Ministeru għal Għawdex – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jkollniex informazzjoni bħal din. Nistiednu jkun aktar speċifiku.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li t-tweġiba għall-mistoqsija tal-Onor. Interpellant hija fin-negattiv.
Ministeru għat-Turiżmu – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru m’hemmx impjegati li huma relatati b’affinità jew konsangwinament maċ-Chairperson jew CEO tal-istess entità.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, tista’ l-Ministru tgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemmx tali persuni.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru fi Triq San Piju X, iż-Żejtun tul dawn l-aħħar sentejn u meta mistenni li jiġu ffinalizzati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun illi fi Triq San Piju X inbidel il-main tal-ilma, sar wiċċ bit-tarmak ġdid u l-bankini fuq iż-żewġ naħat.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex previst li jsiru x-xogħlijiet neċessarji f’Misraħ Karmnu Grima, iż-Żejtun tul din is-sena, sabiex il-post jiġi riabilitat?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun illi l-Misraħ imsemmi ser jitpoġġa fil-lista ta’ toroq li ser tiġi mitluba minn l-entità kkonċernata sabiex issir ir-rijabilitazzjoni neċessarja.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru fi Triq Santa Monika, iż-Żejtun tul dawn is-sentejn u meta mistenni li jiġu ffinalizzati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li qegħdin isiru minn Infrastructure Malta fit-toroq residenzjali mhumiex sempliċement xogħol ta’ manutenzjoni jew kisja asfalt, imma bini mill-ġdid tat-triq. Dan jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini mill-ġdid tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.
Fil-każ ta’ Triq Santa Monika din kienet parti minn proġett li l-aġenzija wettqet flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex sitt toroq li jinsabu ħdejn xulxin fl-istess żona wara l-Knisja taż-Żejtun inbnew mill-ġdid f’daqqa. Nippreċiża li x-xogħlijiet fuq dan il-proġett, li kien jinkludi wkoll Triq San Profilju, Triq Santa Fawstina, Triq Beland, Triq San Ġużepp u Triq San Piju X kienu bdew fl-aħħar t’Awwissu tas-sena l-oħra.
Ix-xogħlijiet fi Triq Santa Monika, li tlestiet ix-xahar li għadda, kienu jinkludu bdil tal-pajpijiet u servizzi ġodda għall-ilma, kif ukoll bankini ġodda qabel ma ssaħħew il-pedamenti u t-triq sarilha wiċċ ġdid bl-asfalt.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru fi Triq San Piju X, iż-Żejtun tul dawn l-aħħar sentejn u meta mistenni li jiġu ffinalizzati?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li qegħdin isiru minn Infrastructure Malta fit-toroq residenzjali mhumiex sempliċement xogħol ta’ manutenzjoni jew kisja asfalt, imma bini mill-ġdid tat-triq. Dan jinkludi t-tneħħija tal-wiċċ eżistenti, il-bdil jew it-tisħiħ tal-pedamenti, it-tibdil ta’ servizzi tad-distribuzzjoni taħt l-art u t-titjib jew bini mill-ġdid tal-bankini, skont il-ħtieġa. Il-wiċċ ġdid tat-triq b’diversi saffi ta’ asfalt isir wara li jitlestew dawn ix-xogħlijiet estensivi.
Fil-każ ta’ Triq San Piju X din kienet parti minn proġett li l-aġenzija wettqet flimkien mal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex sitt toroq li jinsabu ħdejn xulxin fl-istess żona wara l-Knisja taż-Żejtun inbnew mill-ġdid f’daqqa. Nippreċiża li x-xogħlijiet fuq dan il-proġett, li kien jinkludi wkoll Triq San Profilju, Triq Santa Fawstina, Triq Beland, Triq San Ġużepp u Triq Santa Monika kienu bdew fl-aħħar t’Awwissu tas-sena l-oħra.
