Legislature:
Category:
Reset
Active:

Reklamar tal-prodott lokali

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 819, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-budget għat-tieni nofs ta’ din is-sena f’dak li għandu x’jaqsam ma’ reklamar tal-prodott lokali?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Bastimenti tas-sajd irreġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ bastimenti tas-sajd irreġistrati f’Malta u f’Għawdex separatament sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ bastimenti tas-sajd f’Malta u f’Għawdex li huma reġistrati mad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura, sal-lum huwa kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. Kategorija tal-Bastimenti Numru ta’ Bastimenti rregistrati f’Malta Numru ta’ Bastimenti rregistrati f’Għawdex Total fil-Kategorija MFA 329 64 393 MFB 334 85 419 MFC 1596 330 1926 Total ta’ Bastimenti tas-Sajd 2259 479 2738

Donaturi tal-organi – kunsens tan-next of kin

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk jintalabx il-kunsens tan-next of kin allavolja l-persuna tkun reġistrata bħala donatur tal-organi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kull persuna li tkun għalqet is-sittax-il sena, tista’ tirreġistra biex tagħti l-organi tagħha. Jekk tkun irreġistrata bħala donatur ix-xewqa tal-individwu tiġi rrispettata wara mewtu, waqt li l-qraba tal-persuna deċeduta jiġu infurmati biss. Wara l-mewt ta’ minuri, li fiż-żmien tal-mewt ikun għadu taħt is-sittax-il sena, il-ġenituri jew kustodji legali għandhom jiġu kkonsultati fir-rigward li ssir donazzjoni ta’ organu, tessut jew ċellola. F’każ illi persuna ma tkunx irreġistrata wara mewtha, il-kliniċi jistgħu jitolbu l-kunsens tal-qraba għal donazzjoni ta’ organi.

American University of Malta – Audit Report

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2680, jista’ l-Ministru jippubblika l-audit report li fih jinkludi l-proċess ta’ evalwazzjoni li sar lill-American University of Malta (AUM) sabiex kellha l-liċenzja mġedda għal ħames snin oħra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab pubblika fil-website tal-MFHEA.

Blockchain

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Gvern addottax jew qiegħed fil-proċess li jaddotta t-teknoloġija tal-blockchain bħala parti integrali mis-sistemi tal-entitajiet u awtoritajiet tal-Gvern? Jekk iva, jista’ jispjega kif l-entitajiet u awtoritajiet governattivi jutilizzaw it-teknoloġija tal-blockchain?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-teknoloġija tal-blockchain ġiet adottata fejn tali teknoloġija tista’ tkun ta’ valur miżjud fil-proċessi li joperaw l-entitajiet tal-Gvern. Dan ifisser li mhux kull entità tista’ jew għandha bżonn taddotta din it-teknoloġija bħala parti integrali tas-sistemi jew proċessi. Fil-preżent, it-teknoloġija tal-blockchain qed tintuża mill-Awtorità tad-Djar dwar kuntratti tal-kiri, liema soluzzjoni hija wkoll iċċertifikata mill-Awtorità għall-Innovazzjoni Diġitali ta’ Malta (MDIA). Il-blockchain qed tintuża wkoll minn entitajiet governattivi fil-kamp tal-edukazzjoni u oħrajn rigward ċertifikati blockcerts, fejn ’il fuq minn 55 entità tagħmel użu minnhom. L-MDIA qed tassisti diversi entitajiet governattivi oħrajn li xtaqu jimplimentaw it-teknoloġija tal-blockchain f’xi proċessi li ġew identifikati bħala validi għal din it-teknoloġija, dawn jinkludu, informazzjoni fuq prodotti tal-artiġjanat f’Ghawdex, permessi tal-ippjanar, reġistri pubbliċi, u l-proprjetà intellettwali. B’kollox il-Gvern għandu 58 soluzzjoni li jużaw din it-teknoloġija u 11 oħra jinsabu fil-proċess ta’ implimentazzjoni.

