Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex u Kemmuna – Proġetti Infrastrutturali Marittimi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proġetti Infrastrutturali Marittimi hemm ippjanati li jsiru mill-Ministeru tiegħu f’Għawdex u Kemmuna matul is-sena 2026, fiex jikkonsistu u fejn ser isiru, u kemm hu ppjanat li ser jiġi jiswa kull wieħed minn dawn il-proġetti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proġetti infrastrutturali marittimi għal Għawdex u Kemmuna li huma ppjanati li jsiru fiż-żmien li ġej huma dawn: ·       tiswija tal-moll u l-aċċess ta’ Wied Ermu, Kemmuna ·       Skall tal-Qbajjar. ·       Modifiċi fil-Fast Ferry Terminal l-Imgarr

WSC/T/025/2025 - SERVICES - RECRUITMENT SERVICES FOR THE PROVISION OF ADMINISTRATIVE AND OPERATIONAL PERSONNEL TO THE WATER SERVICES CORPORATION’

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta hu maħsub (xahar u sena) li terġa’ toħroġ is-sejħa pubblika: ‘WSC/T/025/2025 – SERVICES - RECRUITMENT SERVICES FOR THE PROVISION OF ADMINISTRATIVE AND OPERATIONAL PERSONNEL TO THE WATER SERVICES CORPORATION’?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li min-naħa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qegħdin isiru l-preparamenti meħtieġa biex is-sejħa tinħareġ fiż-żmien li ġej.

Għawdex u Kemmuna - Proġetti b’fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-proġetti ġewwa Għawdex u Kemmuna li għalihom ġew użati fondi Ewropej u li x-xogħol fuqhom ser jitlesta sal-aħħar tas-sena 2025 biex jibdew jitgawdew mill-pubbliku? Jista’ jgħid ukoll kemm huma stmati li ser jiġu jiswew dawn il-proġetti u kemm hu l-persentaġġ ta’ fondi Ewropej li se jiġu użati u minn liema fond?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Bejgħ ta’ droga - Persuni arrestati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ikbar ammont ta’ persuni li ġew arrestati fuq bejgħ ta’ droga matul is-sena 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kemm kien l-ammont ta’ persuni f’kull każ? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin f’kull każ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi t-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ikbar ammont ta’ persuni li ġew arrestati fuq bejgħ ta’ droga bejn Jannar u sa nofs Novembru 2025 kienu fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan/Paceville, il-Gżira u l-Marsa rispettivament kif jidher fit-tabella. Lokalita Numru ta’ persuni arrestati San Ġiljan/Paceville 45 Gżira 20 Marsa 12

Bejgħ ta’ droga - Persuni arrestati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ikbar ammont ta’ persuni li ġew arrestati fuq bejgħ ta’ droga matul is-sena 2024 u kemm kien l-ammont f’kull każ? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu Maltin u kemm kienu barranin f’kull każ?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninsab infurmat illi t-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ikbar ammont ta’ persuni li ġew arrestati fuq bejgħ ta’ droga fis-sena 2024 kienu fil-lokalitajiet ta’ San Ġiljan/Paceville, San Pawl il-Baħar u l- Marsa rispettivament, kif jidher fit-tabella hawn taħt. Lokalita Numru ta’ persuni arrestati San Ġiljan/Paceville 24 San Pawl il-Baħar 15 Marsa 11

Child care centres ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il child care centre ġdid infetaħ matul is-snin 2024 u 2025 u jaqsam din l-informazzjoni separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll fejn infetħu dawn iċ-child care centres?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Skejjel Sekondarji tal-Gvern - Assenteiżmu - L-ogħla rata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-tliet lokalitajiet li fihom kien hemm l-ogħla rata ta’ assenteiżmu fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern fis-sena skolastika li għaddiet (2024-2025) u kemm kienet ir-rata għal kull lokalità? Jista’ wkoll jagħti l-istess informazzjoni għas-sena skolastika ta’ qabel (2023-2024)?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta sabiex tirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 30825.

Double Taxation Treaties – 2012

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2012 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2012 saru 4 double taxation agreements.   Dawn saru mal-Polonja, Bahrain, Hong Kong u Svizzera.

Double Taxation Treaties – 2011

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2011 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2011 saru 3 double taxation agreements.   Dawn saru mal-Ġermanja, Italja u Ċina.

Double Taxation Treaties – 2010

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2010 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2010 saru 11 double taxation agreements.   Dawn saru mal-Libja, Franza, Lebanon, San Marino, Georgia, Qatar, Isle of Man, Serbja, Jersey, Jordan u USA.

Double Taxation Treaties – 2009

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2009 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2009 saru 3 double taxation agreements.   Dawn saru ma l-Irlanda, UAE u Montenegro.

Double Taxation Treaties – 2008

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2008 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2008 saru 2 double taxation agreements.   Dawn saru ma Singapore u l-Greċja.

Bord tal-Awtorità tax-Xandir- Imparzjalità

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kif jintgħażel il-Bord tal-Awtorità tax-Xandir u kif jassigura imparzjalità fix-xandir pubbliku?

Response (ABELA, ROBERT)

Il-Bord tal-Awtorità jinħatar skont Artiklu 118 (2) tal-Kostituzzjoni promulgat permezz ta’ Att LV tal-1974.

PBS – Żbilanċ fix-xandir pubbliku

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba l-Awtorità tax-Xandir sabet żbilanċ fix-xandir pubbliku PBS mill-2020 u d-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma għal kull sena?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar.

NGOs relatati mal-mużika, baned u orkestri - Fondi

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32040 dwar kemm NGOs relatati mal-mużika ngħataw fondi f’dawn l-aħħar tliet snin, tista’ l-Ministru tgħid kemm ingħataw fondi lill-NGOs tal-Baned biss, tul il-perjodu msemmi?

Response (FARRUGIA, JULIA)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul dawn l-aħħar tliet snin, MCVS weħidha nvestiet xejn anqas minn €508,800.00 fuq fondi lill-NGOs tal-Baned.