Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kameras fil-Mosta, li twaħħlu sabiex jaqbdu lil min iħammeġ u jikser il-liġi, jaħdmux? Inħarġu xi multi fil-konfront ta’ min inqabad iħammeġ jew jikser il-liġi?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizja u kemm l-Aġenzija LESA mhumiex is-sidien tal-cameras fil-Mosta, li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Għalhekk nitolbu jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’xogħlijiet huma previsti li jsiru fi Ġnien ir-Rinella, il-Kalkara tul din is-sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ġnien Rnella infetaħ nhar l-Erbgħa u se jservi bħala spazju aħdar għar-rikreazzjoni soċjali kemm għall-familji u kif ukoll għat-turisti, mingħajr ma tilef il-prestiġju storiku tiegħu.
Dan il-proġett qed iħares l-użu ta’ enerġija rinnovabbli, il-konservazzjoni tal-ilma u l-protezzjoni tal-ambjent naturali. L-introduzzjoni ta’ solar paving, smart benches u kif ukoll solar smart bins, jifformaw parti minn strateġija ferm akbar li tenfasizza l-importanza ta’ enerġija nadifa u arja aħjar. Is-Solar Paving se jkun qed jiġġenera biżżejjed enerġija għall-użu tal-ġnien.
L-ilma tax-xita kollu li jaqa’ ġewwa l-ġnien qed jinġabar f’erbat ibjar u wara jkun jista’ jintuża għat-tisqija neċessarja f’sistema ta’ irrigazzjoni awtomatika. Fiċ-ċentru tal-Belvedere ġiet installata ‘drinking water fountain’, li se tkompli żżid l-faċilitajiet għal-viżitaturi tal-istess ġnien. Tħawlu numru ta’ siġar u pjanti indiġeni biex joffru ambjent isbaħ li jkun jista’ jservi bħala spazju edukattiv għall-istudenti u l-familji.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’xogħlijiet huma previsti li jsiru fi Ġnien iċ-Ċiniżi, Santa Luċija tul din is-sena?
Response (DALLI, MIRIAM)
Il-proġett fuq spazju miftuħ ġewwa Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija qiegħed fl-istadju ta’ evalwazzjoni tas-sejħa għall-offerti. Dan is-sit se jiġi trasformat fi spazju rikreattiv ieħor mhux biss għat-tfal imma għal persuni ta’ kull età.
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid għala Triq iċ-Ċimiterju f’Raħal Ġdid sal-bidu ta’ Settembru 2022 kienet għadha mhux lesta?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat illi x-xogħol fi Triq iċ-Ċimiterju, f’Raħal Ġdid, baqa’ għaddej matul is-sajf.
Infurmat ukoll li sal-bidu ta’ Settembru, x-xogħol ta’ tqegħid tal-art tal-qawwi kien prattikament lest. Dan ix-xogħol dam ftit iktar milli mistenni minħabba xogħlijiet infrastrutturali li nqalgħu mal-proġett, li ma kinux previsiti. F’dan l-ambitu, infurmat ukoll li ċertu dewmien kien attribwit ukoll minħabba l-koordinament neċessarju mal-entitajiet kollha responsabbli.
Finalment, infurmat li x-xogħlijiet ta’ pavimentar issa huma kompluti u l-proġett ser ikompli bit-tisbiħ tat-triq b’bankijiet u planters.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn jinsabu l-atti relattivi għall-istimi tal-proprjetajiet tal-War Damage li għal xi żmien kienu fil-bini tal-Monte Di Pietà?
Response (ABELA, ROBERT)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn jinsabu l-atti relattivi għall-istimi tal-proprjetajiet tal-War Damage li għal xi żmien kienu fil-bini tal-Monte Di Pietà?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Arkivji Nazzjonali għandu kollezzjoni ta' materjal tal-War Damage li tkopri s-snin 1945-1955 u tiġbor fiha rekords tal-Building Control Board. Infurmat li dawn ġew mill-Awtorità tal-Ippjanar u mhux mill-Monte di Pietà.
Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li Triq Sant'Antnin fil-Fgura jkollha tindif iktar regolari tul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Fgura li t-tindif fi Triq Sant'Antnin fil-Fgura qed isir skont it-tender document, kif miftiehem u maqbul mill-Kunsill.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1672, li ngħatat fil-21 ta' Ġunju 2022, rigward kemm fl-aħħar żewġ leġiżlaturi (2013–2022) saru toroq jew partijiet minn toroq f’Għawdex li ngħataw il-base course biss u sal-lum għadhom ma ngħatawx il-wiċċ finali, fejn ġie mwieġeb li “ix-xogħol fuq il-maġġor parti tagħhom għadu għaddej”, jista’ l-Ministru jgħid f'kull triq li ssemmiet fit-tweġiba meta nbeda x-xogħol fuqha, kemm tħallsu flus sa issa fuq kull triq, liema xogħlijiet għad fadal isiru u fiex jikkonsistu, u meta se jingħata l-wearing course? Jista’ jagħti area f’metri kwadri li għadha bil-base course ta' dawn l-imsemmija toroq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fejn ġew stazzjonati l-ħaddiema tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni f'Għawdex li qabel kienu jaħdmu mill-uffiċċju fi Triq l-Ewropa fir-Rabat, Għawdex? Jista' jgħid kif intgħażel dan il-post? Jista' jgħid jekk inħarġitx sejħa qabel ġie magħżul il-post? Jista' jgħid ukoll għal kemm żmien inkera l-post u kemm qed titħallas kera fix-xahar għal dan l-użu?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħaddiema msemmija ġew stazzjonati ġewwa post li hu proprjetà u kif ukoll amministrat minn entità tal-Gvern u għalhekk ma nħarġet l-ebda sejħa pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid fejn huma stazzjonati l-ħaddiema kollha li kienu jaħdmu l-Gozo Sports Complex, minn meta ngħalaq dan il-kumpless sal-lum? Jista' jgħid jekk kienx hemm il-ħtieġa li jinkera post biex minnu jaħdmu dawn il-ħaddiema? Jista' jgħid ukoll kif inkera dan il-post u kemm qed jitħallas fix-xahar għall-kirja ta' dan il-post? Jista' jgħid jekk inħarġitx sejħa għall-kiri ta' dan il-post?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ngħalaq il-Kumpless Sportiv minħabba r-rikostruzzjoni tal-istess kumpless u l-pixxina, il-ħaddiema kif ukoll parti mill-operat kienu ġew trasferiti għall-iskola Sir M.A. Refalo ġewwa l-belt Vittorja.
Minħabba li din il-parti tal-iskola kienet ser tibda tiġi utilizzata mill-istudenti, saru diversi taħdidiet mal-Ministeru għall-Edukazzjoni biex jinstab post alternattiv però l-ebda post ma nstab li jista’ jakkomoda sala mdaqqsa fejn jintlagħab logħob ta’ ġewwa.
Eventwalment instab post adegwat fil-Każin tal-Banda ta’ Kerċem fejn hemm sala kbira li tista’ takkomoda logħob ta’ ġewwa. F’Settembru ta’ din is-sena ftit mill-ħaddiema ġew trasferiti għal din is-sala u ftit oħra fl-iskola Primarja ta’ Kerċem li tinsab faċċata ta’ dan il-każin. Il-kirja hija ta’ €8,000.00 fis-sena.
Ċentru tal-Università — Ix-Xewkija – xogħlijiet fuq l-estensjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ix-xogħol fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija Għawdex jidher li waqaf għalkollox u issa ilu wieqaf? Jista' jgħid din l-estensjoni meta hu maħsub li tkun lesta minn kollox u tibda tintuża?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dewmien ġie kkawżat minħabba li l-proċess tal-evalwazzjoni għall-offerti tat-tender maħruġ mill-Università ta’ Malta biex jitlestew ix-xogħlijiet kellu jerġa jibda mill-ġdid peress li l-ebda offerta ma kienet compliant.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jitlesta x-xogħol fuq il-Gozo Museum fir-Rabat, Għawdex? Jista' jgħid għaliex ix-xogħol jidher li miexi bil-mod? Jista' jgħid ukoll sa issa kemm intużaw fondi tal-Unjoni Ewropea li kienu allokati fuq dan l-istess proġett?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Il-Mużew jinstab biswit sala tal-eżamijiet u tliet skejjel, għalhekk il-pass tax-xogħlijiet dejjem ikun skont l-esiġenzi tal-istudenti u b’kollaborazzjoni mal-Kulleġġ ta’ Għawdex u d-Direttorat tal-Eżamijiet.
