Jista’ l-Ministru jispjega jekk first aider, skont l-expression of interest li ħarġet fit 18 ta’ Mejju għal first aiders, hux ser jkun qed jingħata l-permess li jagħti mediċina fil-każ ta’ hypo gylcaemic jew hyper glycaemic attack?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-First Aiders msemmija jkejlu l-livell taz-zokkor u jekk ikun hemm il-ħtieġa jamministraw il-mediċina neċessarja.
Qawra, San Pawl il-Baħar – Triq il-Ħamra – Bozoz maqtugħin
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2640, billi jirriżulta li waħda mill-bozoz li, skont l-istess risposta, suppost hi skonnettjata, sal-10 ta' Ottubru 2022, u allura wara li twieġbet l-istess domanda, kienet għadha mixgħula u tteptep, filwaqt li l-bozza l-oħra li hi mwaħħla ma’ razzett antik ilha mwaħħla hemm snin twal, probabbilment qabel twaqqfet l-Enemalta (tant hu hekk li l-għamla tagħha hi differenti) jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta ser ikun hemm dawl adegwat fl-inħawi msemmija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi saret applikazzjoni ta’ tqabbid ta’ dwal ġodda li tirrigwardja Triq il-Ħamra ġewwa il-lokalità tal-Qawra, liema applikazzjoni hi datata 5 ta’ Ottubru 2022.
Rigward meta ser jibda jinxtegħel l-imsemmi dawl nitlob ġentilment lill-Onor. Interpellant tagħmel l-interpellanza tagħha lill-Minisetru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar/Qawra – ħsarat fid-dwal pubbliċi f’diversi partijiet tal-promenade
Question
Billi qed jirriżulta li spiss qed ikun hemm ħsarat fid-dwal pubbliċi li hemm f'diversi partijiet tal-promenade minn ħdejn l-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar sal-Qawra, u dan b'mod partikolari meta jkun il-maltemp jew meta tagħmel ix xita, hekk kif, pereżempju, ġara nhar l-10 ta’ Ottubru, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex isiru spezzjonijiet fuq dawn id-dwal, ħalli l-ħsara titnaqqas kemm jista’ jkun?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar illi l-istess Kunsill dejjem jaġixxi b’mod immedjat biex jirrapporta l-każ u jissewew il-ħsarat.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2698, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar minn liema lokalitajiet, lokalità lokalità, huma dawk il-persuni li qed jieħdu l-mediċina Xeralto bla ħlas u kemm hemm minn kull lokalità? Ta’ liema età huma dawn il-persuni?
Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Iskeda V msemmija fl-istess risposta ta’ mistoqsija parlamentari 2698? Jista’ jagħti tagħrif dwar meta hu maħsub li dan is-servizz jiġi estiż għal pazjenti oħra li sal-lum għadhom mhumiex intitolati għal din il-mediċina b’xejn skont l-Iskeda V imsemmija?
Kemm hu n-numru ta’ persuni li talbu li jingħataw din il-mediċina bla ħlas, iżda din mhux tingħatalhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kopja ta l-Iskeda V u lista bil-lokalitaà u età ta’ dawk il-persuni li qed jieħdu din il-mediċina bla ħlas se titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fis-seduta ta' għada. Kull min hu intitolat għal din il-mediċina skont l-iskeda V jista jgawdi minnha mingħajr ħlas.
San Pawl il-Baħar — Ġnien Borg, Għajn Nastas u San Martin – tqegħid ta’ mains tal-ilma tan-new water
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2557, tista' l-Ministru tagħti indikazzjoni sa fejn fil-fatt se jitwassal l-ilma tan-new water, għaliex ma jidhirx li għandu jkun hemm diffikultà biex l-istess ilma jitwassal sal-inħawi tal-Wardija u taż-Żebbiegħ? Jekk preżentement jirriżulta li hemm xi problemi ta' pressa, billi dawn il-problemi għad jistgħu jiġu indirizzati, tista' l-Ministru tieħu l-passi neċessarji biex dan isir, iktar u iktar meta fl-istess rotta tan-new water jidher li se jkun hemm ukoll mains tal-ilma tax-xorb mibdula?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infakkar lill-Onor. Interpellant fit-tweġiba li diġà tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 2557. Infurmata li x-xogħlijiet se jitwasslu sa fejn teknikament huwa possibbli llum skont il-pressa li hemm fil-post.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1015 issa li għaddew erba' xhur u nofs, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, min huma l-membri tal-Bord tad-Diretturi tal-PBS? Meta jagħlaq it-terminu tal-ħatra tagħhom? U kemm hija r-remunerazzjoni tagħhom?
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1016, issa li għaddew erba' xhur u nofs, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra, min huma l-membri tal-Bord Editorjali tal-PBS? Meta jagħlaq it-terminu tal-ħatra tagħhom? U kemm hija r-remunerazzjoni tagħhom?
