Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel Medji u Sekondarji – ingaġġ ta’ għalliema regolari

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel medji u sekondarji u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati 54 għalliema regolari ġodda biex jgħallmu fl-iskejjel medji u sekondarji.

Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Malti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għalliema kollha jgħallmu l-Malti. B’kollox ġew ingaġġati 59 għalliema regolari ġodda fl-iskejjel tal-primarja.

Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Ingliż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Ingliż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati 59 għalliem tal-Primarja. Wieħed mis-suġġetti li jgħallmu huwa l-Ingliż.

Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tal-Physical Education

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu l-Physical Education?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġew ingaġġati sebgħa (7) għalliema ġodda fl-iskejjel tal-Primajra li qed jgħallmu l-Edukazzjoni Fiżika.

Skejjel Primarji – ingaġġ ta’ għalliema tat-Taljan

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu għalliema regolari (mhux supply) ġodda fl-iskejjel tal-primarja u li din is-sena skolastika se tkun l-ewwel sena li qed jgħallmu t-Taljan?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taljan ma jiġix mgħallem fl-iskejjel Primarji.

Swali ta’ skejjel użati bħala mħażen għal materjal tal-COVID

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iskejjel li bħalissa għandhom is-swali tagħhom użati bħala mħażen għall-materjal tal-COVID? Jista’ jgħid meta dawn ser ikunu qed jitbattlu u jingħataw lura lill-iskejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t;hawn taħt. Għaddejjin taħdidiet mal-istakeholders neċessarji u kif ukoll ma’ Ministeri varji biex jiġi determinat meta dawn is-swali ser jitbattlu. KULLEĠĠ SKOLA Santa Klara Primarja San Ġiljan Santa Klara Primarja Gżira Santa Klara Primarja Pembroke San Injazju Primarja Siġġiewi Marija Reġina Sekondarja Mosta – Lily of the Valley Marija Reġina Sekondarja Mrieħel Mikiel Anton Vassalli Skola tal-Mużika - Ħamrun

Direttiva 2019/1158 – laqgħat mas-setturi privati u volontarji

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk hemmx aktar laqgħat previsti mas-setturi privati u volontarji dwar it-traspożizzjoni tad-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 1069. Nisħaq ukoll li l-Gvern jibqa’ dejjem kommess li jibqa’ fi djalogu kontinwu sabiex jassigura li id-drittijiet tal-ħaddiema jkomplu jittejbu, bl-istess mod kif dejjem għamilna matul dawn is-snin.

Direttiva 2019/1158 – data tal-iskadenza

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex fil-fatt se jilħaq id-data tal-iskadenza tat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, jiġifieri sa mhux aktar tard mit-2 ta’ Awwissu ta’ din is-sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-miżuri marbuta ma’ din id-Direttiva kienu mħabbra u ġew ippublikati fil-Gazzetta tal-Gvern fid-19 ta’ Lulju 2022 u bdew japplikaw mit-2 ta’ Awwissu 2022.

Direttiva 2019/1158 – drittijiet stabbiliti

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jżid mad-drittijiet stabbiliti fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, li bħala direttiva tistabbilixxi biss standard minimu komuni u li allura tippermetti Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jagħti drittijiet usa'?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern ħa ħsieb li ma jeskludi lill-ebda tip ta’ familja, kif ukoll estenda d-dritt tal-leave tal-paternità għall-ġenituri adottivi, u l-leave tal-ġenituri f’każ ta’ foster parents. Ninforma lill-Onor. Interpellant ukoll li l-Carers’ Leave kif traspost fil-liġi Maltija mhux marbut b’mod strett ma’ każ ta’ mard serju, iżda huwa aktar flessibbli minn dak mitlub mid-Direttiva Ewropea.

Direttiva 2019/1158 – ġranet ta’ leave għall-missiriijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jżid mill-minimu ta’ għaxart ijiem leave għall-missirijiet, liema dritt huwa provdut fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentati 1070 u 1072.