Ix-xogħlijiet fi Triq San Piju X, li tlestiet xahrejn ilu, kienu jinkludu bdil tal-pajpijiet u servizzi ġodda għall-ilma, tqegħid ta’ katusi tad-drenaġġ kif ukoll bankini qabel ma ssaħħew il-pedamenti u t-triq sarilha wiċċ ġdid bl-asfalt.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk huwiex previst li jsiru x-xogħlijiet neċessarji f’Misraħ Karmnu Grima ż-Żejtun tul din is-sena, sabiex il-post jiġi riabilitat?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. Fil-lokalità taż-Żejtun l-aġenzija diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Triq Taltas, Triq l-Aħħar Ħbit mit-Torok, Triq il-Labour, Triq Dwiemes, Triq Toni Zahra, Triq il-Faqqus, Triq Bugħarbiel, Triq il-Kbira, Triq il-President Anton Buttigieg, Misraħ is-Suq, Triq id-Daħla ta’ San Tumas, Vjal il-25 ta’ Novembru, Triq Cannaught, Triq il-Kantur, Ta’ Ganza, Triq Kamumilla, Triq San Piju X, Triq San Profilju, Triq San Ġużepp, Triq Beland u Triq Santa Monika.
Bħalissa għaddej il-bini mill-ġdid ta’ ħafna toroq oħrajn madwar il-pajjiż, fosthom Triq il-Ġiebja Rumana u Triq Santa Fawstina, fiż-Żejtun. It-triq indikata, Misraħ Karmnu Grima, hija fost it-toroq li se jinbnew mill-ġdid bħala parti minn din il-ħidma mifruxa fuq seba’ snin. Fl-istess waqt, sakemm tinbena mill-ġdid, peress li r-responsabbiltà tat-tiswijiet u l-manutenzjoni regolari ta’ toroq lokali bħal din imsemmija hija tal-kunsilli lokali, dawn għandhom ir-riżorsi meħtieġa sabiex ikomplu jagħmlu t-tiswijiet temporanji u manutenzjoni li kull triq tkun teħtieġ minn żmien għal żmien.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk dik li tissejjaħ Smoking Room f’Bighi, il-Kalkara, huwiex previst li tiġi rranġata u restawrata jew le, tul din il-leġiżlatura?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq dik li tissejjaħ ‘Smoking Room’ hu ppjanat li jibda s-sena d-dieħla (2023).
Tista’ l-Ministru tiċċara min hu finalment responsabbli għall-ħatra tal-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni fi ħdan ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS) tenut kont li l-artikolu 6(7) tal-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Kap. 545 jipprovdi li l-ħatra ta’ dan l-uffiċjal issir kemm mir-Regolatur kif ukoll mill-Ministru:
“(7) L-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni u l-kapijiet tad-direttorati, dipartimenti, diviżjonijiet u sezzjonijiet għandhom jinħatru mir-Regolatur għall-perijodu stabbilit mir-Regolatur li fl-ebda każ m’għandu jkun inqas minn tliet snin: Iżda l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni għandu jkun maħtur mill-Ministru.”.
F’dan ir-rigward, tista’ l-Ministru tqis li tiġi emendata l-liġi biex jiġi ċċarat dan il-punt u ma jkunx hemm dubji?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-traskrizzjoni ta’ laqgħa tal-Kumitat Permanenti għall-Konsiderazzjoni ta’ Abbozzi ta’ Liġi li kienet saret nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Lulju 2015, fejn, waqt li kien qed jiġi diskuss l-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, kien tqajjem dan il-punt u kien ġie spjegat li fl-abbozzar ta’ liġi hija ħaġa normali li l-ewwel tiġi speċifikata r-regola ġenerali u mbagħad isir provvediment għal kwalunkwe deroga.
Kien intqal li kuntrarju għal dak li kien isir fil-passat, fejn il-Ministru kien jappunta kemm lis-CEO kif ukoll il-kapijiet ta’ direttorati u ta’ units oħrajn, fil-każ tal-liġi li dakinhar kienet qed tiġi diskussa kien se jkun biss l-Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni li kien se jinħatar mill-Ministru.
