B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2201, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hux infermier biss se jkun preżenti meta ċ-Ċentri tas-Saħħa jiftħu l-Ħdud u
l-Festi?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirrerferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella hawn mehmuża li tindika s-servizzi mogħtija matul il-Ħdud u l-Festi fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Iċ-Ċentri tas-Saħħa li jiftħu 24 siegħa kuljum (24/7)
Professjonisti fil-Kura tas-Saħħa presenti matul il-ħin tal-ftuħ fil-Ħdud u l-Festi
-Floriana
-Mosta
-Raħal Ġdid
Victoria, Għawdex
Tobba u Infermiera
Mosta H/C
Radiographer
Iċ-Ċentri tas-Saħħa l-oħrajn
Professjonisti fil-Kura tas-Saħħa presenti matul il-ħin tal-ftuħ fil-Ħdud u l-Festi
-Gżira
Infermiera bejn 7am - 8pm.
Tobba bejn it-8.00am – 5.00pm
-Bormla
-Qormi
-Rabat
-Kirkop
Infermiera bejn 7am - 8pm.
- B`Kara
Bħalissa magħluqa peress li għaddej il-programm ta’ immodernizzar. Il- kumplament tas-servizzi qed jiġu offruti miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Floriana u tal-Gżira.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2205, jista' l-Ministru jispjega min ħallas għax-xogħlijiet li kellhom jerġgħu jsiru biex issewwiet Triq it-Tiġrija wara li ġie kkonfermat li x-xogħol ma sarx kif suppost? Jista’ jpoġġi dokumenti dwar dan fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhux il-każ li “x-xogħol ma sarx kif suppost”, imma l-ħsara f’parti żgħira minn din it-triq ġrat minħabba għargħar u l-ammont kbir ta’ ilma li ġie f’daqqa minn taħt il-wiċċ tat-triq, bil-konsegwenza li ġarr miegħu ħafna mill-materjal tal-bażi. Ġaladarba ma kienx każ li sar xogħol ħażin, it-tiswija saret minn Infrastructure Malta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2206, li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu, u jgħid għaliex it-taraġ fi Triq Doni, ir-Rabat ma sarlux railing biex ikun aċċessibbli? Jista’ jgħid jekk hux se jsir railing biex isir aċċessibbli?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari nru 3466 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk hemmx pjan li l-mediċina 'Xeralto' tingħata lil aktar pazjenti mill-ewwel 10,000 ruħ u kif se jseħħ dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 2698.
Ir-Rabat — Telgħa tas-Saqqajja – Xogħlijiet fit-taraġ
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2455, jista' l-Ministru jispjega jekk il-proġett tat-Taraġ tas-Saqqajja, fir-Rabat, Malta tlestiex u jekk le, meta se jitlesta u x'fadal isir?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-parti l-kbira tal-proġett huwa lest, jonqos li jitwaħħlu partijiet żgħar mill-poġġaman u xogħol ta’ tisbiħ li jinkludi t-tqegħid ta’ ħamrija u tħawwil t’arbuxelli. Il-proġett għandu jkun lest sa nofs dan ix-xahar.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-frekwenza tal-karozza tal-linja 186? Jista’ wkoll jispjega jekk isirx monitoraġġ li jkunu qed isiru t-traġitti kollha?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-frekwenza fuq ir-rotta 186 hija ta’ kull 30 minuta. Ninforma wkoll li se jsir monitoraġġ sabiex jiġi determinat li r-rotot isiru skont il-frekwenza stabbilita.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3301, jista’ l-Ministru jgħid meta qed jiġi ppjanat full-crew apparti fil-ġurnata tal-Ħadd wara nofsinhar biex ilaħħqu mal-Maltin li jkunu qattgħu l-weekend f’Għawdex? Il-projected capacity min jippjanaha u jekk qed tiġi ppjanata, għaliex operaturi turistiċi qed jilmentaw li qed jibqgħu l-art?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjanijiet isiru mill-management tal-Gozo Channel.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li ssemmew waqt il-Konferenza tal-Aħbarijiet meta tħabbar il-proġett kif mibdul tal-Imsida, speċifikament dak dwar l-għargħar li kkonferma li sar il-Kap Eżekuttiv? Jista’ jpoġġi wkoll studji oħra li saru wara li kien tħabbar il-proġett oriġinali u li fuqhom ġew ibbażati l-pjanti l-ġodda? Jista’ jagħti dettalji ta’ min għamel l-istudju tal-proġett tal-għargħar tal-Imsida u jpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari Nru 3324.
Dipartiment tal-Edukazzjoni – purtinara/cleaners ingaġġati
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il purtinar/a, cleaners u/jew persuni li jagħmlu l-istess xogħol huma impjegati mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u kemm huma impjegati tal-Kuntrattur/i imma li qed jaħdmu għad-Dipartiment tal-Edukazzjoni? Jista' jelenka l-ogħla rata fis-siegħa, lanqas rata fis-siegħa u r-rata medja fis-siegħa ta' dawk ingaġġati direttament mad-Dipartiment u dawk ingaġġati indirettament permezz ta' kuntrattur u li jagħmlu xogħol ta' purtinara/cleaners?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'seduta oħra.
Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa — CEOs
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 392, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari fl-intier tagħha u ċjoè jista' jagħti s-salarju li kull CEO rispettiv qed jitħallas u l-lista ta' benefiċċji allokati lil kull wieħed?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk art fiż-żona magħrufa bħala Borġ in-Nadur ġietx mixtrija minn Heritage Malta u jekk iva x'kien il-prezz imħallas? Jista’ jgħid jekk dan hux skont ir-rekwiżiti tal-procurement stipulati mil-liġi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li tali akkwist sar skont ir-regolamenti viġenti.
Mill-bqija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li kont tajt għal PQ 2360.
Bajja tal-Mistra – stallazzjoni ta’ traffic lights fid-dħul u l-ħruġ tal-bajja
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk humiex ser jiġu installati traffic lights biex jiffaċilitaw id-dħul u l-ħruġ fil-Bajja tal-Mistra? Jekk iva meta, u jekk le x’soluzzjonijiet għandu l-Ministru għal din is-sitwazzjoni perikoluża?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm il-ħsieb li jiġu installati traffic lights fil-post indikat u qed nikkomunikaw ma’ Infrastructure Malta biex tiġi stabbilita data għal din l-installazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se ssir azzjoni korrettiva fi Triq il-Wied ta’ Ruman fil-Mellieħa fejn it-tarmak niżel drastikament? Jista’ jikkonferma jekk dan jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew Transport Malta?
Response (FARRUGIA, AARON)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Tista’ l-Ministru tgħid meta se ssir azzjoni korrettiva fi Triq il-Wied ta’ Ruman fil-Mellieħa fejn it-tarmak niżel drastikament? Tista’ tikkonferma jekk dan jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jew Transport Malta?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li kwalunkwe ħsara li jista’ hemm ma ġietx ikkawżata minn entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża.
Kwalunkwe mistoqsija dwar azzjoni korrettiva potenzjali trid tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-counsellors mhumiex meqjusa bħala professjoni ta' mediku u jkunu eżenti għall-VAT bħalma huma l-Psikologi u l-psikoterapisti li qed jagħmlu l-istess xogħol? X'se jagħmel biex isolvi dan, issa li sar konxju minnu, speċjalment meta l-counsellors kienu parti mil-lista tal-Istrateġija tas-Saħħa Mentali għal Malta 2022?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz ta’ counselling mhuwiex awtomatikament meqjus li jkun eżenti mill-VAT, għaliex dan mhuwiex servizz li f’kull ċirkustanza jitqies bħala servizz mediku. Dan skont id-Direttiva Ewropea tal-VAT u l-każistika rilevanti tal-Qorti Ewropea. Madankollu, il-Gvern ser ikompli jistħarreġ din il-kwistjoni kif xieraq, fid-dawl tal-iżviluppi li qed iseħħu f’dan il-qasam, bħalma għamel b’servizzi relatati.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1641 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa għadu ma sar l-ebda ħlas.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 474 u jgħid: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 28027 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm każijiet fejn għalliema kkonsultaw ma’ ġenituri ta’ tfal li jaħsbu li għandhom bżonn l-għajnuna tat-tabib minħabba problemi ta’ saħħa mentali f’dawn l-aħħar sentejn u sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’dawn l-aħħar sentejn u sal-aħħar tas-sena skolastika 2021/22 kien hemm ħames mija u sebgħa u tmenin (587) każ fl-iskejjel Primarji u Sekondarji tal-Istat fejn għalliema kkonsultaw ma’ ġenituri ta’ tfal biex dawn ikellmu lit-tabib minħabba problemi ta’ saħħa mentali.
Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1639 u tgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa relatata mal-programm imsemmi kienet ta’ sitt elef u sitt mitt ewro (VAT eskluża). It-temi diskussi kienu relatati mal-qasam ambjentali.
Boroż tal-plastic griżi jew ħodor għall-ġbir tar-riċiklaġġ
Question
Tista’ l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 1125 u tgħid kemm-il tunnellata ta’ boroż tal-plastik griżi jew ħodor qed jintużaw għall-ġbir tar-riċiklaġġ fis-sena? X’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex jinċentiva l-użu aħjar tal-kaxxi tal-kartun vojta li jkollhom il-ħwienet bħala kontenituri ta’ skart ieħor fl-iskema tar-riċiklaġġ?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabilità tal-ġbir u trattament tal-materjal tal-boroż il-griżi u ħodor hija tas-settur privat li jagħmlu dan permezz tal-Producer Responsibility Schemes (PROs).
Rigward it-tieni mistoqsija, il-kartun huwa materjal riċiklabbli li ukoll jinġabar u jiġi rriċiklat għax jinġabar nadif. Jekk il-kartun jiġi użat għall-ġbir tal-materjal riċiklabbli ieħor, hemm ir-riskju li l-kartun jiġi kontaminat u għaldaqstant ma jibqax tajjeb għal-riċiklar u minflok jispiċċa ttrattat bħala skart imħallat.
Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1637 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħti ta’ spiss jagħmlu materjal informattiv fuq il-midja kemm bħala reklamar, kif ukoll bħala slots informattivi. Dan bil-għan li l-pubbliku jkunu mgħarraf bl-attivitajiet/inizjattivi li jittieħdu.
Infurmat li it-tagħrif mitlub għall-perjodu ta’ ħames snin hu ONE Productions (Espresso): €3256,80.