Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħad-Dingli – Triq Pawlu Ebejer u Triq Carmelo Bugeja – manutenzjoni tal-ġnien

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba saret manutenzjoni u tisqija tal-arbuxelli u siġar fil-ġnien li jinsab fi Triq Pawlu Ebejer u Triq Carmelo Bugeja Ħad-Dingli minn meta nfetaħ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li b’riferenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2459 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru konċernat.

Rabat – Triq Gorg Borg Olivier – infurzar tar-regolamenti tat-traffiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex mhux qed isir infurzar tar-regolamenti tat-traffiku skont it-tabelli ‘Heavy Vehicles’ fi Triq Gorg Borg Olivier, ir-Rabat, u jekk hux ippjanat li jsir, u meta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija tad-distrett u l-Pulizija tal-Komunità, kif ukoll Uffiċjali tal-Komunità (LESA), jinfurzaw kwalsiasi regolament tat-traffiku f’kull lokalità inklu¿ dawk fi Triq Ġorġ Borg Olivier fir-Rabat. L-Onorevoli Membru japprezza illi flimkien mas-senjalazzjoni sabiex ma jidħlux vetturi kbar, hemm miktub ukoll avviz li jgħid “Except to render a service and for route buses only”. Għalhekk ċertu vetturi kbar li jagħtu servizz ma jistgħux jiġu impeduti milli jidħlu temporanjament, sakemm dan is-servizz ikun pruvat u ġġustifikat. L-infurzar ser jitkompla.

Sptar Mater Dei – ilbies ta’ uniformi mill-iskrivani

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta ser jibda jintlibes uniformi mill-iskrivani li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u huma ingaggati mill-Gvern u mhux mill-kuntrattur?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma hemmx il-ħsieb li ssir uniformi għall-skrivani ingaġġati mill-Gvern li jaħdmu Mater Dei.

Sptar Mater Dei u ċentri tas-saħħa – xiri ta’ uniformijiet għall-allied health professionals

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proċess biex jinxtraw uniformijiet lill-allied health professionals li jaħdmu fiċ-ċentri tas-saħħa u fl-Isptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ġiet ippubblikata tender dipartimentali fis-17/9/21 li għalqet fil 11/10/21. Il-bord ta' evalwazzjoni kkonkluda illi l-ebda offerta ma kienet tilħaq il-livell tekniku mixtieq. Għaldaqstant qed isir xogħol biex toħroġ sejħa ġdida.

Proċedura ta’ athroscopy – lista ta’ stennija

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi l-lista ta’ stennija għal persuna biex tagħmel proċedura ta’ athroscopy fl-irkoppa?

Response (FEARNE, CHRIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

L-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti l-Gvern Lokali – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ġew impjegati l-ebda Advisors fuq kuntratti/direct orders mal-entità li taqa’ taħt dan il-Ministeru.
Leg 14 PQ #2591 Sitting 33 2022-10-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-entitatjiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħi fil-perjodu indikat ma kellhom l-ebda advisors impjegati.

Studenti tal-Year 9 – għażla tas-Suġġett tal-Ġermaniż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti li mill-Year 9 ħadu l-Ġermaniż bħala suġġett option?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Year 9 kien hemm tliet studenti li għażlu l-Ġermaniż bħala option.

Għalliema li mill-Higher Secondary ġew deployed fi skejjel sekondarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm għalliema li sa sena ilu kienu qed jgħallmu l-Higher Secondary u li dis-sena ġew deployed fl-iskejjel sekondarji?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm erba’ (4) għalliema li din is-sena ġew deployed mill-Higher Secondary għall-iskejjel Sekondarji. Ninsab infurmat li talbiet simili jsiru mill-individwi nfushom kif ukoll minħabba esiġenzi speċifiċi fi skejjel, kulleġġi jew istituzzjonijiet edukattivi oħrajn.

Higher Secondary — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda fil-Higher Secondary din is-sena skolastika 2022-2023 u kemm daħlu fis-sena skolastika preċedenti, jiġifieri s-sena 2021-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa hemm total ta’ 1099 student ġdid għas-sena skolastika 2022-2023. Filwaqt li matul is-sena skolastika 2021-2022 kien hemm total ta’ 1255 student irreġistrat fil-Higher Secondary.

Junior College — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda fil-Junior College din is-sena skolastika 2022-2023 u kemm daħlu fis-sena skolastika preċedenti, jiġifieri s-sena 2021-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena skolastika 2022-2023 s'issa daħlu 997 student ġdid, filwaqt li fis-sena skolastika 2021-2022 kien hemm 936 student ġdid.

ĠEM16+ — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda fil-ĠEM16+ din is-sena skolastika 2022-2023 u kemm daħlu fis-sena skolastika preċedenti, jiġifieri s-sena 2021-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għas-sena skolastika 2022-2023, s'issa daħlu 91 student ġdid filwaqt li fis-sena skolastika 2021-2022 kien hemm 92 student ġdid.

Università ta’ Malta — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti ġodda fl-Università ta’ Malta biex isegwu korsijiet undergraduates din is-sena skolastika 2022-2023 u kemm daħlu fis-sena skolastika preċedenti, jiġifieri s-sena 2021-2022?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li deħlin madwar 2,116-il student għas-sena skolastika 2022-2023 biex isegwu korsijiet fil-livell tal-ewwel grad filwaqt li fis-sena skolastika 2021-2022 daħlu 2,285 student biex isegwu korsijiet fil-livell tal-ewwel grad.

Ministeru għat-Turiżmu — infiq f’reklamar fuq media

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-Ministeru, mill-2017 sal-lum, lil Media.link, NET TV, NET FM u/jew lill-Partit Nazzjonalista għal reklamar f’xandiriet tal-istess entitajiet?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2017 'l hawn intefqu €47,406 f’reklamar min-naħa tal-Ministeru u l-entitajiet tiegħu.

Ftehim ma’ Manchester United tramite VisitMalta

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont totali u jgħid kemm jiswa l-ftehim li sar ma’ Manchester United, tramite VisitMalta ?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntratt imsemmi huwa ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.