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1013 datata 26/05/2022 fejn staqsejt lill-Ministru jippubblika r-rapporti tal-PBS mill-2016 sal-lum fejn skont it-Terms of Reference tal-Bord Editorjali tal-PBS (para 6d) l-istess Bord irid jippreżenta rapport kull sena, issa li għaddew erba' xhur u nofs u l-Ministru għadu ma ppreżentax ir-rapporti, fejn hu stess fir-risposta tiegħu għall-PQ 1157 wieġeb li l-iskeda finali tiġi ppreżentata lil-Gvern jista' jgħid lill-Kamra meta sejjer jippreżenta r-rapporti u jekk le, għaliex?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba parlamentari bin-numru 1157.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħadu flus mill-fondi tal-EPSO (li huma fondi pubbliċi mogħtija mill-Gvern) kull wieħed mill-produtturi indipendenti li tellgħu programmi fuq l-istazzjonijiet tat-TV tal-PBS għall-iskedi Ottubru 2020-Settembru 2021 u Ottubru 2021-Settembru 2022?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-programmi eliġibbli għall-vot tal-EPSO jaqgħu taħt dawn il-ġeneri:
· Programmi tat-tfal
· Programmi ta’diskussjonijiet u ġrajjiet kurrenti
· Drama
· Programmi edukattivi, kulturali u ta’ informazzjoni ġenerali
· Programmi Għawdex/Maltin ta’ barra
· Trasmissjonijiet ta’ ġrajjiet ta’ karattru nazzjonali
· Programmi reliġjużi
· Trasmissjonijiet tal-Parlament
F’dan l-isfond, ninsab infurmat illi l-fondi jiġu allokati skont il-ġeneri msemmija. Matul is-sena jsiru diskussjonijiet biex jaraw l-andament tal-programmi u minn żmien għal żmien isir aġġornament minn ġeneru għal ġeneru.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2453, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx ambulanzi mikrija mill-privat u kemm hi l-ispiża?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi kuljum hemm medja ta’ 8 ambulanzi mikrija mill-privat. Il-kirja tinkludi kiri ta’ ambulanzi (fuwil u maintenance inklu¿i), kif ukoll s-servizz tar-ri¿orsi umani biex iħaddmuhom..
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2457, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid kemm-il ktieb ġdid jinxtara fis-sena biex jiġu użati fil-libreriji pubbliċi li jinsabu mxerrda fil-lokalitajiet diversi f’Malta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena jinxtraw medja ta’ 10,686 ktieb fiżiku sabiex jiġu użati fil-Libreriji Pubbliċi mxerrda madwar Malta u Għawdex.
Din l-informazzjoni hija bbażata fuq statistika uffiċjali skont it-tabella t’hawn taħt:
2019
2020
2021
Kotba fiżiċi mixtrija
12,413
10,031
9,615
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjan biex il-Ġnien it-Tliet Għoljiet f’Marsalforn, Għawdex, jitranġa minħabba l-fatt illi l-playingfield li hemm fih jinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru se jieħu nota tas-suġġeriment tiegħu.
Kunsilli Lokali — Ilmenti dwar ħmieġ jew problema ta' skart
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2742 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2221, peress li kien hemm xi numru ta’ kunsilli lokali li kienu għadhom ma bagħtux l-informazzjoni relattiva, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment dwar ħmieġ jew problema ta’ skart ġew reġistrati fl-aħħar sentejn f’dawn il-kunsilli lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Lokalità
Nru Totali ta' Ilmenti fuq skart u ħmieġ (2017-2022)
Valletta
145
Birgu
133
Isla
720
Bormla
259
Ħal Qormi
3742
Żabbar
833
Birżebbuġa
809
Fgura
980
Fontana
7
Għarb
6
Ħal Għargħur
19
Il-Munxar
24
Il-Marsa
1040
Pembroke
104
Pieta`
396
Xewkija
80
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2790 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2222, peress li kien hemm xi numru ta’ kunsilli lokali li kienu għadhom ma bagħtux l-informazzjoni relattiva, jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il ilment ġie reġistrat fl-aħħar sentejn f’dawn il-kunsilli lokali?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taht:
Lokalità
Nru Totali ta' Ilmenti (2017-2022)
Valletta
436
Birgu
735
Isla
1440
Qormi
5432
Għajnsielem
82
Għarb
15
Għargħur
206
Ħamrun
Infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Hamrun illi l-istess Kunsill ma jżommx ‘data’ tal-ilmenti minħabba li ċertu lmenti tittieħed azzjoni fuqhom minnufih u ma jkunx hemm il-ħtieġa li jiddaħlu f’lista’. Ilmenti oħra li jkunu ddaħħlu f’lista jiġu mħassra hekk kif ikunu ġew indirizzati.
Marsaskala
7194
Paola
1117
Qala
140
San Ġwann
1265
San Lawrenz
31
Santa Venera
2870
Xewkija
233
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx pjan li titranġa Triq il-Gidi, fix-Xewkija Għawdex, peress li f'ċerti postijiet mit-triq hemm waqgħa ta’ żewġ sulari u m’hemmx ċint jew ħajt? Jekk hemm pjan li titranġa, meta se tinbeda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa l-obbligu tas-sid privat li jibni ċ-ċint meħtieġ skont il-liġi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm lukandi liċenzjati mill-MTA fil-Belt Valletta? Kemm minn dawn ġew liċenzjati fl-2021? Kemm applikazzjonijiet għal lukandi fil-Belt Valletta ġew irrifjutati fl-2021?