Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Pawl il-Baħar – xogħol li se jitwettaq mill-Ministeru għat-Turiżmu

Question

Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema xogħol hu maħsub li jitwettaq mill-Ministeru għat-Turiżmu, jew minn xi awtorità/entità/dipartiment li taqa’ taħtu bħall-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) matul is-snin 2022 u 2023, fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qiegħda taħdem flimkien ma’ aġenziji oħra fuq dawn il-proġetti ġewwa San Pawl il-Baħar: · Il-proġett tal-Belveder fi Triq San Publiju · It-tibdil tad-deck tal-gallarija fi Triq San Franġisk · Tisbiħ fiż-żona ta’ Triq il-Luzzu · Tisbiħ fil-Pjazza prinċipali ta’ Buġibba. Barra minn hekk, fuq bażi regolari, il-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi twettaq tiswijiet u manutenzjoni f’diversi partijiet ta’ San Pawl il-Baħar fosthom fix-Xatt ta’ Buġibba fejn anke inbidel parti mir-railing li hemm fil-promenade. Dawn ix-xogħlijiet saru dejjem bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.

Heritage Malta – Xemxija heritage trail

Question

Jista’ l-Ministru jieħu passi biex ix-Xemxija Heritage Trail, fix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, tingħata l-attenzjoni neċessarja biex ma ssirx iktar ħsara fiha filwaqt li jsiru x-xogħlijiet neċessarji sabiex dan is-sit storiku jiġi miżmum fi stat tajjeb? Meta kienet l-aħħar darba li sar xogħol fuq dan is-sit u fiex kien jikkonsisti? Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-involviment ta’ Heritage Malta biex id-diversi aspetti li flimkien jiffurmaw it-trail, jiġu protetti?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellanta biex tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.

Mellieħa – partijiet li għadhom mingħajr sistema tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema partijiet mil-lokalità tal-Mellieħa għadhom mingħajr sistema tad-drenaġġ? F'kull każ, meta hu maħsub li din is-sistema titwassal fl-inħawi fejn sa issa għad ma hemmx tali sistema? Xi studji wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tipprepara għal din l-estensjoni fis-sistema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal liema parti qed tirreferi.

Għawdex – Sannat – Skola ta’ Special Unit – waiting list

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list ta’ studenti biex imorru l-Iskola tal-Ispecial Unit ġewwa Sannat, Għawdex?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda waiting list biex studenti eliġibbli jattendu l-Ispecial Unit ġewwa Sannat.

Is-Siġġiewi – restawr ta’ emerġenza fuq ħitan ta’ barra tal-Kappella Ta’ Ċwerra

Question

Jista' l-Ministru jagħti direzzjoni biex isir restawr ta' emerġenza fil-ħitan ta' barra tal-Kappella magħrufa bħala Ta' Ċwerra li tinsab fil-pjazza tas-Siġġiewi hekk kif jidhru ġebel li jistgħu jaqgħu taħt bankijiet fejn ikunu bilqiegħda n-nies?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza din il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Is-Siġġiewi – restawr ta’ emerġenza fuq ħitan ta’ barra tal-Kappella Ta’ Ċwerra

Question

Jista' l-Ministru jagħti direzzjoni biex isir restawr ta' emerġenza fil-ħitan ta' barra tal-Kappella magħrufa bħala Ta' Ċwerra li tinsab fil-pjazza tas-Siġġiewi hekk kif jidhru ġebel li jistgħu jaqgħu taħt bankijiet fejn ikunu bilqiegħda n-nies?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mid-Direttorat tar-Restawr li l-Kappella ta’ Ċwerra fis-Siġġiewi mhijiex proprjetà pubblika. Madankollu se tkun qed issir spezzjoni tal-allegata ħsara biex tkun tista’ tittieħed azzjoni li titqies meħtieġa fiċ-ċirkostanzi, skont il-qafas legali li jirregola sitwazzjonijiet simili.