Minn barra hekk, ix-xogħlijiet isiru taħt superviżjoni kontinwa tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. Dan għaliex waqt ix-xogħlijiet ta’ skavar instabet żona arkeoloġika ta’ madwar 960 metru kwadru tal-perjodu Ruman, li qatt ma nstabet bħalha f’pajjiżna. B’hekk din is-sejba unika ġiet protetta u integrata fil-Mużew ta’ Għawdex. Sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni ta’ din iż-żona, ix-xogħlijiet dejjem saru b’kawtela.
Rigward il-fondi tal-Unjoni Ewropea diġà ngħatat risposta fit-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 17678.
Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat kif hawn anness:
Entità
Sena
Lil min
Valur tal-Kuntratt
Ammont eskl. VAT
MCESD
2018
E-Cubed Consultants
€60,241.06
MCESD
2019
E-Cubed Consultants
€42,559.66
MCESD (National Productivity Board)
2019
Ernst&Young
€18,644.00
MCESD (NPB)
2020
Dr Philip Von Brockdorff
€13,559.32
MCESD (NPB)
2020
Dr Ian P. Cassar
€13,559.32
MCESD (NPB)
2020
Dr Stephanie Fabri
€13,559.32
MCESD
2021
Kirsten Cutajar Miller
€10,410.00
MCESD (NPB)
2021
Seed Business advisory Ltd
€68,000.00
MCESD (NPB)
2022
Prof Philip Von Brockdorff, Dr Ian P Cassar u Dr Jonathan Spiteri
€45,360.00
Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma ngħatat l-ebda konsulenza mis-Segretarjat Parlamentari kif indikat mill-Onor. Interpellanta.
Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretatrju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill Onorevoli Interpellant li skond l-informazzjioni provduta lili mis-Segretarju Parlamentari ma hemmx advisors fl-entitajiet li jaqgħaw taħtu
Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Advisors fuq kuntratti/direct orders
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza, iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?
Response (CAMILLERI, BYRON)
B’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari PQ 2610, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat illi l-informazzjoni mitluba qiegħda tiġi mwieġba hawn taħt.
Advisors fuq Kuntratti/Direct Orders mill-2018 - 2022
Sena
Advisors fuq Kuntratti/Direct Orders
Valur € (Inc. VAT)
Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence
January 2019 - December 2019
Advisor
€9,520.00
January 2020 - June 2020
Advisor
€4,550.00
TOTAL
€14,070
August 2019 - August 2020
Advisor
€30,680.00
August 2020 - February 2021
Advisor
€11,564.00
February 2021 - August 2021
Advisor
€11,564.00
TOTAL
€53,808
November 2020 - May 2021
Advisor
€4,550.00
May 2021 - July 2021
Advisor
€2,100.00
TOTAL
€6,650
March 2021 - August 2021
Advisor
€5,664.00
September 2021 - February 2022
Advisor
€5,664.00
TOTAL
€11,328
Human Rights Directorate
2018
Nil
2019
Advisor
€58,240
Advisor
€36,400
Total
€94,640
2020
Advisor
€58,240
Advisor
€42,000
Advisor
€10,000
Advisor
€8,500
Advisor
€13,650
Advisor
€21,000
Advisor
€9,360
Total
€162,750
2021
Advisor
€58,240
Advisor
€42,000
Advisor
€10,000
Advisor
€13,333
Total
€123,573
2022
Advisor
€20,000
Advisor
€31,500
Total
€51,500
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rikorsi (kawżi) kostituzzjonali kontra l-Korp għall-Analisi ta’ Informazzjoni Finanzjarja (FIAU) sena b’sena mill-2017 s’issa,? Jista’ f’kull każ jagħti l-okkju tal-każ u fejn il-każ ġie deċiż, meta ġie deċiż?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Infakkar lill-Onor. Interpellent li l-liġijiet ta’ regolametazzjoni komplew jissaħħu fl-aħħar snin, ikluż bit-traspożizzjoni ta’ direttivi tal-Unjoni Ewropea u pariri li ngħataw minn entitajiet oħrajn internazzjonali, li jimponu multi eħrex għal reati serji, ripetuti jew sistematiċi.
Jista’ l-Ministru jpoġġi kopja tal-beach concession mil-Lands biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Għadira fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorita tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Madankollu l-Onorevoli Interpellant se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.