B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2435, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jispjega kemm-il pazjent ġie affettwat wara li ġiet konfermata li kien hemm nuqqas ta' provvisti għall-operazzjonijiet tal-katarretti bejn l-1 ta' Ġunju u l-aħħar ta' Settembru 2022? Kemm damu biex saritilhom din il-proċedura minn meta kellhom ippjanat u jekk sarux kollha?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bejn Jannar u Settembru 2022 saru 2,421 operazzjonijiet tal- katarretti. Madwar 70 kas mill-medja ta’ 300 li jsiru kull xahar, bejn Ġunju u Settembru kellhom jiġu posposti. Il pazjenti li kellhom l-operazzjoni posposta jirċievu appuntament ieħor mil-aktar fis.
Formolarju tal-mediċini – żieda ta’ mediċini li jintużaw fil-qasam tal-psikjatrija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2451, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid liema huma ż-żewġ mediċini li qal se jidħlu fil-formolarju għall-użu fil-qasam tal-psikjatrija u meta se jidħlu?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ż-żewġ mediċini li se jidħlu fil-formolarju għall-użu fil-qasam tal-psikjatrija huma Aripiprazole u Olanzapine.
National Mental Health Strategy 2020-2030 — proġett ta’ sptar ġdid
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2450, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippubblika l-pjan bid-dati għall-bidu u t-twettiq tal-proġett tal-isptar akut għas-saħħa mentali u jinkludi stima ta' nefqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-isptar akut għas-saħħa mentali se jikkonsisti fi 8 swali b’total ta’ 120 sodda. L-isptar se jinbena fuq medda ta’ 10,000 metru kwadru u se joffri spazji miftuħa u faċilitajiet ta’ parkeġġ. Infakkru wkoll illi kif diġà informajtu f’seduta oħra, f’Awwissu ta’ din is-sena ġie awarded il-kuntratt għat-tfassil tat-tender tal-isptar akut tal-psikjatrija. L-art fejn se jinbena dan l-isptar diġà għaddiet mil-Lands Department għad- Dipartiment tas-Saħħa.
Rabat – Triq tat-Tabija — traffic calming measures
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2209, jista’ l-Ministru jispjega meta se tittieħed azzjoni dwar is-sitwazzjoni fi Triq tat-Tabija, ir-Rabat Malta għaliex id-diskussjonijiet ilhom għaddejjin xhur u snin u għadha ma ttieħdet ebda azzjoni peress li din it-triq hija ta' periklu għal kull min jużaha u/jew jgħix fiha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Kodiċi tal-Etika għall-Ministri u l-Manwal tal-Proċeduri tal-Kabinett
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Kodiċi tal-Etika għall-Ministri u l-Manwal ta’ Proċeduri tal-Kabinett ippubblikati f’Awwissu 2014 inbidlux jew ġewx emendati? Jekk iva, jista’ jpoġġi kopja tal-aktar kodiċi u manwal reċenti fuq il-Mejda tal-Kamra?
Kodiċi tal-Etika għall-Ministri u l-Manwal tal-Proċeduri tal-Kabinett
Question
Jista' l-Prim Ministru jikkonferma li skont il-Manwal ta' Proċeduri tal-Kabinett, l-Uffiċċju tal-Prim Ministru għandu d-dritt li jappunta 8 konsulenti? Jekk jikkonferma dan, jista' jgħid kif l-Uffiċċju tal-Prim Ministru jimpjega 10 konsulenti?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lill-Onor . Interpellant li l-konsulenti li jagħmel referenza għalihom huma impjegati skont il-manwal relevanti. Nistiednu jara 7.7.4 u 7.6.1 tal-manwal li tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b’risposta għall-Mistoqsija Parlamentari nru 184.
