Legislature:
Category:
Reset
Active:

Paola Hub

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta huwa mistenni li jibda jiffunzjona kompletament il-Paola Hub?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nassigura lill-Onor. Interpellant li t-tim ta’ tmexxija, flimkien mal-professjonisti u l-ħaddiema l-oħra kollha ġewwa ċ-Ċentru Reġjonali tas-Saħħa Ċensu Moran huma mimlija enerġija biex joffru l-aqwa servizzi lill-pazjenti li jmorru f’din il-binja moderna u attrezzata bl-aktar apparat avvanzat fil-qasam mediku. Fil-qasam tas-saħħa qatt ma tista’ tgħid li mhemmx aktar servizzi x’tista’ toffri.  Il-mediċina dejjem tiżviluppa u s-servizzi dejjem trid tkompli tespandihom u ttejjibhom, bil-ħila tal-esperjenza tal-professjonisti kollha u billi tkompli tatihom għad-dispożizzjoni tagħhom l-aktar apparat state of art li joħroġ fis-suq.  Hekk dan il-gvern ser ikompli jagħmel għax għal dan il-gvern, il-pazjent jiġi l-ewwel.

Proġetti ta’ skejjel mediċi

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk fl-2019, il-Ministru għas-Saħħa kien stqarr li f’Malta u Għawdex kien ser ikun hemm żewġ skejjel mediċi, waħda fl-Università ta’ Malta u l-oħra dik ta’ Barts ġewwa Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-edukazzjoni medika formali hi waħda mill-eqdem fl-Ewropa u bdiet fis-seklu sbatax, bil-fakultà tal-mediċina u kirurġija twaqqfet formalment fis-seklu tmintax. L-iskola medika ta’ Barts f’Għawdex kellha ċ-ċentru tal-anatomija inawgurat f’Diċembru 2018, filwaqt li l-campus permanenti ġie inawgurat f’Novembru 2019.

Proġetti fis-settur tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista’ ta’ proġetti fis-settur tas-saħħa li twaqqfu jew b’xi mod ieħor inbidel il-ħsieb dwar id-disinn jew l-użu tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fil-qasam tas-saħħa, ikun hemm żviluppi kontinwi. Ħasra min ma jagħrafx is-sinjali u min ma joqgħodx  fuq il-pariri siewja tal-professjonisti.  Għax għandna ekonomija b’saħħitha, il-gvern jista’ jalloka €1.7 biljun biex inkomplu ninvestu kemm fin-nies kif ukoll fix-xiri tal-aktar apparat avvanzat biex insostnu l-firxa wiesa’ ta’ servizzi li għandna u nintroduċu oħrajn ġodda. Mhix b’kumbinazzjoni li llum kemm l-irġiel, kif ukoll in-nisa Maltin u l-Għawdxin huma fost l-ogħla fl-UE li jgħixu ħajja sana tul ħajjithom kollha. Infakkar lill-Onor. Intrpellant li x-xogħol infrastrutturali, ix-xiri tal-apparat state of the art u l-ħolqien ta’ servizzi ġodda għall-pazjenti ser ikompli anke fis-sena li ġejja, f’kull qasam tas-saħħa, primarja, sekondarja u terzjarja, kif ukoll fis-saħħa mentali, fil-kura u s-servizzi għall-anzjani.

Sptar Mater Dei – Proġett ta’ skola medika ġdida

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-proġett ta’ skola medika ġdida fil-Campus Hub ta’ ħdejn l-Isptar Mater Dei huwiex proġett ieħor li ma rnexxiex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari numru 32368.

Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32115 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Finanzi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32114 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32113 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32112 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32111 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, jista’ l-Ministru jgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u jindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministeru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat – Fondi u Programmi tal-Unjoni Ewropea

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 32110 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, tista’ l-Ministru tgħid minn liema fondi u programmi tal-Unjoni Ewropea bbenefikaw il-Ministeru, id-dipartimenti u l-aġenziji relattivi tul dawn l-aħħar tliet snin u tindika l-ammont finanzjarju u komplessiv għalihom?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Sptar Mater Dei - ART clinic - Investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ investiment sar fir-rigward tal-investiment estensiv li sar fl-ART clinic fl-Isptar Mater Dei?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li r-rinnovar estensiv li sar fl-ART Clininic ġewwa l-Isptar Mater Dei kien b’investiment ta’ €3.2 miljun. Infurmat li l-proġett kien jikkonsisti f’żieda fil-footprint tal-laboratorji; strutturar mill-ġdid tal-ambjent intern fejn jidħlu air pressure cascades, air changes u air filtration biex tiġi żgurata l-kwalità; installazzjoni ta' tagħmir għal monitoraġġ biex tiġi protetta s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema; kif ukoll sar tibdil tat-tagħmir kritiku.

Għawdex - Tindif ta’ widien

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 31025 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 30831 dwar tindif ta’ widien, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra s-siteplan ta’ fejn sar ix-xogħol ta’ tindif f’Wied ta’ Xħajma fin-Nadur, Għawdex s’issa, kif ukoll ta’ dak li hemm ippjanat li jsir fl-istess wied? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Commencement Notice u s-Summary Responsibility Form u l-PA number relatati max-xogħlijiet li saru sa issa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra kopja tal-Commencement Notice u s-siteplan ta’ fejn saru ix-xogħlijiet. Is-summary responsibility form hija online form li timtela fuq il-portal tal-BCA.

Ħal-Farruġ – Proġett ta’ Housing

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kien il-perit u koordinatur tal-proġett tal-Housing ġewwa Ħal-Farruġ minn meta beda x-xogħol sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll kif dan intgħażel, kemm tħallas sa issa u jekk għadx fadallu x'jitħallas?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32283.

Skejjel Sekondarji tal-Gvern - Assenteiżmu - L-inqas rata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-inqas rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u kemm kienet ir-rata għal kull lokalità? Jista’ wkoll jagħti l-istess informazzjoni għas-sena skolastika ta’ qabel (2023-2024)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30825.

Skejjel Primarji tal-Gvern - Assenteiżmu - L-ogħla rata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ogħla rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel primarji tal-Gvern matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u kemm kienet ir-rata għal kull lokalità? Jista’ wkoll jagħti l-istess informazzjoni għas-sena skolastika ta’ qabel (2023-2024)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30825.

Skejjel Primarji tal-Gvern - Assenteiżmu - L-inqas rata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-inqas rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel primarji tal-Gvern matul is-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u kemm kienet ir-rata għal kull lokalità? Jista’ wkoll jagħti l-istess informazzjoni għas-sena skolastika ta’ qabel (2023-2024)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30825.

Karozzi tal-linja - Persuni bi sfidi ta’ mobilità - Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi spezzjonijiet isiru fuq il-karozzi tal-linja sabiex jiġi aċċertat li l-platform tal-istess karozzi tal-linja (li tintuża minn persuni li għandhom sfidi ta’ mobilità) tkun qiegħda taħdem? Jista’ jgħid ukoll x’inhi l-frekwenza ta’ dawn l-ispezzjonijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Public Transport Unit fi ħdan Transport Malta twettaq medja ta 1,644 spezzjoni fix-xahar.  Bħala parti minn dawn l-ispezzjonijiet isiru spezzjonijiet fuq ir-rampi li jkunu qegħdin jaħdmu tajjeb, li il-“Priority Seats” li hemm fuq kull karrozza tal-linja huma f’kondizzjoni tajba u aċċessibbli, kif ukoll fuq l-ispazju provdut għas-siġġu tar-roti li iċ-ċintorin tas-sigurtà jiffunzjona kif suppost kif ukoll li is-sedili f’dan l-ispazju jitilgħu ’il fuq.