Direttiva 2019/1158 – leave mħallas għall-ġenituri

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jżid mill-minimu ta’ leave mħallas għall-ġenituri, liema dritt huwa provdut fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 1070 u 1072.

Direttiva 2019/1158 – leave garantit lill-persuni li jindukraw

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, jindika jekk il-Gvern huwiex beħsiebu jżid mill-minimu ta’ ħamest ijiem leave garantit lill-persuni li jindukraw fid-Direttiva 2019/1158 dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 1070 u 1072.
Leg 14 PQ #1529 Sitting 34 2022-10-18 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Bdiewa biex jaħdmu fir-raba’

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx bdiewa biżżejjed biex jaħdmu r-raba’ ta’ pajjiżna? F’każ ta’ nuqqas ta’ ħaddiema, x’se jagħmel il-Gvern biex ikun hawn ħaddiema biżżejjed biex jaħdmu r-raba’ tagħna?

Response

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi skont l-aħħar figuri miġbura mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, f’Malta jidher illi hemm iżjed minn 96% tal-art agrikola li qed tinħadem għal skopijiet agrikoli. Dan jindika li l-popolazzjoni tal-bdiewa hija suffiċjenti sabiex din l-art tibqa’ tinħadem.
Leg 14 PQ #1530 Sitting 34 2022-10-18 Oral · Final From: TONI BEZZINA (Partit Nazzjonalista)

Kompost tal-mushrooms

Question

Jista’ l-Ministru jara li tingħata l-għajnuna neċessarja biex il-kompost tal-mushrooms jibda jinħadem hawn Malta u b’hekk jiġu ffrankati minn tal-inqas €500,000 fis-sena spejjeż ta’ importazzjoni?

Response

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet responsabbli fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responabbli ser ikunu qed ikomplu jesploraw il-possibbiltajiet kollha t'għajnuna li jista’ jkun hemm għat-tkabbir ekonomiku u s-sostenibilità ambjentali ta’ dan is-settur, b’taħditiet u kollaborazzjoni ma’ Ministeri u entitajiet oħrajn tal-Gvern.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entità li taqa’ taħt il-Ministeru, m’hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità.
Leg 14 PQ #1783 Sitting 34 2022-10-18 Oral · Final From: IVAN BARTOLO (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?

Response

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-deskasteru tiegħi, ma hemmx impjegati li huma relatati b’affinità jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperso tal-istess entità/awtorità.
Leg 14 PQ #1784 Sitting 34 2022-10-18 Oral · Final From: IVAN BARTOLO (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?

Response

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO tal-istess entitajiet.
Leg 14 PQ #1785 Sitting 34 2022-10-18 Oral · Final From: IVAN BARTOLO (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi m’hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entitajiet/awtoritajiet.

Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-impjegati fl-entitajiet u fl-awtoritajiet huma ngaġġati skont il-Manwal li tpoġġa fuq il-mejda tal kamra

Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, tista’ l-Ministru tgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor Interpellant li f’Aġenzija Sapport hemm persuna waħda li hi relatata mal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija. Din il-persuna hi impjegata bħala Support Worker f’Ċentru ta’ Matul il-Jum u ġiet impjegata wara sejħa pubblika ferm qabel il-ħatra tas-CEO. Fil-fatt, din l-impjegata bdiet fil-kariga tagħha fl-2021, filwaqt li l-Kap Eżekuttiv kien maħtur fit-18 ta’ Mejju 2022. Fil-Kummissjoni għad-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità hemm persuna waħda li hi relatata mal-Kummissarju tal-entità. Din il-persuna hi Maniġer tal-HR ġiet impjegata fi ħdan il-Kummissjoni 33 sena ilu, fl-1989 bħala skrivana mislufa mid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. Fl-2000 hija ġiet detailed mal-Kummissjoni mad-daħla fis-seħħ tal-Att Dwar Opportunitajiet Indaqs (Persuni b'Diżabilità), Kap. 413 tal-Liġijiet ta' Malta. Il-Kummissarju fl-istess entità ġiet maħtura 33 sena wara, jiġifieri fl-20 ta' Jannar 2021.