Legislature:
Category:
Reset
Active:

Junior College – studenti li daħlu b’O’Level wieħed

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu studenti fil-Junior College b’O-Level wieħed biss minn dawn it-tliet suġġetti: il-Malti, l-Ingliż, il-Matematika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 3 studenti li daħlu b’O-Level wieħed biss mis-suġġetti msemmija.

Skejjel Primarji, Medji u Sekondarji – ingaġġ ta’ LSEs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu LSEs ġodda fl-iskejjel primarji, medji u sekondarji u li din is-sena hija l-ewwel sena skolastika li fiha qed jagħtu servizz?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox daħlu 92 LSE ġodda fl-iskejjel.

Interactive Whiteboards — użu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif ser ikunu qed jintużaw, jekk ser ikunu qed jintużaw, l-Interactive Whiteboards li tneħħew mill-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dawk l-Interactive Whiteboards li għadhom fi stat tajjeb ser jiġu istallati fi klassijjiet oħra.

Studenti tal-Year 7 – Roll out ta’ Laptops

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser ikunu qed jiġu rolled out il-laptops għall-istudenti tal-Year 7?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett qed jissejjaħ bħala One-Device-Per-Child u hu estensjoni tal-proġett One-Tablet-Per-Child. Permezz ta' dan il-proġett ser jitqassmu laptops b'kontenut diġitali tas-suġġetti mgħallma lill-istudenti tal-Middle Schools u Secondary Schools. Ninfurmah ukoll li bħalissa għaddejin il-preparamenti neċessarji biex il-laptops għall-istudenti tal-Year 7 jiġu introdotti fis-sena skolastika li jmiss, 2023-2024.

Tfal tal-Year 1 li għandhom dixxendenza barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jidħlu tfal li għandhom dixxendenza barranija (mhux tal-Unjoni Ewropea) din is-sena fil-Year 1?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel tal-istat din is-sena daħlu 459 student/a ta’ dixxindenxa barranija fl-ewwel sena tal-Primarja.

Tfal li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jidħlu tfal li ġejjin minn pajjiżi tal-Unjoni Ewropea din is-sena fil-Year 1?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena daħlu 273 student/a fil-Year 1 li ġejjin mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

MRI – waiting list

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1164 u jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list biex jagħmlu MRI?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Mater Dei isiru medja ta 738 MRI fil-ġimgħa. Bħalissa hemm 9163 persuna tistenna data biex taghmel MRI .F’kazijjiet urgenti l-appuntament jingħata anke fl-istess gimgħa.

Saħħa Mentali — Baġit

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2437, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm intefaq mill-baġit ta' €61,770,000?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-Budget totali ta’ 2022 kif imsemmi minnu, sa l-aħħar ta Settembru intefqu Euro 49,469,000.

Triq is-Siġġiewi — roundabout

Question

Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn ġiet miżbugħa roundabout fi Triq is-Siġġiewi, ftit 'il fuq minn fejn kienet ir-roundabout li tneħħiet bħala parti mill-proġett ta’ Ħaż-Żebbuġ-Siġġiewi Junction?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi filwaqt li nirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2192 dwar it-titjib li sar minn Infrastructure Malta fil-junction ta’ bejn is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ, nispjega li r-roundabout li qed issir referenza għaliha saret fejn Triq is-Siġġiewi tiltaqa’ ma’ Triq Luret Cutajar li tagħti aċċess u sservi wkoll ta’ ħruġ għal żona industrijali. Din ir-roundabout qed isservi bħala gwida aħjar għall-karozzi u trakkijiet li jkunu deħlin jew ħerġin minn Triq Luret Cutajar għal jew minn Triq is-Siġġiewi. Din il-gwida aħjar saret biex tonqos il-possibbiltà li jkun hemm vetturi weqfin fil-karreġġjata, hekk kif ikunu ħerġin minn Triq Luret Cutajar u jkun hem inqass impatt fuq it-traffic light junction il-ġdida li saret aktar 'l isfel.

Pulizija — każi ta’ vjolenza domestika – standard operating procedure

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2472, jista’ l-Ministru jispjega x’tip ta’ taħriġ jingħataw il-Pulizija tad-Distrett li jagħtu l-assistenza tagħhom f’każijiet ta’ urġenza relatati ma’ każijiet ta’ vjolenza domestika?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi t-taħriġ li jingħataw il-Pulizija tad-Distrett li jagħtu l-assistenza tagħhom f’każijiet ta’ urġenza ta’ vjolenza domestika, huwa intiż li jilħaq diversi skopi. Dan it-taħriġ isir minn persuni professjonali fil-qasam kemm fuq livell akkademiku kif ukoll dawk bi snin ta’ esperjenza jaħdmu ma’ vittmi ta’ dan ir-reat. Prinċipalment it-taħriġ huwa mmirat, biex meta din l-assistenza inizjali tkun meħtieġa, l-uffiċjali jkunu konxji u kapaċi li mill-ewwel jindirizzaw is-sigurtà, id-drittijiet u l-protezzjoni tal-vittma fuq il-post tal-inċident. Dan isir billi jagħtu sostenn u servizzi oħra, u fl-istess ħin jaraw jekk ikunx hemm il-bżonn ta’ assistenza medika jew dik ta’ aġenziji oħra, lill-vittma u persuni oħra. L-għan aħħari tat-taħriġ huwa illi l-pulizija jkollhom l-għarfien u l-ħiliet neċessarji biex iwieġbu b’mod xieraq u effettiv, waqt u wara dawn il-każijiet, u biex jassistu fl-investigazzjonijiet relatati. Dan it-taħriġ isir f’sezzjonijiet diversi ta’ tagħlim fi klassi, speċifiku jew parti mill-in-service training, u kif spjegat anke permezz tal-linji gwida, li huma intiżi wkoll biex jagħtu direzzjoni u kemm jista’ jkun, evitati ostakli.

