Jista' l-Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret għal reklamar dwar il-Baġit għas-sena 2023, inkluż nefqa għal reklami f'gazzetti, f'siti soċjali bħal Facebook, Twitter u permezz ta' Google kif ukoll fuq l-istazzjonijiet lokali tat-televiżjoni u tar-radju? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għall-ħlas dwar l-imsemmija reklami?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ artijiet li huma proprjetà tal-Gvern Libjan jew aġenziji statali tal-Gvern Libjan f’Malta? Jista’ jikkonferma jekk għadx hemm artijiet li huma proprjetajiet tal-People’s Broadcasting Corporation Tripoli, bħal pereżempju l-art f’Tas-Salib, ir-Rabat? Jista’ jikkonferma min hu l-proprjetarju ta’ St Mark’s House l-Furjana u minn fejn hi bbażata l-LAMHCO?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 3245 u 2918 u jgħid kemm-il reviżjoni parzjali tal-local plans saret mill-Awtorità tal-Ippjanar (jew mill-MEPA), mill-2013 sal-lum? Min talab għal dawn ir-reviżjonijiet, ċjoè jekk, f'kull każ, kinux individwi jew kumpaniji privati, jew inkella xi entità tal-Gvern eċċ. li talbu għal dawn ir-reviżjonijiet? Fejn jinsabu l-postijiet li saru r-reviżjonijiet fuqhom? X'kienu r-reviżjonijiet li fil-fatt seħħew? Kemm hemm talbiet għal reviżjoni li għadhom pendenti, u għal liema lokalitajiet?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni kif mitluba hi diġà pubblika fuq il-websajt tal-Awtorità tal-Ippjanar. Waqt li nippreċiża li tali talbiet isiru mill-Ministeru jew mill-istess awtorità bil-kunsens tal-Ministeru, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dak mitlub.
Jista' l-Ministru jagħti d-dati meta ltaqa' l-Users Committee fi ħdan l-Awtorità tal-Ippjanar mill-1 ta' Jannar sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jgħid kemm kien hemm membri preżenti għal kull laqgħa?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Ninsab infurmat li l-Bord iltaqa’ darbtejn u għaż-żewġ laqgħat attendew sitt membri.
Jista' l-Ministru jindika liema huma l-artijiet tal-Gvern fil-Magħtab u f'Burmarrad li huma mikrija lill-privat għal skopijiet ta' petting farming u/jew stallel?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tirrileva li mhux qiegħda f’pożizzjoni li tipprovdi din l-informazzjoni peress li d-domanda hi waħda wiesgħa u ġenerika. Għaldaqstant, sakemm ma jingħatax aktar żmien sabiex issir riċerka manwali, din ir-risposta ma tistax tingħata bi preċiżjoni. Ikun aħjar li l-Onor. Interpellant iressaq domanda iktar speċifika fuq ir-rigward propjetajiet partikolari biex ikun faċilitat il-ġbir tat-tagħrif.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jippreżenta lista ta' fuels li jintużaw f'kull wieħed mill-isptarijiet tal-Gvern u jgħid għaliex jintużaw u x'kienet il-kwantità użata kull sena mill-1 ta' Jannar, 2013 sal-31 ta' Diċembru, 2021?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dokument bl-informazzjoni mitluba minnu.
Impjant tal-Produzzjoni tal-prodotti tax-xorb — ilma
Question
Tista' l-Ministru tgħid sena b'sena, mill-2011 sal-2021, kemm ittella' ilma mill-ilma tal-pjan mill-impjanti tal-produzzjoni tal-prodotti tax-xorb, inklużi dawk li jibbottiljaw l-ilma għax-xorb, u b'liema rata, medja għal kull sena, dan inxtara?
