Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Qormi – xogħlijiet ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ toroq li se jsiru f'Ħal Qormi sal-aħħar ta' din is-sena u tul is-sena 2023? F’liema xahar huwa pproġettat li jibdew? Kemm se jdum biex jitlesta kull proġett? Jista’ jelenka x'tip ta' xogħol se jsir f'kull triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-lokalità ta’ Ħal Qormi, Infrasrtucture Malta diġà bniet mill-ġdid u għamlet titjib fi Triq l-Għargħar 1979, Triq maġenb Triq il-Mitħna, Triq Dun G Cilia, Triq Ġorġ Zammit, Triq l-Imdina (lejn in-nofsinhar), Triq il-Poeżija, il-Bypass tal-Imrieħel u n-niżla li għall-mini ta’ Santa Venera, Triq it-Tapizzara, Triq Angelo Borg, Triq in-Naħal, Triq l-Isqof Depasquale, Triq Ġorġ Borg, toroq bla isem f’Tal-Ħlas, f’Tal-Ħandaq, fil-limiti Tal-Ħammieri u ħdejn Triq il-Belt Valletta,Triq Għarrqam u Triq il-Ħarrub. Bħalissa qegħdin isiru xogħlijiet fi Triq l-Imdina (lejn it-tramuntana). Infrastructure Malta ilha sa mit-twaqqif tagħha taħdem mal-Kunsilli Lokali kollha biex gradwalment tibni mill-ġdid it-toroq kollha li jinsabu fi stat ħażin. L-aġenzija għadha kemm varat proċess ta’ konsultazzjoni mal-Kunsill Lokali fejn talbithom biex sa Novembru li ġej jaġġornaw il-lista ta’ toroq, li huma ta’ prijorità għal-lokalità tagħhom, sabiex dawn ikunu jistgħu jsiru fis-snin li ġejjin skont skeda dettaljata li se tiġi diskussa u maqbula magħhom fiż-żmien li ġej.

Għawdex — MCAST - studenti

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3182, jista' l-Ministru jgħid x'kienu s-suġġetti mgħallma? Kemm kien hemm studenti jħallsu għall-kors? Kemm kienet l-età medja ta' dawn l-istudenti?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġetti mgħallma jinkludu ICT, Negozju u Kummerċ, Ħarsien u Kura Soċjali, Edukazzjoni Inklussiva (Baċċelerat) u dik bikrija (Higher Diploma), Inġinerija, Hairdressing, Health Sciences, Vocational and Employability Skills. Ninforma lill-Onor. Interpellat ukoll li d-day courses huma offruti bla ħlas u l-unika miżata li tista’ tkun applikata huma f’korsijiet li jkollhom xi forma ta’ eżami estern jew addizzjonali fejn l-istudent jagħżel b’mod volontarju. L-età medja hi dik ta’ bejn it-tmintax (18) u d-dsatax (19) -il sena.

Sptar tal-Onkoloġija — kimoterapija

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il tip ta' kimoterapija tingħata fl-Isptar tal-Onkoloġija ġewwa Malta? Minn dawn li semmejt, kemm minnhom jingħataw fl-Isptar ta' Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninformal lill-Onor. Interpellant illi f’Malta, fl-Isptar tal-Onkoloġija tingħata 22 tip ta’ kimoterapija. Waqt li fl-Isptar ta' Għawdex tingħata 13-il tip u 4 tipi oħra orali.

Trasferiment tar-reġistru minn SportMalta għall-AIMS

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess ta' trasferiment tar-reġistru minn SportMalta għall-AIMS? Kemm baqa' sabiex jiġi finalizzat u jaħdem dan ir-reġistru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed jiġu abbozzati l-avviżi legali relatati mal-introduzzjoni tar-reġistru kif mitlub mill-Att dwar il-Governanza Sportiva u L-Integrità fl-Isport.

Belt Valletta, Birkirkara, Marsaxlokk, Birżebbuġa u ż-Żurrieq – kopja tal-ftehim bejn il-Kunsilli Lokali u Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni

Question

Jista' l-Ministru jippreżenta kopja tal-ftehim li daħal fis-seħħ bejn id-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni u l-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Birkirkara, Marsaxlokk, Birżebbuġa, u ż-Żurrieq?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra id-dokumenti mitluba.

Direct orders lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il direct order u/jew sejħa pubblika ġew mogħtija/mirbuħa mis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jagħti dan ir-rendikont bl-ammont, deskrizzjoni tax-xogħol u maqsum sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Direct Orders lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jagħti rendikont ta' kemm-il direct order u/jew sejħa pubblika ġew mogħtija/mirbuħa mis-soċjetà li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u jagħti dan ir-rendikont bl-ammont, deskrizzjoni tax-xogħol u maqsum sena b'sena għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru u l-Entitajiet li jaqgħu taħtu ma taw ebda xogħol lis-soċjeta msemmija fil-mistoqsija.

