Legislature:
Category:
Reset
Active:

Għases – Uffiċjali fl-Għases

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32261, fejn il-Ministru wieġeb li hemm “881 Pulizija tad-Distrett imqassma f’Malta u f’Għawdex ikkumplimentati mill-ħidma ta’ 132 Community Police u 34 Police Patrol and Community Support Officers”, jista’ l-Ministru jgħid kemm ikun hemm uffiċjali f’kull shift, separatament għall-uffiċjali tal-uffiċċju, għall-Community Police u għall-uffiċjali fl-għases, maqsuma għassa għassa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nirreferi lill-Onov. Interpellant għat-tweġiba dettaljata tal-mistoqsija Parlamentari 32261 fejn gie provdut li l-Korp tal-Pulizija qatt ma’ kellu uffiċjali daqs kemm għandu llum u dan hu riżultat, fost oħrajn, tal-aqwa kundizzjonijiet li qatt kellhom. Għalhekk, mhux ta’ b’xejn li mhux talli iktar qed jagħżlu din il-karriera, mhux talli iżjed qegħdin jestendu servizz tagħhom, talli għandek ukoll uffiċjali li daħlu lura. Uffiċjali dedikati li ħidmithom qegħda tħalli l-frott biex pajjiżna llum mhux biss hu t-tnax l-aktar sigur fid-dinja imma għandu wkoll tnaqqas fir-rata ta kriminalità minn 46 għal 1000 persuna fis-sena 2004 għal 30 fis-sena 2024. Illum ukoll, l-uffiċjali tagħna jistgħu verament jiffukaw fuq il-core police duties, anke għaliex introduċejna taqsimiet speċjalizzati fil-Korp tal-Pulizija. Għandek iżjed uffiċjali jterqu fit-toroq bl-introduzzjoni tal-Community Police u Police Patrol and Community Support Officers, il-vjolenza domestika llum għandha żewġ hubs u se jkollha ieħor f’qasir żmien speċjalizzati mħaddma mill-Gender Based and Domestic Violence Unit li qatt qabel dan il-Gvern ma’ kellu l-pajjiż. Dan filwaqt li komplejna insaħħu taqsimiet oħra tal-Korp - tad-Distrett, Rapid Intervention Unit u diversi taqsimiet oħra li per eżempju jiffokaw fuq l-isfidi tal-lum fosthom il-kriminalita onlajn fost oħrajn. Dan apparti li llum il-Korp tal-Pulizija joffri remote services li ser inkomplu anke ninvestu fihom kif ħabbarna fil-Budget għas-sena d-dieħla. Dawn mhux riżultati b’kumbinazzjoni, huma riżultati ta’ Gvern li jemmen u jinvesti fil-Korpi Dixxiplinati anke fir-riżorsi li jużaw u huwa wkoll riżultat ta’ Korp tal-Pulizija li wettaq transformation strategy li issa qed tkompli tibni fuqha l-corporate strategy. Spiċċa ż-żmien li l-isfidi kienu jitpoġġew taħt it-tapit, fosthom li anqas jitħallsu tas-sigħat li jaħdmu l-uffiċjali, talli llum mhux biss qegħdin insaħħu l-Korp tal-ġurnata imma anke nassiguraw li naħsbu għall-futur. Xhieda ta’ dan huwa l-mod ġdid ta’ kif qiegħed isir ir-reklutaġġ - illum saħansitra għandna 51 rekluta li qegħdin jattendu Pre-Tertiary Certificate in Professional Policing Studies, l-Universita ta’ Malta. Ninsab infurmat ukoll li għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant, illum għandna 881 Pulizija tad-Distrett imqassma f’Malta u f’Għawdex ikkumplimentati mill-ħidma ta’ 132 Community Police u 34 Police Patrol and Community Support Officers. B’ħidmet dawn l-uffiċjali hija kkumplimentata minn mijiet ta’ uffiċjali oħra f’taqsimiet differenti fosthom ir-Rapid Intervention Unit, il-Gender Based and Domestic Violence Unit, taqsima tal-immigrazzjoni u dik kontra d-droga, u bosta taqsimiet speċjalizzati oħra li llum qegħdin joffru l-aqwa servizz lill-familji, bil-fiduċja fihom mill-pubbliku tiċċertifika dan. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Pulizija tad-Distrett għall-ewwel darba jista’ jiffoka fuq ix-xogħol speċifiku tiegħu, u dawk li nsejħulhom core police duties, għaliex bil-viżjoni, investiment u deċiżjonijiet li ħadna llum il-Korp tal-Pulizija għandu sezzjonijiet oħra li jagħmlu ħidma speċifika fosthom il-Community Police, il-Police Patrol and Community Support Officers u skwadri ohra bhal ma huma Roads Policing u Gender Based and Doemstic Violence Unit. Infurmat li s-shift tal-Pulizija tad-Distrett huwa day, night, rest, off. Il-ħinijiet tad-day huma mis-6:00am sas-18:00pm u tan-Night mis-18:00pm sas-6:00am. Dan minbarra diversi servizzi sew jekk hux ta’ overtime jew inkella ta’ extra duty li huma joffru, u ovjament illum, ghaliex fi zminijiet ohra ma kienx hekk, jithallsu ghalihom u jithallsu fil-hin. Huma jkunu assenjati skont il-ħtiġijiet tal-pajjiż, biex il-pubbliku jingħata l-aqwa servizz.