Ħ’Attard – Triq il-Linja – xogħol fuq il-bridge

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitkompla u jitlesta x-xogħol fuq il-bridge fi Triq il-Linja, Ħ’Attard?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin xogħlijiet minn entitajiet oħrajn f’toroq fl-inħawi li jkun hemm bżonn jintużaw bħala rotot alternattivi. Għaldaqstant ix-xogħol fuq il-pont ikun jista’ jsir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet fir-rotot alternattivi u dawn jerġgħu jinfetħu.

Households li jagħmlu użu minn aerial biex jaraw free-to-air

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm hawn persuni f’Malta u Għawdex, u n-numru ta’ households, imqassma skont il-lokalità, li għadhom jagħmlu użu minn aerial biex jaraw l-istazzjonijiet lokali free-to-air?

Response (ABELA, ROBERT)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Pretty Bay beach concession

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2193, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-beach concession biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Pretty Bay?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Fra Ben Beach concession

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2195, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-concession sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Fra Ben?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sptar Mater Dei — Operazzjonijiet għal Knee Replacement

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet għal knee replacement fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni fuq il-waiting list għal knee replacement sal-lum? Jista’ jgħid kemm huwa ż-żmien ta’ stennija sabiex dawn il-persuni jingħataw appuntament għal din l-operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ammont ta’ knee replacements li saru fl-Isptar Mater Dei, huma fit-tabella hawn taħt mehmuza. Ta min ifakkar illi matul 2020 u 2021 kien hemm perjodu fejn l-operazzjonijiet mhux ta emerġenza kienu sospi¿i imħabba l-Covid. Procedure (ICD 9CM Code) 2017 - 685 2018 - 628 2019 - 598 2020 - 327 2021 - 348 Total Knee Replacement (81.54) Revision Knee Replacement (81.55) Source: Surgical Operations Register

Sptar Mater Dei – Hip Replacement

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet għal hip replacement fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni fuq il-waiting list għal hip replacement? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa ż-żmien ta’ stennija sabiex dawn il-persuni jingħataw appuntament għal din l-operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Mater Dei – Operazzjonijiet tal-Katarretti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti fl-Isptar Mater Dei fis-snin 2017, 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni fuq il-waiting list? Jista’ jgħid ukoll kemm huwa ż-żmien ta’ stennija sabiex dawk dawn il-persuni jingħataw appuntament għal din l-operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Sptar Ġenerali t’Għawdex – operazzjonijiet tal-Katarretti

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru operazzjonijiet tal-katarretti fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum)? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm persuni fuq il-waiting list? Kemm idumu fuq il-lista ta’ stennija dawk il-persuni li għandhom bżonn din l-operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fi snin li semmiet hi saru 795 operazzjonijiet tal-katarretti fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Preżentament hemm 95 persuna fuq il-waiting list. L-istennija fuq il-waiting list hija ta' massimu ta' 6 xhur.

Konsulenti fid-Dipartiment tad-Dentistrija — referrals

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru referrals (appuntamenti għall-ewwel darba), check-ups u konsulti minn konsulenti fid-Dipartiment tad-Dentistrija fis-snin 2018, 2019, 2020, 2021 u 2022 (sal-lum), sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll kemm hi l-lista ta’ stennija attwalment għal check up, filling jew dentatura?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-2018 sal-2022 saru 7798 konsulta u 10399 check ups fid-Dipartiment tad-Dentistrija, kif tindika t-tabella mehmuża. Ta min ifakkar illi matul 2020 u 2021 kien hemm perjodu fejn l-operazzjonijiet mhux ta emerġenza kienu sospiżi imħabba l-Covid. Sena Konsulti minn konsulenti ( Kazijiet godda) Check uPs 2018 1981 2696 2019 1595 2623 2020 1081 1137 2021 1561 2487 2022 (up until 12th October 2022) 1580 1456 Total 7798 10399

Persuni li għandhom il-Karta r-Roża

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm persuni f’Malta u Għawdex li għandhom il-Karta r-Roża? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-persuni huma anzjani?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.