Ċimiterju tal-Annimali

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2479, jista’ l-Ministru jgħid f’liema sena tal-leġiżlatura huwa previst li jitlesta u jibda jopera ċ-Ċimiterju tal-Annimali? Peress li mill-informazzjoni li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 572 kien ippjanat li dan jitlesta sal-aħħar tas-sena 2022, jista’ jgħid jekk hemmx xi dewmien f’dan il-proġett? Jekk iva, jista’ jispjega r-raġuni għal dan id-dewmien?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.

Petting farm

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux maħsub li jsir titjib fil-Petting Farm f'Ta’ Qali li skont rapport fil-midja bħalissa jinsab fi stat diżastruż u li fuqu qamu kwestjonijiet ta’ periklu u nuqqas ta’ sigurtà għal dawk li jiffrekwentawh?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li assolutament mhux minnu dak li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellanta fil-mistoqsija tagħha. Tajjeb ngħid ukoll li Parks Malta tieħu ħsieb biex regolarment issir il-manutenzjoni meħtieġa ħalli dan il-post jattira dejjem aktar viżitaturi li jixtiequ jkunu qrib tal-annimali u n-natura. Bl-istess mod se nkomplu nipprovdu l-aħjar kura lil dawn l-annimali li hemm fil-Petting Farm.

Is-Siġġiewi – Misraħ il-Vittmi tal-Gwerra – qtugħ ta’ dawl

Question

Peress li kien hemm ilmenti rigward qtugħ ta' dawl f'xi toroq u żoni fis-Siġġiewi, partikolarment f'Misraħ il-Vittmi tal-Gwerra, tista’ l-Ministru tgħid x'qed isir dwar dan?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li min-nofs Awwissu ’l quddiem, fiż-żona tal-Misraħ il-Vittmi tal-Gwerra, kien hemm każ wieħed ta’ sospensjoni tal-provvista tal-elettriku fid-19 t’Awwissu u dan kien għal raġunijiet ta’ manutenzjoni. Rigward żoni u toroq l-oħra fis-Siġġiewi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant tajjeb li jingħataw dettalji speċifiċi biex tingħata risposta eżatta. B’mod ġenerali, meta s-sospensjonijiet ikunu ppjanati, il-kumpanija Enemalta toħroġ avviż minn jumejn qabel u l-klijenti li jirreġistraw għal dan is-servizz jirċievu notifika b’messaġġ personali.

Iż-Żebbiegħ — Triq Sir Temi Zammit - vetturi li jagħmlu u-turns wara l-bollards

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li jsir xi ħaġa biex jitwaqqaf l-abbuż li qed isir bħalissa fi Triq Sir Temi Zammit fl-Imġarr fejn hemm vetturi jagħmlu u-turn wara l-bollards biex jevitaw li jduru mar-roundabout taż-Żebbiegħ?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata seduta oħra.

Operazzjonijiet tal-Katarretti – waiting list

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1163 u 2798 u jgħid kemm hemm individwi fuq il-waiting list għall-operazzjoni tal-katarretti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi jitwettqu bħala medja, bejn 70 – 80 proċedura tal-katarretti kull ġimgħa. Individwi fuq il-waiting list għall-operazzjoni tal-katarretti iktar minn dak stipulat fil- Patients Charter hemm 193 persuna.

VisitMalta – ftehim ma’ Manchester United — rendikont

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2779 u jagħti rendikont totali u jgħid kemm jiswa l-ftehim li sar mal-Manchester United, tramite VisitMalta?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2779.

Baġit 2022 – miżuri mhux imwettqa

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma l-miżuri/punti li ma twettqux, mill-baġit ippreżentat is-sena li għaddiet?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont prattika li ġiet introdotta disa’ snin ilu, għadu kemm ġie ppubblikat ‘It-Twettiq tal-Baġit 2022’, li jikkonsisti f’rapport fejn jingħata kont dwar kull miżura li tkun tħabbret fil-baġit fis-sena preċedenti. Nistieden lill-Onor. Interpellant jirreferi għal dan ir-rapport fejn tinsab risposta ddettaljata għal din il-mistoqsija parlamentari.