Klabbs sportivi - Titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32180 u 32438 u jipprovdi lista ta’ kemm-il klabb sportiv preżentement għandu titolu ta’ ċens għall-użu ta’ sports, matul dawn l-aħħar ħames snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.

Civil Aviation Policy 2023–2030 – Progress Report u miżuri

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 32102 u 32282 u ċjoè: B’referenza għas-Civil Aviation Policy 2023–2030, li jirrikjedi li l-ewwel Progress Report jiġi sottomess sal-31 ta’ Diċembru 2024, jista’ l-Ministru: i.    jikkonferma jekk dan ir-rapport sarx u meta ntbagħat lill-Gvern; ii.    jipprovdi kopja sħiħa tar-rapport u l-KPIs għal kull pilastru; u iii.    jindika x’miżuri ġew implimentati mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u x’miżuri jmiss li jiġu implimentati?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li, wara t-tnedija uffiċjali tal-ewwel Strateġija Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili, il-Ministeru responsabbli, flimkien mal-entitajiet relevanti kif ukoll b’kollaborazzjoni u koordinazzjoni konġunta ma’ entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħt Ministeri oħra, beda jimplimenta din l-istrateġija li se twassalna sal-2030. Minkejja li dan ir-rapport mhux ippubblikat, nikkonferma li sar u se jkompli jsir progress fuq l-oġġettivi li ġew stabbiliti fl-istess strateġija. Ta’ min ukoll insemmi li din l-istrateġija tmur pari passu mal-Viżjoni Malta 2050, viżjoni li tikkonferma dan is-settur bħala wieħed ta’ prijorità għal pajjiżna. Għalhekk, bħala Gvern, ninsabu impenjati u qed naħdmu bi sħiħ biex dan is-settur mhux biss ikompli jissaħħaħ, imma niżguraw ukoll li jikber b’mod sostenibbli u jibqa’ wieħed kompetittiv.

Ir-Rabat - Triq Sant’ Aristarku - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’testijiet saru s’issa fi Triq Sant’ Aristarku fir-Rabat fil-ġranet li għaddew relatati mal-partijiet tat-triq li qegħdin jisfrondaw? Jista’ jgħid ukoll x’passi ser jittieħdu wara dawn it-testijiet?

Response (BONETT, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32599.

Ir-Rabat - Triq Sant’ Aristarku - Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser tiġi rranġata Triq Sant’ Aristarku fir-Rabat, li ġiet magħmula mill-ġdid madwar ħames snin ilu iżda ftit ġimgħat wara, bdew jidhru xi ħsarat u llum niżlet b’mod li qed taffettwa wkoll id-drenaġġ tar-residenti?

Response (BONETT, CHRIS)

Ninfroma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta għamlet spezzjoni fi Triq Sant Aristarku fil-ġimgħat li għaddew wara li daħal ilment li kien hemm xi drenaġġ li kien qed jesporġi għand terzi persuni. Ix-xogħol f’din it-triq kien tlesta fl-2021 u viżwalment ma jidhirx li hemm ħsarat  strutturali fil-wiċċ tat-triq li qed jikkawża sfrundar ta’ l-istess triq.