Malta Business Register – post mikri

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fih metri kwadri l-post li ġie mikri lill-Malta Business Registry u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt relattiv ta' kera?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 23250 fis seduta tat-22.11.21.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2016

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Prim Ministru, tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari għas-sena 2016?

Response (ABELA, ROBERT)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għas-Saħħa – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2016

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 3317.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2016

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lil-Onor. Interpellant biex jirreferi ghall-Mistoqsija Parlamentari 3317 tal-istess Seduta.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2016

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 3317.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali – Dikjarazzjoni tal-Assi għas-sena 2016

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3317.

Fibromyalgia Clinic – servizzi offruti

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk l-użu prinċipali tal-Fibromyalgia Clinic huwiex biss il-kollezzjoni ta' data u l-użu ta' formoli li juru l-pain-scale? Jekk le, jista' jgħid x'inhuma s-servizzi offruti fil-Fibromyalgia Clinic?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-pazjenti fil-bidu jiġu eżaminati f’Mater Dei minn Rheumatologist li flimkien mat-tim multidixxiplinarju (Clinical Nurse Specialist, Physiotherapist, Occupational Therapist) jindirizza l-bżonnijiet tal-pazjent u jsir pjan ta’ ġestjoni. Meta l-kawża tal-pazjent tiġi kkontrollata​​ biżżejjed, jiġi mistieden biex jiġi rivedut fil-klinika tal-Fibromyalgia fiċ-ċentru tas-Saħħa tal-Furjana fejn hemm żewġ tobba speċjalizzati , li kienu preżenti minn meta fetħet il-klinika u li huma mħarrġa biex jimmaniġġaw il-Fibromyalgia. Dawn ikomplu jsegwu l-pazjenti għal 4 żjarat oħra. Il-pazjent jista' jiġi riferut lura lill-MDH Rheumatology jew lil kwalunkwe membru ieħor tat-tim multidixxiplinarju.

Fibromyalgia/Myalgic Encephalomyelitis — Diskussjoni parlamentari

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux qed tiġi kkunsidrata diskussjoni parlamentari fuq il-fatt li l-Fibromyalgia jew il-Myalgic Encephalomyelitis għandhom jiġu kkunsidrati bħala diżabilità? Jekk le, x'inhi r-raġuni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi x’jitla' fuq l-aġenda tal-Kumitat Permanenti Parlamentari tas-Saħħa huwa kompitu tal-istess Chairman tal-Kumitat.

Nuqqas ta’ ħlas ta’ Manteniment — Priġunerija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kull sena, bejn l-2010 u l-2022, missirijiet u ommijiet effettivament intbagħtu l-ħabs wara li nstabu ħatja ta’ ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(ll), dwar in-nuqqas ta’ aċċess ta’ wlied minuri? Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni skont it-tabella li qed tintbagħat separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Nuqqas ta’ ħlas ta’ manteniment – twissija, multi, ħabs sospiż

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kull sena, bejn l-2010 u l-2022, missirijiet u ommijiet effettivament instabu ħatja ta’ ksur tal-Kodiċi Kriminali (Kap. 9 tal-Liġijiet ta’ Malta) artikolu 338(z), dwar in-nuqqas ta’ ħlas tal-manteniment, u artikolu 338(ll), dwar in-nuqqas ta’ aċċess ta’ wlied minuri, u kemm weħlu twissijiet, multi jew ħabs sospiż? Jista’ l-Ministru jagħti din l-informazzjoni skont it-tabelli li qed jintbagħtu separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Ninsab infurmat li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

MTA – infiq fuq route development

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu vvotati flus u kemm intefqu mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) fuq Route Development għal kull sena bejn l-2015 u l-2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-Annual Reports and Financial Statements kif ukoll għall-Financial Estimates tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li diġà tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.

MTA – kumpaniji li bbenefikaw minn flus ivvotati għal route development

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kumpaniji li bbenefikaw minn flus ivvotati għal route development mill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta (MTA) għal kull sena bejn l-2015 u l-2022?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3336.