Awtorità għall-użu responsabbli tal-Kannabis — indirizz
Question
Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn qed topera bħalissa l-Awtorità għall-użu responsabbli tal-Kannabis (ARUP) u jagħti l-indirizz? Jista’ jgħid jekk il-post inkeriex, minn meta u jekk inħarġitx sejħa għall-offerti? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Awtorità għall-użu responsabbli tal-Kannabis (ARUC) topera mill-Marsa u l-indrizz hu, 4th Floor, Onda Buildings, Triq Aldo Moro, Marsa. Peress li fl-istess binja kien hemm diġà sular li kien mikri lill-istess Ministeru li kienet taqa’ taħtu l-ARUC (bażikament il-Human Right Directorate), kien għaqli li jinkera sular ieħor peress li s-servizzi kollha tal-IT, apparti affarijiet oħra, kienu diġà lesti f’posthom. Kopja tal-kuntratt qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 372, jista' l-Prim Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li fid-dekasteru tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru hemm 45 ħaddiem li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 373, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fir-rigward tal-impjegati msemmija minnu, id-Dipartiment tas-Saħħa, permezz tac-CPSU (Central Procurement and Supplies Unit) jagħti kuntratti abbażi tas-sigħat ta’ xogħol mixtieqa u mhux ta’ ħaddiema individwali.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 374, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (BONNICI, OWEN)
B’referenza għad-domanda tal-Onor. Interpellant, infurmat li hemm tmien ħaddiema mqabbda ma' kuntrattur.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 375, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ għamel użu minn dawn is-servizzi ta’ hawn taħt. Ir-rata li l-Ministeru jħallas lill-kuntrattur hija skont dik kif inkluża fl-offerta tal-kuntrattur/i fis-sejħa tal-offerti.
Pożizzjoni
Numru ta’ Impjegati sa l-aħħar ta’ Settembru 2022
Ħlas kull siegħa li l-Ministeru iħallas lill-Kuntrattur
Ħlas minimu li il-Kuntrattur obligat jagħti lil Impjegat skont Ċirkulari tal-Kuntratti 21/2021
Gwardjan tas-Sigurtà
5
€9.99
€7.08
Assistent Skrivan
4
€8.63
€6.09
Skrivan
2
€9.99
€7.08
Skrivan Ogħla
3
€11.41
€8.11
Cleaners (Uffiċċji)
6
€ 7.37
€ 5.17
Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 376, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — ħaddiema mqabbda ma' kuntratturi
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 377, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema li qegħdin jagħtu servizz lill-Gvern u li huma impjegati mal-kuntrattur u mhux fir-rigward tal-ħaddiema kollha tal-kumpanija privata?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — Impjegat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu x-xogħol li beda jwettaq il-persuna, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, fil-Ministeru tiegħu, u li sa ftit jiem ilu kien Spettur fil-Korp tal-Pulizija?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija mhix impjegata fil-Ministeru kif indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex irriżenja f’daqqa waħda mill-Korp tal-Pulizija l-Ispettur, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, li kellu f’idejh l-Inkjesta Maġisterjali tal-VGH? Jista’ jgħid kemm-il sena kien baqagħlu għal 25 sena servizz?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-inkjesti maġisterjali jitmexxew mill-Maġistrat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx identifikati l-persuni li fil-lejl ta’ bejn il-25 u s-26 ta’ Ġunju, 2022 ikkommettew diversi reati f’Paceville quddiem l-istabbiliment, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, fosthom tentattiv ta’ ferita gravi, ksur ta’ bon ordni u theddid?
Ministeru għall-Ġustizzja — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1643 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (ATTARD, JONATHAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħtu ta’ spiss jagħmlu materjal informattiv fuq il-midja kemm bħala reklamar, kif ukoll bħala slots informattivi. Dan bil-għan li l-pubbliku jkunu mgħarraf bl-attivitajiet / inizjattivi li jittieħdu.
B’referenza għal dak li qed jistaqsi dwaru l-Onor. Interpellant, it-tagħrif għall-perjodu ta’ ħames snin kif indikat minnu hu kif ġej:
Data tal-ProgrammMin marĦlasLil min sar il-ħlas
3, 10, 17, 24 ta' Ġunju 2020Ministru Zammit Lewis€ 566.40 One Productions Ltd
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex l-inkonvenjent għall-pubbliku fit-traffiku li ġie maħluq reċentement fil-parti ta’ wara ta’ Triq San Pietru, il-Fgura minħabba x-xogħol f’Triq Mater Boni Consiglii jiġi mtaffi u korrett?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interprellant li l-involviment ta‘ Transport Malta kien biss biex jigwida lill-kunsill fl-użu ta' sinjali tat-traffiku wara konsultazzjonijiet li saru bejn l-istess entità u l-kunsill lokali.