B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2915, tista’ l-Ministru tgħid f’liema perjodu/perjodi kienet tiffunzjona n-Noise Control Commission? Tista’ tgħid jekk kinux ingħataw pariri lill-Ministru kkonċernat dwar storbju ġġenerat minn stabbilimenti kummerċjali inkluż bars, ristoranti, hotels, postijiet ta’ divertiment eċċ? Jekk iva, x’kienu l-pariri li ngħataw?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li n-Noise Control Commission kienet topera sa mhux aktar tard mill-2019 u kwalunkwe pariri tathom f’leġiżlatura differenti. Fir-rigward tal-istorbju li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta, dan huwa kopert b’qafas legali li dwaru tista’ tressaq il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
San Pawl il-Baħar – Triq Parades – bozoz maqtugħin
Question
Jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex numru ta’ bozoz fi Triq Parades, San Pawl il-Baħar, li sa meta qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari jinsabu mitfijin, jerġgħu jibdew jixegħlu mill-aktar fis?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tlabt l-feedback tal-Kunsilli Lokali rispettiv.
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’fondi għandha l-LESA miġbura u maħsuba biex jintużaw għal inizjattivi ta’ sigurtà fil-lokalitajiet? Għal liema inizjattivi jistgħu jintużaw dawn il-fondi? Min hu intitolat li japplika għal dawn il-fondi? Kien hemm xi kunsilli lokali li applikaw? U jekk iva, kemm kien hemm kunsilli lokali li kellhom it-talba tagħhom aċċettata, kemm kunsilli kellhom it-talba li ma ġietx aċċettata u kemm-il kunsill lokali ma applikax? Liema kienu dawk il-kunsilli lokali li t-talba tagħhom ġiet aċċettata? Liema kienu dawk il-kunsilli lokali li t-talba tagħhom ma ġietx aċċettata? Liema kienu dawn il-kunsilli lokali li ma applikawx?
Response (CAMILLERI, BYRON)
L-Aġenzija LESA nehdiet skema ta’ fondi bit-titlu Proġetti fil-Komunità f’Jannar 2021, bil-kollaborazzjoni tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali (AKL), li tiggarantixxi tliet miljun ewro fuq tliet snin li hija maħsuba sabiex isiru proġetti fil-lokalitajiet.
Għal din l-iskema huma eliġibbli l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, il-Kunsilli Reġjonali u l-Kunsilli Lokali li ġew stabbiliti f’ħames kategoriji indikattivi, li huma:
1. Lokalitajiet iktar siguri
2. Ambjent aħjar fil-lokalitajiet
3. Transport Alternattiv u iktar nadif
4. Infrastruttura Moderna
5. Wirt Lokali
F’din l-iskema, Kunsill Lokali u Kunsill Reġjonali jista’ jirbaħ proġett darba fi tliet snin.
Matul l-ewwel sejħa applikaw 45 Kunsill u l-AKL. Minn dawn, 2 applikazzjonijiet waslu wara d-data tal-għeluq u għalhekk ma ġewx ikkunsidrati, u ntgħażlu 21 proġett.
Matul it-tieni sejħa applikaw 30 Kunsill u l-AKL. Minn dawn, 2 applikazzjonijiet waslu wara d-data tal-għeluq u għalhekk ma ġewx ikkunsidrati, u ntgħażlu 21 proġett.
Fil-preżent hemm miftuħa t-tielet sejħa għall-proġetti.
Billi fi Triq l-Imħar, San Pawl il-Baħar sa meta qiegħda ssir din il-mistoqsija parlamentari kien hemm ħofra kbira li mtliet temporanjament bi żrar, eċċ u li teħtieġ attenzjoni sabiex isir ix-xogħol meħtieġ b’mod permanenti, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex ix-xogħol meħtieġ isir mill-aktar fis?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tlabt l-feedback tal-Kunsilli Lokali rispettiv.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx mekkaniżmu stabbilit mill-MATSEC, li permezz tiegħu t-30% mill-marka totali għall-eżamijiet tal-O’Level, li jinkisbu matul l-aħħar tliet snin tas-sekondarja u li se jibdew japplikaw mis-sena skolastika li jmiss (2023-2024), sabiex il-marki jkunu standardizzati bejn l-Iskejjel tal-Istat, tal-Knisja u tal-Privat? Jekk hemm, min se jkun qiegħed jissorveljah?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Taħdidiet bejn il-Gvern u l-MUT – sapport għal għaliema li mhumiex NQTs u NRTs
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu t-taħdidiet bejn il-Gvern u l-MUT sabiex l-Uffiċjali Edukattivi jkunu jistgħu jagħmlu żjarat lill-għalliema li mhumiex NQTs jew NRTs biex jagħtuhom is-sapport?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħdidiet għadhom għaddejin.