Bdiewa reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2938 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa, full-time u part-time, tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Ħal Qormi – residenti reġistrati bħala bdiewa

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2939 u jgħid kemm kien hemm persuni reġistrati bħala bdiewa residenti Ħal Qormi full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Birkirkara – Triq in-Naxxar – tmiem tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid għal meta huwa skedat it-tmiem tax-xogħlijiet fi Triq in-Naxxar Birkirkara?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid din it-triq li hi twila madwar kilometru u għaldaqstant ix-xogħlijiet ġew ippjanati li jsiru f’erba’ fażijiet. Ix-xogħlijiet jinkludu tqegħid ta’ servizzi taħt l-art għall-ilma, drenaġġ, telekomunikazzjoni u dawl skont il-ħtieġa, kif ukoll qed jinbnew bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat qabel ma jissaħħu l-pedamenti u t-triq isirilha wiċċ ġdid b’diversi saffi t’asfalt. It-triq għandha titlesta fil-bidu ta’ Diċembru.

Ix-Xgħajra – Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa x-Xgħajra fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tax-Xgħajra, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Ħaż-Żabbar, Sqaq l-Arkati, Triq il-Fortizza tal-Grazzja, Triq l-Iskola, Triq l-Ispnott, Triq Lapsi, Triq it-Tumbrell, Triq il-Mulett u Triq San Leonardu. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Il-Fgura – toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa l-Fgura fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità tal-Fgura, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Buqexrem, Triq ġdida fi Triq l-Għarnuq, Sqaq Rjallu, Triq il-Merħba, Triq is-Sur, Triq l-Għarnuq, Triq San Xmun, Triq San Tumas, Triq San Pietru, Triq Liedna, Triq Żabbar, Triq Hompesch, Triq Anġlu u Marianna Camilleri, Triq l-Għollieq, Triq il-Falkunier u Triq Rgħajja. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Mater Boni Consili, Triq San Ġorġ Preca, Triq Pace u Grasso, Triq il-Kitba, Triq Giacomo Matteotti u Triq il-Velleran. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Raħal Ġdid — Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa Raħal Ġdid fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq Ġużeppi Agius, Triq iċ-Ċimterju, Triq il-Ġdida, Triq il-Prinċipessa Marija, Triq il-Qalb ta’ Ġesù, Triq il-Wied, Triq ix-Xewk, Triq Kordin, Triq M Moran, Triq Sammat u Triq Bormla. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet u Triq Karl Chircop. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Ħal Tarxien – Toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li ser isiru ġewwa Ħal Tarxien fl-aħħar tliet xhur ta’ din is-sena (2022) u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm ser idum sabiex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka liema toroq ser jingħata fihom wiċċ biss u liema ser issir rikostruzzjoni?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien, Infrastructure Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Gerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Birbixkilla, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard, Triq Xintill, Triq l-Isqajjaq, Triq it-Tabib Jimmy Farrugia u numru ta’ sqaqien, Triq Santu Wistin, Triq il-Lampuka, Triq it-Tarzna, Triq il-Knisja, Vjal Simmons, Triq Birżebbuġa u Triq Manuel Buhagiar. L-aġenzija fetħet ukoll parkeġġ pubbliku ġdid bi spazju għal 128 vettura biswit il-Kulleġġ San Tumas More Skola Medja, inqas minn 200 metru mill-Knisja Parrokkjali. Dawk li jgħixu f’dawn l-inħawi, jew li jżuruhom, jistgħu jipparkjaw fih u jimxu l-bqija tat-triq lejn il-qalba tal-lokalità u b’hekk ikunu qed inaqqsu l-karozzi fit-toroq dojoq tal-madwar. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq Sant' Antnin. Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsilli Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.