peress li l-iskeda tal-fast ferry mhix adattata għall-istudenti u ħaddiema Għawdxin, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se tkun qiegħda tiġi introdotta mill-ġdid ir-rotta X300 li twassal ’l-Għawdxin miċ-Ċirkewwa lejn l-Isptar Mater Dei, l-Università u l-Belt Valletta b’mod dirett? Jekk le, x’inhi r-raġuni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li meta s-servizz tal-Fast Ferry ma joperax minħabba il-maltemp, tidħol fl-operat ir-rotta X300 li miċ-Ċirkewwa toffri konnessjoni diretta lejn l-isptar Mater Dei/Universita kif ukoll għall-Belt Valletta. Infurmat ukoll li ir-rotta X1 (li għanda numru limitat ta’ waqfien) toffri servizz tat-trasport pubbliku bejn iċ-Ċirkewwa u l-ajrport b’waqfiet l-Universita kif ukoll l-isptar Mater Dei. Din ir-rotta għandha frekwenza medja ta’ 45 minuta. Wara li l-operaturi tal-fast ferry ħabbru li kienu naqqsu il-frekwenza ta’ dan is-servizz, Transport Malta daħlet f’diskussjonijiet mall-Operatur tat-trasport pubbliku rigward l-possibilita tal-introduzzjoni ta’ konnessjoni diretta bejn il-port taċ-Ċirkewwa, l-isptar Mater Dei/Universita u il-Belt Valletta permezz tat-trasport publiku.

Childcare Centre tal-Isptar

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni li ċ-Childcare Centre tal-Isptar se jieqaf jopera? Se jkun hemm alternattiva oħra ta' childcare centre fil-viċinanzi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ċ-childcare centre ser jerġa’ jibda jopera minn din il-ġimgħa stess.

Ħaddiema ttrasferiti mill-AirMalta għal RSSA — COLA

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-ħaddiema li ġew trasferiti mill-Air Malta għal mal-RSSA fis-snin bejn 2018-2019 u li kienu mwiegħda li jieħdu t-take home pay humiex sejrin ikunu intitolati għall-COLA?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Warrant ta’ inġinier

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista kompluta tal-persuni li ngħataw il-Warrant ta' Inġinier mill-Bord tal-Inġinerija fi ħdan il-Ministeru tiegħu mniżżla b'mod konsekuttiv minn numru wieħed 'il quddiem f'ordni axxendenti skont in-numru tal-warrant? Jista’ jagħti s-sena li fiha kull persuna ngħatat il-warrant?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li qed jitlob tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern kull sena u dan ai termini tal-Kap. 321 tal-Liġijiet ta’Malta.

Servizz tal-Home Help – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każijiet illum ta' anzjani li applikaw għall-Għajnuna fid-Dar (Home Help) li għad għandhom l-applikazzjoni pendenti? Jista' jgħid kemm ġew ingaġġati helpers din is-sena biex jitnaqqas in-numru ta' applikazzjonijiet pendenti u sabiex l-anzjani jingħataw is-servizz minnufih?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li hemm 358 applikazzjonijiet pendenti li applikaw għall-Għajnuna fid-Dar (Home Help). Il-Gvern m’għadux jingaġġa helpers. Is-servizz jingħata minn helpers ingaġġati minn kuntrattur, fuq tender li jkun inħareġ minn Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Ir-raġuni tal-każijiet pendenti hija n-nuqqas ta’ helpers disponibbli fis-suq. Din is-sena il-kuntrattur ingaġġa 69 helper. B’kollox, il-kuntrattur għandu total ta’ 234 helper ingaġġati miegħu.

Servizz tal-Home Help — helpers

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' helpers jaħdmu mal-Gvern li jagħtu Għajnuna fid-Dar (Home Help) fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021, sena b'sena?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li n-numru ta' helpers li kienu jaħdmu mal-Gvern kien: Diċembru 2018 58 Diċembru 2019 53 Diċembru 2020 42 Diċembru 2021 41 In-numru ta’ helpers li kienu jaħdmu mal-kuntrattur kien: Diċembru 2018: 169 Diċembru 2019: 184 Diċembru 2020: 209 Diċembru 2021: 211

Sussidju fuq kera — residenzi privati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 u li huma milquta minn żieda fil-kera stipulata minn sentenza tal-Qorti jingħatax direttament lis-sidien jew jingħatax lill-kerrejja wara li jkunu ħallsu huma lis-sidien? Jista' jgħid x'jiġri meta l-kerrejja ma jkollhomx flus biex iħallsu minn buthom il-kera l-ġdida u ma jistgħux joqogħdu jistennew ir-rifużjoni mill-Awtorità tad-Djar?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-sussidju fuq il-kera f'residenzi privati mikrija qabel l-1 ta' Ġunju 1995 jitħallas dirett lill-kerrejja sitt xhur bil-quddiem. Dan iffisser li f’Diċembru ta’ din is-sena ser jingħataw pagament li jkopri mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2023. B’hekk jiġi evitat li l-kerrejja jkunu f’diffikultà finanzjarja biex iħallsu l-kera l-ġdida.