Double Taxation Treaties – 2018

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2018 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2018 saru  5 double taxation agreements.   Dawn saru ma l-Azerbaijan, Vietnam, Andorra, Etiopija u Botswana.

Double Taxation Treaties – 2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2017 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2017 sar  double taxation agreement wieħed.   Dan sar ma l-Ukrajna.

Double Taxation Treaties – 2016

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2016 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2016 saru 3 double taxation agreements.   Dawn saru mal-Curacao, Azerbaijan u Vietnam.

Double Taxation Treaties – 2014

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2014 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2014 saru 3 double taxation agreements.   Dawn saru mal-Liechtenstein, Moldova u l-Mauritius.

Double Taxation Treaties – 2013

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru double taxation treaties ġodda fis-sena 2013 u jagħti d-dettalji tagħhom?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fis-sena 2013 saru 14 double taxation agreements.   Dawn saru mal-Belġju, Norveġja, Indja, Lussemburgu, Afrika t’Isfel, Barbados, Singapore, Sawdi Arabja, Guernsey, Urugwaj, Russja, Turkija, Messiku u Iżrael.

L-Awtorità ta’ Standards għal Kura Soċjali - Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti mal-Awtorità ta’ Standards għal Kura Soċjali (SCSA) tul is-sena 2025? Jista’ jgħid ukoll (f’termini ġenerali) dwar xiex kienu dawn l-ilmenti?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill- Onor. Interpellanta li mill-1 ta’ Jannar 2025 sa-24 ta’ Novembru 2025 L-Awtorità ta' Standards u Ħarsien Soċjali rċeviet total ta’ 52 ilment sottomessi minn utenti tas-servizz, il-qraba tagħhom u provdituri tas-servizzi. Ġie osservat li n-natura tal-ilmenti li waslu din is-sena kienu varjati, u waqgħu f’diversi kategoriji ewlenin li jinkludu: 1.  Tmexxija tas-Servizz 2.  Kwalità tal-Kura 3.  Saħħa Mentali 4.  Ambjent u Struttura

Statementing Board - Lista ta’ stennija għall-assessjar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 26505 fl-intier tagħha u jgħid kemm hemm tfal li għadhom qed jistennew l-assessment tal-Istatementing Board u x’inhi d-data tal-iktar applikazzjoni antika fil-ġurnata li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’għandix xi nżid ma dak li diġà weġibt għall-mistoqsija parlamentari 26505.

Ix-Xgħajra - Fortizza tal-Grazzja - Tiswija tal-bieb

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb i-mistoqsija parlamentari 32174 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 32048, jista’ l-Ministru jagħti x-xahar meta ser jitlesta il-bieb tal-Fortizza tal-Grazzja?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Bieb inqala minn kuntrattur imqabad mill-Lands Authority. Ix-xoghol kien sorveljat mis-Sovrintendenza Tal-Patrimonju Kulturali. Il-bieb inqala' minħabba l-istat li qiegħed fih u li ilu jintalab li titieħed azzjoni. Il-bieb, b'mod temporanju, qed jinżamm il-Fortizza tar-Rinella li hija mmexxija mill-Fondazzjoni Wirt Artna. Fi ftit żmien is-Sovrintendenza ħa tibda l-proċess li naraw x'hemm bżonn biex il-bieb jiġi restawrat u jitpoġġa lura għaliex jista’ jkun ikun hemm bżonn ta' xi intervent fuq il-pilastri tal-gate tal-fortizza.

Programm ISEP – Studenti mibgħuta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32128 u jgħid kemm applikaw studenti għall-programm ISEP (International Exchange Programme) u kemm minn dawn lis-studenti ġew magħżula f’dawn l-aħħar 10 snin?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt; Sena akkademika Applikanti Studenti li studjaw barra 2015/2016 14 2 2016/2017 10 4 2017/2018 12 5 2018/2019 20 7 2019/2020 13 6 2020/2021 14 0 (Covid) 2021/2022 22 6 2022/2023 36 14 2023/2024 19 2 2024/2025 35 13 2025/2026 39 6

Programmi għaż-Żgħażagħ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 32127 u jagħti lista sħiħa ta’ programmi li ż-żgħażagħ jistgħu jibbenefikaw minnhom pereżempju dawk relatati mal-edukazzjoni, max-xogħol u l-kultura barra minn Malta?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.