Response (DALLI, MIRIAM)
L-informazzjoni mitluba tieħu l-ħin, iż-żmien u r-riżorsi biex tinġabar. L-informazzjoni mitluba fil-fatt qiegħda tinġabar u tingħata meta ladarba tkun lesta.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi l-area, il-valur ta' kumpens dovut u l-lokalità tal-artijiet li ġew meħuda mill-Gvern mill-1990 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija u li għadhom ma ġewx ikkompensati b'mod sħiħ? Tista' tingħata d-data għal kull każ meta ser jingħata l-kumpens dovut u l-ammont tal-kumpens?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet tirrileva li d-domanda mressqa titlob ammont konsiderevoli ta’ riżorsi umani u ħin biex tiġi kkompilata. Ikun aħjar li l-Onor. Interpellant iressaq domanda aktar speċifika fuq siti speċifiċi bil-għan li jkun faċilitat il-ġbir tat-tagħrif, kif ukoll iż-żmien li jittieħed biex tinġabar tali informazzjoni jkun imqassar.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema partijiet mil-lokalità ta’ Ħal Luqa għadhom mingħajr sistema tad-drenaġġ? F'kull każ, meta hu maħsub li din is-sistema titwassal fl-inħawi fejn s’issa għad m’hemmx tali sistema? Xi studji wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tipprepara għal din l-estensjoni fis-sistema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema parti qed jirreferi.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema partijiet mil-lokalità tas-Siġġiewi għadhom mingħajr sistema tad-drenaġġ? F'kull każ, meta hu maħsub li din is-sistema titwassal fl-inħawi fejn s’issa għad m’hemmx tali sistema? Xi studji wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tipprepara għal din l-estensjoni fis-sistema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema parti qed jirreferi.
Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema partijiet mil-lokalità ta’ Ħal Qormi għadhom mingħajr sistema tad-drenaġġ? F'kull każ, meta hu maħsub li din is-sistema titwassal fl-inħawi fejn s’issa għad m’hemmx tali sistema? Xi studji wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tipprepara għal din l-estensjoni fis-sistema?
Response (DALLI, MIRIAM)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema parti qed jirreferi.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Salvu Curso, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Karmenu Vassallo, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar kemm hemm organizzazzjonijiet volontarji reġistrati b’mod separat f’Malta u f’Għawdex? Tista’ taqsam dawn l-organizzazzjonijiet skont il-kategorija li fiha huma attivi, bħal pereżempju għaqdiet tal-isport, tal-banda, tal-festa, persuni b’diżabilità, eċċ.?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor Interpellant li f’Malta u Għawdex hawn total ta’ 1775 organizzazzjoni (1619 f’ Malta u 156 f’Għawdex) reġistrati mal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji.
Fil-preżent l-uniku kategorizzazzjoni stabbilita fil-liġi hija maqsuma kif ġej:
Kultura384
Edukazzjoni u Riċerka98
Saħħa Pubblika51
Servizzi Soċjali135
Avvanz tal-ħarsien u t-titjib tal-ambjent, inkluż il-ħarsien tal-annimali76
Żvilupp tal-komunità12
Promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, ir-riżoluzzjoni tal-konflitti, id-demokrazija u r-rikonċiljazzjoni144
Żvilupp Internazzjonali u Għajnuna Umanitarja66
Filantropija81
Organizzazzjonijiet ibbażati fuq il-fidi103
Organizzazzjonijiet professjonali111
Organizzazzjonijiet sportivi368
Rikreazzjoni29
Pjattaformi u federazzjonijiet4
Hemm 113 għad m’għandhomx klassifikazzjoni speċifika.
Bħalissa, bħala parti mir-riforma li qed issir fis-settur qed issir analisi iktar dettaljata tal-għaqdiet li tħares lejn il-funzjoni u l-iskop tagħhom. Ir-rikonoxximent ta’ għaqdiet skont l-operat, il-format, il-mod li bih huma amministrati u l-ħidma tagħha hija importanti fit-tfassil tal-politika tas-settur u hija essenzjali biex nindirizzaw ir-riforma neċessarja.
