Legislature:
Category:
Reset
Active:

Magħtab — Waste-to-energy plant - kumpaniji/persuni

Question

Tista' l-Ministru tgħid minn min huma ffurmati kull wieħed mill-ħames konsorzja li ġew short-listed rigward il-proġett 'to design, build and operate a waste-to-energy plant in Magħtab' (isem il-kumpaniji/persuni)?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Autonomous buses

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 2476 u jaġġorna lill-Kamra dwar l-aħħar żviluppi fuq il-proġett pilota ta’ autonomous buses u jagħti indikazzjoni taż-żmien meta l-proġett ikun jista’ jibda jopera?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellanta li l-proġett-pilota għadu għaddej. Ikun irid isir ukoll evalwazzjoni tiegħu.

Households li jagħmlu użu minn aerial biex jaraw free-to-air

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hawn persuni f’Malta u Għawdex, u n-numru ta’ households, imqassma skont il-lokalità, li għadhom jagħmlu użu minn aerial biex jaraw l-istazzjonijiet lokali free-to-air?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Qorti ta’ Malta — entratura għall-akkużati

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2821, li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ġustizzja u li issa ġiet riferuta lilu, u jispjega l-kriterji li abbażi tagħhom il-Pulizija jew l-uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jiddeċiedu fuq liema entratura jiddaħħlu l-akkużati fil-Qorti ta’ Malta?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li d-deċiżjoni tal-Pulizija f'dan ir-rigward issir mill-uffiċjal investigattiv wara li jkunu valutati r-riskji u l-miżuri ta' sigurtà meħtieġa għall-istess persuni, fost elementi oħra. L-uffiċjali tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jużaw il-parti tal-binja responsabbiltà tagħhom, sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni mod ieħor.

Pretty Bay beach concession

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2849 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2193, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-beach concession biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Pretty Bay?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellant se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.

Fra Ben Beach concession

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2850 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2195, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-concession sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja ta’ Fra Ben?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellant se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.

Bajja tal-Għadira — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2856 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2215, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzji biex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tal-Għadira?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Naxxar – partijiet li għadhom mingħajr sistema tad-drenaġġ

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar liema partijiet mil-lokalità tan-Naxxar għadhom mingħajr sistema tad-drenaġġ? F'kull każ, meta hu maħsub li din is-sistema titwassal fl-inħawi fejn sa issa għad ma hemmx tali sistema? Xi studji wettqet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tipprepara għal din l-estensjoni fis-sistema?

Response (DALLI, MIRIAM)

Nitlob lill-Onor. Interpellanta tispeċifika għal liema parti qed tirreferi.

Għawdex – Il-Qala – Triq Papa Piju XII — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser jitkompla x-xogħol fuq Triq Papa Piju XII fil-Qala, Għawdex u meta hu mistenni li x-xogħol f'din it-triq ikun lest għalkollox?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq Triq Papa Piju XII fil-Qala tlesta. Fil-ġimgħat li ġejjin mistenni li jingħata l-wearing course.

MCA – Chairperson, deputy chairperson u membri tal-bord

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1170 u 1676, jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-chairperson, deputy chairperson u l-membri tal-Bord tal-Awtorità ta' Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA)? F’kull każ jista’ jgħid meta tiġi fi tmiem il-ħatra ta’ kull wieħed minn dawn il-membri tal-Bord? Jista’ jgħid ukoll jekk il-ħatra attwali f’kull każ hijiex l-ewwel jew it-tieni ħatra tal-persuna konċernata?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Bord tal-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni hu mwaqqaf skont skont it-tabella hawn taħt. Po¿izzjoni fuq il-Board Kunjom Isem Titlu Bidu Tal-Ħatra Kurrenti L-ewwel jew it-tieni Hatra Chairperson(Acting) Bugeja Jesmond Mr October 2020 għal 3 snin 2 Deputy Chairperson Musù Mark Mr October 2020 għal 3 snin 2 Membru Fava Mario Mr October 2020 għal 3 snin 2 Membru Farrugia Graziella Ms October 2020 għal 3 snin 2 Membru Mizzi Alexandra Dr October 2020 għal 3 snin 2+ Membru Zammit Massimo Mr October 2020 għal 3 snin 1 Membru Abela Kevin Mr October 2020 għal 3 snin 2