Skema ta’ €500 għal kull wild li jkompli jistudja wara l-età obbligatorja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tibda l-iskema li fiha l-Gvern jagħti €500 għal tliet snin għal kull wild li jkompli jistudja wara l-età obbligatorja tal-edukazzjoni skont kif imwiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista qabel l-elezzjoni tal-2022?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu mandat ta’ ħames snin biex iwettaq il-manifest elettorali.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-water dispensers humiex jingħataw il-manutenzjoni meħtieġa u kull kemm qed isir dan? Jista’ jgħid jekk huwiex infurmat li hemm dispensers milli ġew installati fix-xhur li għaddew, u li mhumiex jaħdmu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kontra l-impressjoni li pprova jgħati b’mod irresponsabbli fl-aħħar jiem, dawn id-dispensers jiġu mantenuti b’mod regolari. Meta jidħol rapport dwar ħsara fil-water dispensers, dawn jiġu msewwija minnufih.
Studenti Barranin – assessjar tal-livell lingwistiku Malti u Ingliż
Question
Jista' l-Ministru jgħid b'liema kriterji qed ikunu assessjati studenti barranin sabiex ikun stabbilit il-livell lingwistiku fil-Malti u fl-Ingliż qabel jiddaħħlu fil-mainstream classes jew le? Dan it-tip ta' assessjar qiegħed isir online jew le?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa Ħaż-Żabbar fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħaż-Żabbar, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Francis X. Attard, Triq Ħadd in-Nies, Triq in-Naħla, Sqaq San Franġisk, Trejqet San Franġisk, Triq bla isem fi Triq San Ġużepp, Triq is-Serer, Triq in-Newl, Triq ir-Rand, Triq il-Fikus, Triq il-Ġiżimina, Triq Salvu Darmanin, Triq ix-Xgħajra, Triq iċ-Ċimiterju, Triq Manuel E Attard Bezzina, Triq il-Madaffa, Triq il-Luq, Triq Żabrella, Triq il-Figel, Triq il-Qaqoċċ, Triq Renato Agius Muscat, Triq Corrado, Triq il-Baħrija, Triq id-Dliela, Triq il-Werżieq, Triq iz-Zarzarell u triq ġdida fiha, Triq Bieb is-Sultan, Triq ġdida fi Triq is-Saħħara, Triq Alessio Erardi, Triq Santa Klara, Triq il-Bajada, Triq in-Nissieġ, Triq is-Santwarju, Triq Spadaro, Triq Strickland, Trejqa San Ġorġ Preca, Triq il-Qalb Imqaddsa u Triq A Caligari.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi fil-bypass l-antika li tagħti għal Wied il-GħajnTriq il-Karmnu, Triq Santa Tereża, Triq San Felice, Triq il-Labour u Triq Gianni Bonavia.
Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa l-Kalkara fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Fil-lokalità tal-Kalkara, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq il-Kapuċċini, Triq Rinella, Trejqet Francesco Chircop, Triq il-Ġir u Triq is-Sienja.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq il-Progress u triq ġdida fi Triq il-Kapuċċini.
Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa l-Birgu fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Birgu, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq iċ-Ċentinarju tal-Parroċċa, parti minn Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur, Triq San Dwardu, Triq La Vallette, Pjazzetta San Filippu u Triq Patri Indri Vella.
Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet f’parti oħra ta’ Triq il-Palazz l-Antik tal-Gvernatur.
Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħa¿in. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa l-Isla fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Isla, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq il-Kunċizzjoni, Triq iż-Żewġ Mini, Triq Portu Salvu, Triq is-Sur u Triq San Ġiljan.
Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru f’Bormla fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Bormla, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Alessandra, Triq San Ġorġ, Triq il-Pellegrinaġġ, Triq l-Iljun, Triq l-Oratorju, Triq il-Polverista, Triq Santa Margerita, Triq il-Gendus, Triq ir-Regatta u Triq San Franġisk.
Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3058, jista’ l-Ministru jikkonferma jekk hemmx pjan li titranġa Triq il-Gidi, fix-Xewkija, Għawdex peress li tinstab fi stat ħażin ħafna u taqa’ taħt il-poteri tal-Ministeru għal Għawdex? Jekk hemm pjan, meta ser jibda?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tali triq qatt ma saret. Għaldaqstant, idealment, kif il-maġġor parti tal-bini u s-servizzi jkunu lesti l-Ministeru jidħol għal inkarigu biex issir il-kumplament tat-triq.
Awtorità tal-Ippjanar – reviżjoni parzjali ta' local plans
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2918 u jgħid kemm-il reviżjoni parzjali tal-local plans saret mill-Awtorità tal-Ippjanar (jew mill-MEPA), mill-2013 sal-lum? Min talab għal dawn ir-reviżjonijiet, ċjoè jekk, f'kull każ, kinux individwi jew kumpaniji privati, jew inkella xi entità tal-Gvern eċċ. li talbu għal dawn ir-reviżjonijiet? Fejn jinsabu l-postijiet li saru r-reviżjonijiet fuqhom? X'kienu r-reviżjonijiet li fil-fatt seħħew? Kemm hemm talbiet għal reviżjoni li għadhom pendenti, u għal liema lokalitajiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba ħa tingħata f’seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il applikazzjonijiet għall-bozoz ġodda daħlu għand l-Enemalta matul din is-sena għal kull lokalità tas-7 u tat-12-il distrett, separatament għal kull lokalità? Kemm minn dawn it-talbiet ġew approvati, u kemm le? Fejn ma ġewx approvati x'kienet ir-raġuni għal dan?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li fil-lokalitajiet li qed tirreferi għalihom, matul din is-sena daħlu 117-il applikazzjoni għad-dwal fit-toroq. 109 applikazzjoni ġew approvati u 8 għadhom qed jinħadmu. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba, maqsuma skont il-lokalità.
Bormla – HE ta’ Verdala u St. Nicholas Married Quarters — “Skema Sir Sid Darek”
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk residenti li joqogħdu fil-HE ta’ Verdala kif ukoll fis-St. Nicholas Married Quarters Bormla jistgħux jixtru u jsiru sidien ta’ djarhom?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proprjetajiet imsemmija hawn fuq mhux qed jiġu offruti għal bejgħ permezz tal-iskema Sir Sid Darek minħabba li huma meqjusin bħala ‘National Heritage’.
Għawdex – Rabat – proġett ta’ Ċentru tas-Saħħa ġdid
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid fiex wasal il-proġett tal-Health Centre ġdid fir-Rabat, Għawdex? Meta hu ppjanat li jinfetaħ uffiċjalment għall-pubbliku?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi wara li l-kuntrattur li kien qed jagħmel ix-xogħol ta’ ġewwa daċ-Ċentru msemmi minnu, waqa' ħafna lura fix-xogħol, il-kuntratt tiegħu ġie terminat u ġie mwaħħal il-penali. Issa ġie ingaġġat kuntrattur ġdid. Ix-xogħol kollu fuq din il-binja huwa ppjanat li jkun lest fis-sajf li ġej.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-istudji li qegħdin isiru humiex rigward estensjoni ta' sular ieħor fuq il-binja fejn illum hemm Transport Malta u d-Dwana ġewwa x-Xatt, jew minflok il-latrina li hemm biswit din il-binja? Jista’ l-Ministru jikkonferma li l-ħsieb ta' binja ġol-parkeġġ li hemm fil-Marina falla? Jista' jgħid kemm jaħseb li ser idumu dawn l-istudji biex dawn is-suldati ma jibqghux allokati f'binja taħt l-art?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-istudji qed isiru fir-rigward tal-estensjoni ta’ sular fuq il-binja ta’ Transport Malta u d-Dwana ġewwa x-xatt. Dan jikkonferma l-impenn tal-Gvern li kontinwament itejjeb il-ħajja tas-suldati, u dan wara li tejjeb bil-kbir il-kundizzjonijiet tagħhom wara li ħaddiehor ħallihom friżati għal ħafna snin.