Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għawdex — Malta FA – Regional hub

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta hu ppjanat li jiġi inawgurat it-tielet Regional Hub ġewwa Għawdex, bħala parti mill-Pjan Strateġiku - 'Goal 3' tal-Malta FA?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Malta FA mhix parti mill-Ministeru iżda hi Assoċjazzjoni awtonoma.

Djar Residenzjali Privati — Suġġerimenti/Ilmenti mir-Residenti Anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jindika dawk id-Djar Residenzjali privati li għandhom sistema fejn ir-residenti tagħhom ikunu jistgħu jressqu l-ilmenti jew suġġerimenti tagħhom?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li kull dar residenzjali privata għandha sistema fejn ir-residenti tagħhom ikunu jistgħu jressqu l-ilmenti jew suġġerimenti. Is-Social Care Standards Authority tagħmel spezzjonijiet regolari. Madankollu, ir-residenti u/jew il-qraba dejjem jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ din l-Awtorità fuq in-numru 25494345 jew permezz b’imejl feedback.scsa@gov.mt jekk l-ilment ma jissolviex fi żmien raġjonevoli.

Kaptana minn pajjiżi terzi – imbarkar biex jaħdmu fuq bastimenti tas-sajd

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2713 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u jgħid xi kwalifiċi għandhom il-kaptana minn pajjiżi terzi li jiġu imbarkati biex jaħdmu fuq bastimenti tas-sajd, sabiex ikunu jistgħu jbaħħru f’ibħra internazzjonali? Kemm ingħataw permessi mill-bidu ta’ din is-sena, xahar b’xahar? Mil-liema pajjiżi ġejjin dawn il-persuni?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2714.

Bord tas-Sajd

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2711 u jgħid minn min huwa kompost il-Bord tas-Sajd u jagħti d-dettalji relattivi għal kull membru li ġie maħtur?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Bord tas-sajd huwa kompost minn dawn il-membri: Mr Jesmark Scicluna Mr Jean Paul Cesare Ms Maria Bugeja Mr Gilbert Balzan Mr Joseph Carabott D'Amato Mr Ernest Galea Mr Alex Camilleri Mr Giuseppe Demicoli Mr Paul Piscopo Mr Alexander Morino Mr Antoine Abela Mr Timothy Mangion Mr Darrin Stevens Col. James Grech

Sajjieda Maltin — allokazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2708 u ċjoè: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1180, jista’ l-Ministru jagħti l-ħinijiet li ħarġu l-bastimenti tas-sajjieda u xħin daħlu u kemm għamlu ħin fuq il-baħar biex inqabad dan il-ħut? F’kemm żmien u ħin inqabdet il-bycatch kollha u x’temp kien dakinhar li nqabdet? Jista’ jagħti wkoll iż-żona permezz tal-GPRS jew il-VMS, li l-bastimenti huma obbligati li jkollhom u li jkunu mixgħulin, speċifikament għas-sajd tat-tonn?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħinijiet li ħareġ u daħal kull bastiment imsemmi huma kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra mmarkata bħala “Anness A”. Bħala ħin fuq il-baħar, is-sajjieda li ħattew it-tonn (Bluefin Tuna) bħala qabda inċidentali, ħadu bejn 4 sigħat u 33 minuta u 131 siegħa u 50 minuta. Il-bycatch setgħat tibda tiddaħħal fl-20 ta’ Mejju 2022 u nqabdet kollha sal-21 ta’ Mejju 2022. It-temp f’dawn il-ġranet kien bnazzi b’riħ forza 2 għal 3. Ta’ min jgħid ukoll li minn dawn il-bastimenti msemmija hemm wieħed li huwa obbligat bil-liġi biex jiġi trekkjat, peress li dan li il-bastiment huwa 'l fuq minn 12-il metru. Il-bqija tal-bastimenti tas-sajd imsemmija mhumiex obbligati bil-liġi li jkollhom VMS/GPRS jitrasmetti jekk m’għandhomx l-Awtorizzazzjoni tat-Tonn. Infakkar lill-Onor. Interpellant li din il-mistoqsija hija fuq bastimenti bl-awtorizzajjoni tal-pixxispad fejn it-tonn inqabad bħala by-catch.