Għawdex: Rabat – Triq it-Tabib Anton Tabone – problema tal-ilma tax-xita
Question
Jista' l-Ministru jgħid għandux xi pjanijiet u dawn fiex jikkonsistu u meta huma ppjanati li jiġu mwettqa u fl-immedjat x'se jsir sabiex tiġi solvuta l-problema tal-ilma fi Triq it-Tabib Anton Tabone fir-Rabat, Għawdex kull meta tagħmel ix-xita u dan peress li d-djar ta' dawn ir-residenti ta' din it-triq qed jimtlew bl-ilma u wkoll qed ikun hemm periklu kbir f'din l-imsemmija triq kull meta tagħmel ħafna xita?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa l-Ministeru qiegħed iħejji pjan infrastrutturali għas-snin li ġejjin.
Kordin: Ras Ħanżir — Tender CfT: IM027/2020 for the Construction of a New Cargo Facility
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar “it-tender CfT: IM027/2020 for the Construction of a New Cargo Facility at Ras Ħanżir between Laboratory and Fuel wharves, Corradino, Grand Harbour, Malta”' u jgħid jekk din it-tender ġietx aġġudikata? Jista’ jgħid meta hu ppjanat li jibda x-xogħol mitlub minn din l-imsemmija tender?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-proċess tal-għażla ġie konkluż u qegħdin fil-proċess li jiġi ffirmat il-kuntratt.
Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ żbir ta’ siġar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex li b'mod regolari jagħmlu x-xogħol ta' żbir ta' siġar kbar fil-lokalitajiet ta' Għawdex? Jista’ jelenka l-lokalitajiet, it-toroq tagħhom u areas, inkluż pjazez, fejn f'dawn l-aħħar sentejn sar iż-żbir ta' siġar kbar permezz tal-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex?
Jista’ jgħid ukoll fejn fil-ġimgħat li ġejjin hemm ippjanat li jsir żbir ta' siġar kbar mill-ħaddiema tal-Ministeru tiegħu?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ix-xogħol jitqassam bejn gruppi u timijiet. Hemm ġonna pubbliċi li għandhom allokati persuni speċifiċi u uffiċjali pubbliċi oħrajn li m’għandhomx allokazzjoni diretta u li joffru servizz madwar diversi lokalitajiet f’Għawdex.
Għawdex: Port tal-Imġarr – Rilokazzjoni għas-suldati tal-AFM tal-komponent marittimu u tal-EOD
Question
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar fiex waslet ir-rilokazzjoni u meta se sseħħ din ir-rilokazzjoni għal post aħjar li minnu joperaw is-suldati tal-komponent marittimu u tal-EOD fi ħdan il-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) fil-Port tal-Imġarr, Għawdex?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari 2429, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-imsemmija taħdidiet saru u ġie possibbilment identifikat post alternattiv ta’ rilokazzjoni. Bħalissa qed isir studju dwar dan il-post.
Gozo Innovation Hub – informazzjoni dwar kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-preżent kemm hemm uffiċini mikrija fil-Gozo Innovation Hub lil kumpaniji varji u kemm ilhom joperaw minn hemm? Jista’ jgħid kemm jimpjegaw ħaddiema kull waħda minn dawn il-kumpaniji? Jista' jgħid kemm minn dawn il-kumpaniji jew entitajiet/dipartimenti huma tal-Gvern u liema huma u kemm jimpjegaw nies dawn l-entitajiet/dipartimenti governattivi u kemm ilhom joperaw minn hemm?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Gozo Innovation Hub hemm għaxar kumpaniji, minn dawn ħamsa huma entitajiet/dipartimenti tal-Gvern. B’kollox dawn il-kumpaniji/entitajiet governattivi jimpjegaw 148 ħaddiem. Id-data minn meta kumpaniji/entitajiet governattivi bdew joperaw mill-Gozo Innovation Hub tinsab fit-tabella annessa.
Name of tenant
Date
Yes We Can Limited
28/01/21
B G Group Ltd
28/10/20
Adbluetek Ltd
08/04/21
Noovle Malta Limited
19/12/19
Digerati Limited
21/12/21
Name of tenant
Date
Education Department
09/09/22
Servizzi.gov
13/10/21
Planning Authority
22/08/22
Environment & Resources Authority
08/07/22
Gozo Regional Development Authority
18/11/20
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Tista’ l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtha ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.