L-għaqdiet li jaħdmu jew jipprovdu servizzi lil
persuni b’diżabilita
huma
58
. Dawn jaqgħu taħt il-kategoriji ta’ saħħa pubblika, servizzi soċjali, promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, u filantropja. Dan ma jinkludix għaqdiet, bħal sportivi u kulturali, li fil-ħidma tagħhom jagħmlu wkoll xogħol li jibbenefikaw minnu persuni b’diżabilita, grazzi għall-fatt li jħaddnu policy ta’ inklussività fil-ħidma tagħhom fil-komunitajiet.
Għaqdiet li huma b’xi mod marbuta mal-
isport
hemm
368.
B’kollox hemm
94 għaqda
li hija meqjusa bħala
‘Każin tal-Banda’
, għalkemm sal-lum m’hemmx kategorizzazzjoni speċifika għal dawn.
L-istess jista’ jingħad għal-għaqdiet li b’xi mod jikkontribwixxu lejn l-aspetti tal-festi, bħal għaqdiet tal-armar, fratellanzi u għaqdiet tan-nar.
It-total ta’ dawn l-għaqdiet huwa 68.
Dawn jaqgħu f’kategoriji varji, fosthom kultura, rikreazzjoni u organizzazzjonijiet bbażati fuq fidi.
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet pendenti tal-Palazz ta’ Selmun, il-Lukanda Selmun Palace u l-Fortizza Campbell
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’applikazzjonijiet pendenti hemm mal-Awtorità tal-Ippjanar għal dak li jikkonċerna l-Palazz ta’ Selmun, is-Selmun Palace Hotel u l-Fortizza Campbell? Liema xogħol hemm applikazzjoni għalih quddiem l-Awtorità u f’kull każ f’liema stadju waslet din l-applikazzjoni? Għal kull wiehed minn dawn it-tliet siti, jista’ jagħti tagħrif dwar x’permessi hemm maħruġin mill-Awtorità tal-Ippjanar?
Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ applikazzjonijiet li jikkonċernaw il-Palazz ta’ Selmun, is-Selmun Palace Hotel u l-Fortizza Campbell bit-tagħrif kollu hekk kif mitluba mill-Onor. Interpellant għad-dispożizzjoni tagħha.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm-il awtorizzazzjoni bil-miktub ta sabiex tkun tista' tintuża l-Arma ta' Malta u/jew xi imitazzjoni tagħha? Jista' jgħid lil min ingħatat kull waħda mill-awtorizzazzjonijiet bil-miktub u x'kondizzjonijiet kienu jinsabu mniżżla f'kull awtorizzazzjoni li ngħatat? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull waħda mill-imsemmija awtorizzazzjonijiet bil-miktub?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li bejn l-2013 u l-2022 ingħataw ħames awtorizzazzjonijiet sabiex tintuża l-Arma ta’ Malta jew imitazzjoni tagħha. Dawn ingħataw lill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Heritage Malta, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, l-Inspections Coordination Office u l-Korp tal-Pulizija. Il-kundizzjonijiet kienu bbażati fuq l-użu speċifiku indikat fit-talba għall-awtorizzazzjoni.
Richmond Foundation – Mental Health Support Helpline – għajnuna mill-Gvern
Question
Fid-dawl li minn Novembru li ġej l-għajnuna tal-Gvern għall-ħlas tal-Mental Health Support Helpline lir-Richmond Foundation sabiex din topera 24 siegħa kuljum mit-Tnejn sal-Ħadd kienet se titwaqqaf, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti tagħrif dwar x’inhi r-raġuni għal dan? Kemm kienet l-għajnuna finanzjarja li kienet tingħata lil Richmond Foundation marbuta ma’ dan is-servizz? Jekk il-Gvern se jkun qed joffri servizz alternattiv għal dak li kienet toffri r-Richmond Foundation, jista’ jagħti tagħrif dwar dan is-servizz, kemm se jkun qed jiswa, minn meta se jibda jopera u kif se jkun informat il-pubbliku inkluż dawk il-persuni li bħalissa qegħdin jużaw is-servizz ta’ Richmond Foundation?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-servizz il-ġdid li se jkun operat mill-Mental Health Service se jkun imħabbar il-ġimgħa d-dieħla.