Sptar Mater Dei – apparat fis-sleep lab

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma jekk l-apparat li hemm fl-isleep lab ġewwa l-Isptar Mater Dei hux qed jiffunzjona?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sleep lab jipprovdi servizzi ta’ Ambulatory Polygraphy, Ambulatory Oximetry, C/APAP u Bi-level therapy start-ups u follow-up therapy compliance . Bħalissa hemm xogħol għaddej biex jiġi ppublikat tender bi specifications sabiex jinxtara apparat addizzjonali.

Għawdex – Integrated project iffinanzjat mill-ERDF

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma liema integrated project f’Għawdex se jiġi ffinanzjat mill-European Regional Development Fund (ERDF)?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Operational Programme I - li jiffoka wkoll fuq il-European Regional Development Fund - għadu kif ġie approvat mill-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, peress illi sakemm ġiet preparata t-tweġiba li d-dokument għadu ma ġiex ippubblikat u s-sejħiet mill-Awtorità ta’ Ġestjoni għadhom ma ħarġux, l-ebda proġett ma jista’ jiġi kkonfermat għal finanzjament taħt dan il-programm f’dan l-istadju.

Lezzjonijiet tal-PE minn Kinder sal-year 6

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' lezzjonijiet tal-PE li għandhom l-istudenti mil-livell ta' Kinder sas-6 sena kull ġimgħa għal din is-sena skolastika? Din l-informazzjoni jista' jagħtiha skont l-Iskejjel tal-Knisja u tal-Istat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 14 PQ #1082 Sitting 36 2022-10-24 Oral · Final From: IVAN CASTILLO (Partit Nazzjonalista)

Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar – stallazzjoni ta’ sinjal “no dogs allowed” fix-Xemxija

Question

Jista' l-Ministru jikkwota liema liġi jew byelaw ippermetta lill-Kunsill lokali ta' San Pawl il-Baħar jinstalla sinjal “no dogs allowed” fix-Xemxija fi spazju miftuħ faċċata tal-baħar fit-Triq Xemxija Hill (eżatt qabel ir-restaurant Beacheaven; ritratti mehmuża)? Jista' l-Ministru, li għandu l-awtorità li jiżgura li d-drittijiet tal-annimali u tas-sidien tagħhom ikunu mħarsa, jgħid jekk din it-tabella hijiex diskriminatorja kontra l-annimali u sidien tagħhom la huwa post pubbliku?

Response

Ninsab infurmat li t-tabella 'no dogs allowed' il-Kunsill mhux infurmat dwarha. Peress li tali tabella mhix waħda regolata bir-regolamenti tas-sinjali ta’ Transport Malta, il-Kunsill ser jiġi direzzjonat sabiex it-tabella tinqala’. Fil-fehema tiegħi bħala Ministru responsabbli mid-drittijiet tal-annimali, inħoss li m’għandux ikun hemm restrizzjonijiet oltre minn dawk li jirrigwardaw is-saħħa pubblika.

Ministeru għall-Ġustizzja — konsulenzi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlametari 342 u jagħti rendikont tal-ammont ta’ konsulenzi li tħallsu mill-Ministeru bejn l-2017 u l-2022? Lil min ingħataw u f’liema ammonti ngħataw? Jista’ jgħid min huma l-konsulenti u b’liema proċess ġew maħtura konsulenti? Jista’ jgħid ukoll x’tip ta’ servizz taw u x’tip ta’ kuntratti kienu?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Chairpersons ta' Bordijiet - Spiża fuq Safar, mobiles u fuel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 350 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 14 PQ #1182 Sitting 36 2022-10-24 Oral · Final From: IVAN CASTILLO (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — Chairpersons ta' Bordijiet - Spiża fuq Safar, mobiles u fuel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 353 u jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ċ-Chairpersons tal-Bordijiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li tiegħu jien resposabbli, mhumiex intitolati u għaldaqstant ma jsiru l-ebda spejjeż ta’ safar, mowbajls u fjuwil.