Kumpaniji u persuni li rċevew l-aktar ammont ta’ ħlas minn fondi pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jagħti l-informazzjoni permezz ta' tabella ta' min kienu l-aktar għaxar persuni jew soċjetajiet li rċivew l-akbar ammont ta' ħlas minn fondi pubbliċi b'mod globali minn direct orders u dana billi jipprovdi lista ta' ismijiet u l-ammonti rispettivi li rċivew mill-1 ta' Jannar 2022 sal-lum?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Qorti tal-Ġustizzja – Messaġiera fir-reġistru, Deputati Reġistrar u Kaxxiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid rispettivament kemm kien hemm Messaġġiera fir-Reġistru, Deputati Reġistrar, u Kaxxiera fil-Qorti tal-Ġustizzja għal dawn l-aħħar ħames snin?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija m'għandhiex statistika ta’ kemm ħadmu messaġġiera, Deputati Reġistraturi u skrivana fir-Reġistru għal dawn l-aħħar ħames snin. Però qed nannetti tabella li turi kemm hemm impjegati fir-rwoli msemmija jaħdmu preżentement mar-Reġistru Ċivil u Kriminal fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex. Deputati Reġistraturi Skrivana Messaġġiera Ċivil 58 40 35 Kriminal 21 11 14 Għawdex 7 6 3 Amministrazzjoni 1 3 1 87 60 53

Skema ‘Irrinova Darek’ – applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw, lokalità lokalità, għall-iskema 'Irrinova Darek' minn meta nfetħet sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew approvati u kemm minnhom sar il-finanzjament?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-iskema ‘Irrinova Darek’ huwa ta’ 99, li minnhom 82 kellhom id-dokumentazzjoni rikjesta u kienu eliġibbli. Dawn huma maqsuma skont il-lokalitajiet imniżżla hawn taħt: Lokalità: Floriana Applikazzjonijiet: 4 Lokalità: Marsa Applikazzjonijiet: 2 Lokalità: Valletta Applikazzjonijiet: 35 Lokalità: Birgu Applikazzjonijiet: 8 Lokalità: Paola Applikazzjonijiet: 1 Lokalità: Kalkara Applikazzjonijiet: 9 Lokalità: Isla Applikazzjonijiet: 7 Lokalità: Bormla Applikazzjonijiet: 16 Mill-applikanti, ikkwalifikaw 82 applikant għall-ewwel parti tal-iskema, li tikkonsisti fi ħlas għall-‘Energy Audit’, rakkomandazzjonijiet għat-titjib ta’ l-Effiċenza tal-binja u ċ-ċertifikat ta’ ‘Energy Performance’ (EPC). L-evalwazzjoni tat-tieni fażi għaddejja bħalissa u abbażi tal-fondi allokati u titjib fl-effiċjenza tal-binjiet, ser jintgħażlu il proġetti li jikkwalifikaw.

Baġit 2023 – Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — infiq fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-baġit li ser jintefaq bejn is-17 ta' Ottubru, 2022 u l-31 ta' Diċembru, 2022 fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’kollox se jkunu qed jintefqu €8,420.14.

Baġit 2023 – Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet — infiq fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-baġit li ser jintefaq bejn is-17 ta' Ottubru, 2022 u l-31 ta' Diċembru, 2022 fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda kampanja bi ħlas għal reklamar u promozzjoni dwar il-budget.

Baġit 2023 – Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — infiq fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-baġit li ser jintefaq bejn is-17 ta' Ottubru, 2022 u l-31 ta' Diċembru, 2022 fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s'issa mill-Ministeru ntefqu €1,000 fuq reklamar dwar il-Baġit 2023.

Baġit 2023 – Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — infiq fuq reklamar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-baġit li ser jintefaq bejn is-17 ta' Ottubru, 2022 u l-31 ta' Diċembru, 2022 fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-ħin li qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari s-somma fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 hija ta’ 750 Euro.

Baġit 2023 – Uffiċċju tal-Prim Ministru — infiq fuq reklamar

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm huwa l-baġit li ser jintefaq bejn is-17 ta' Ottubru, 2022 u l-31 ta' Diċembru, 2022 fuq reklamar u promozzjoni dwar il-Baġit 2023 li jikkonċerna l-Ministeru tiegħu?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Attività quddiem il-Berġa ta’ Kastilja – rendikont tal-ispejjeż

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont totali tal-ispiża għall-attività li saret quddiem Kastilja wara d-Diskors tal-Baġit nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – investigazzjoni kriminali dwar artifatt storiku

Question

Kif talabni nagħmel il-Ministru nnifsu fil-ħin tal-Mistoqsijiet Supplimentari tas-seduta tat-Tnejn 24 ta' Ottubru 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux soġġett għal investigazzjoni kriminali, kif ġie rappurtat f'Mejju li għadda, u jekk irritornax l-artifatt storiku li kellu jsebbaħ il-ġardina tiegħu?

Response (REFALO, ANTON)

Ngharraf lill-Onor. Interpellant illi kif diġà ddikjarat kull informazzjoni, assistenza u kooperazzjoni ingħatat lill-entitatijiet responsabbli. Rigward kwalunkwe investigazzjoni ta' kwalunkwe xejra fuq is-suġġett ma għandi l-ebda informazzjoni x’nirrapporta.

Severe Disability Allowance

Question

Tista’ 1-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2438, li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilha, u tgħid jekk hux qed jiġi propost li jiġi emendat il-mod ta’ kif tingħata s-Severe Disability Allowance lil persuni li jbatu minn problema ta’ saħħa mentali?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Entonox gas

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2436, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Gas Entonox kienx out of stock fil-perjodu Jannar 2021 u Settembru 2022 u kemm dam out of stock?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Gas Entonox ma kienx out of stock fil- perjodu li semma hu.