Ministeru għas-Saħħa — Chairpersons ta' Bordijiet - Spiża fuq Safar, Mobiles u Fuel

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 349, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka l-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet kollha relatati mal-Ministeru għas-Saħħa u li jaqgħu taħtu mill-2017 sal-jum li fih tiġi mwieġba din l-interpellanza?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-ispejjeż tas-safar, mowbajls u fjuwil, miċ-Chairpersons tal-Bordijiet kollha relatati mal-Ministeru għas-Saħħa.

Aġenzija ġdida li tinvestiga l-ajru, il-baħar u l-inċidenti tat-toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-aġenzija l-ġdida mwiegħda li tinvestiga l-ajru, il-baħar u l-inċidenti tat-toroq ġietx komposta minn unità TSIA mwiegħda fl-2020? Jekk le, jista' jispjega għaliex? Meta se tkun komposta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-entità l-ġdida li tinvestiga inċidenti u aċċidenti tal-ajru, baħar u toroq, qiegħda fil-proċess li tiġi mwaqqfa. L-entità l-ġdida hija mistennija li taħdem separatament, imma fil-qrib mal-Pulizija, u mal-ġudikatura fejn u meta tinfetaħ inkjesta maġisterjali. Allura, dan irrikjeda proċess tekniku u delikat biex jiġi aċċertat li l-ebda investigazzjoni ma xxekkell u/jew tikkomprometti lil oħra. Il-proċess kien jinkludi wkoll l-abbozzar ta’ liġijiet ġodda imma wkoll abbozzar t’emendi f’numru ta’ liġijiet eżistenti, wara sensiela ta’ laqgħat li saru, u għadhom qed isiru mal-awtoritajiet ikkonċernati. Il-pjan huwa li l-entità l-ġdida titwaqqaf sa November 2023.
Leg 14 PQ #1794 Sitting 36 2022-10-24 Oral · Final From: IVAN BARTOLO (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uniċi persuni, kif indikat, fl-entitajiet jew awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi jinsabu fl-Università ta Malta. Waqt li l-informazzjoni kollha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, infakkar li r-Rettur attwali, il-Professur Alfred J. Vella, inħatar f’din il-kariga fl-2016.
Leg 14 PQ #1795 Sitting 36 2022-10-24 Oral · Final From: IVAN BARTOLO (Partit Nazzjonalista)

Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?

Response

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba hija fin-negattiv.

Ministeru għall-Ġustizzja – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-entitajiet li jagħmlu parti mid-dekasteru tiegħi m’hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità.

Ministeru għall-Anzjanità Attiva – persuni impjegati relatati mas-CEO jew Chairperson ta’ xi Awtorità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fl-entitajiet u fl-awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu hemmx persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità? X’inhu l-job designation tagħhom? Jekk it-tweġiba hi fil-pożittiv, jista’ l-Ministru jgħid kif dawn l-istess persuni ġew impjegati ma’ dik l-entità/awtorità?

Response (ETIENNE ABELA, JO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ebda entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi m’hemm persuni impjegati li huma relatati b’affinità, jew konsangwinament mas-CEO jew Chairperson tal-istess entità/awtorità.

Enemalta — Executive Director tal-Finanzi

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt tal-impjieg tal-Executive Director tal-Finanzi tal-Enemalta? Peress li l-aħħar audited accounts li ġew ippubblikati juru li l-Enemalta tilfet għexieren ta’ miljuni f’sena waħda biss, tista’ l-Ministru tikkonferma jekk din il-persuna responsabbli mill-finanzi, ingħatax żidiet kemm ilha tokkupa din il-kariga u kemm kienu?

Response (DALLI, MIRIAM)

L-audited accounts li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant jindikaw biċ-ċar li t-telf soffert mill-EneMalta kien riżultat ta’ diversi fatturi internazzjonali, it-tnaqqis fid-dħul li kkawżat il-pandemija u l-ispejjeż relatati mal-inċident tal-interconnector. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt mitlub. Il-kundizzjonijiet applikabbli huma dawk stabbiliti għal pożizzjonijiet simili fil-livell maniġerjali u kwalunkwe żieda titħallas skont il-provvedimenti tal-istess kuntratt.