Msida Creek Project – pjanti, studji u dokumenti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pjanti, studji u d-dokumenti kollha dwar l-Imsida Creek Project?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Infrastructure Malta ssottomettiet pjanti ġodda ta’ Msida Creek Project Road li qed inpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma’ Scheme Assessment Study li sar u viżwali fotografiċi tal-proġett. Minbarra l-bini ta’ flyover minflok il-junction bis-sistema ta’ traffic lights fix-Xatt tal-Imsida u faċilitajiet aktar siguri għal mezzi alternattivi tal-ivvjaġġar, inkluż mogħdija ġdida għall-mixi u r-roti, il-proġett jaħseb ukoll sabiex isir titjib kbir u tisbiħ tal-inħawi fil-madwar b’żoni ġodda għar-rikreazzjoni. Fil-fatt, 60% ta’ Msida Creek Project kif qed jiġi propost mill-aġenzija huwa ddedikat għal spazji pubbliċi miftuħa li ser jagħtu dehra ferm isbaħ lill-qalba ta’ din il-lokalità. Iż-żieda fl-ispazji miftuħa u żoni ta’ rikreazzjoni li ser jinħolqu permezz tal-proġett jinkludu pjazza ġdida ta’ 2,200 metru kwadru quddiem il-Knisja Parrokkjali u kanal tal-ilma baħar li jagħmel ukoll parti minn pjan għal kontra l-għargħar. Dan il-kanal twil 300 metru se jkun imdawwar b’passaġġi qalb is-siġar f’żona fejn wieħed ikun jista’ jqatta’ ħin ta’ mistrieħ f’ambjent għall-kwiet. Mill-junction tat-traffic lights fix-Xatt tal-Imsida jgħaddu aktar minn 4,500 vettura kull siegħa sabiex jivjaġġaw minn u lejn il-Belt Valletta u lokalitajiet oħrajn fil-viċin. L-investiment ta’ madwar €18-il miljun jinkludi l-iddisinjar u l-bini mill-ġdid tal-junction tat-traffic lights li tgħaqqad Triq il-Marina (minn u lejn Sa Maison u l-Belt Valletta), Triq il-Wied tal-Imsida u Triq Mikiel Anton Vassalli (minn u lejn ir-roundabout tal-iSkatepark f’Tal-Qroqq), kif ukoll it-titjib ta’ numru ta’ konnessjonijiet oħra ma’ toroq oħrajn fl-inħawi li jwasslu minn u lejn il-Gżira, Tas-Sliema u Ta’ Xbiex. Id-disinn propost għal dawn it-toroq se jelimina il-ħin ta’ stennija fit-traffic lights kif ukoll inaqqas il-ħin tal-ivvjaġġar b’40% u r-riskji ta’ aċċidenti tul din ir-rotta arterjali, waqt li jtejjeb il-kwalità tal-arja fil-qalba tal-Imsida u f’żoni oħra fil-viċinanzi. Il-flyover ġdida, b’korsija f’kull direzzjoni u twila madwar 200 metru, li qed tkun proposta għal dan il-proġett se tgħaqqad direttament Triq il-Marina ma’ Triq Mikiel Anton Vassalli, sabiex jonqos l-impatt tat-traffiku fuq iż-żoni residenzjali u dawk għal rikreazzjoni fl-inħawi, fosthom il-prominad tal-Imsida. Bl-istruttura tal-flyover flok it-traffic lights, il-proġett se jżid l-effiċjenza u l-kapaċità ta’ din l-arterja, waqt li jnaqqas il-livelli għoljin ta’ tniġġis fl-arja u storbju li hemm bħalissa bil-waqfien u l-istennija sakemm jaqilbu d-dwal. Bħala parti minn dan l-investiment, Infrastructure Malta se ttejjeb ukoll il-konnessjonijiet għat-trasport pubbliku tul din ir-rotta fejn is-servizz tal-karozzi tal-linja huwa mfittex ħafna. Ser jinbnew ukoll bankini iżjed wisgħin u parti minn rotta ġdida max-xatt għall-mixi u r-roti, li ser tkun mifruda mit-triq u eventwalment tgħaqqad Tal-Pieta ma’ Ta’ Xbiex u Triq il-Wied tal-Imsida, filwaqt li ser ikun hemm numru ta’ pelican crossings li ser jagħtu l-faċilità li wieħed jaqsam it-triq b’mod sigur. L-aġenzija se toħloq ukoll parkeġġ bi spazju għal 100 vettura msaqqaf b’pannelli fotovoltaiċi, waqt li madwar il-Monument tal-Ħaddiem se tagħmel xogħol ta’ tisbiħ bi tħawwil ta’ aktar siġar u pjanti sabiex isir parti mill-ġnien pubbliku li se jkun akbar milli hemm illum u fi spazju miftuħ fiż-żona tal-madwar li flimkien jammontaw għal 4,500 metru kwadru. Il-pjanti l-ġodda tal-proġett jinkludu sistema komprensiva għall-ilqugħ tal-ilma tax-xita sabiex tittaffa l-problema tal-għargħar li ilha teżisti f’din iż-żona għal għexieren ta’ snin.

Bars, ristoranti, hotels u stabbilimenti kummerċjali – liċenzja biex idoqqu l-mużika

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3107 u jagħti tagħrif dwar kemm hemm bars, ristoranti, hotels u stabbilimenti kummerċjali oħra li għandhom liċenzja biex idoqqu l-mużika? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista bl-isem, indirizz u lokalità għal kull wieħed minn dawn il-permessi? Sa xħin huma liċenzjati li jdoqqu dawn l-istabbilimenti? Kemm minn dawn għandhom liċenzja li jdoqqu open air? Jista’ jgħid x’inhu l-ħin sakemm tista’ tindaqq il-mużika skont il-liġi li taqa’ taħt l-Att dwar il-Liċenzji tal-Kummerċ? Jista’ jagħti tagħrif dwar jekk hemmx stabbilimenti li għandhom ukoll konċessjonijiet speċjali biex idoqqu wara l-ħin stabbilit? Jekk iva, kemm hemm u liema huma?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3106. Rigward is-sigħat li fihom tista' tindaqq mużika, nirreferi lill-Onor. Interpellant għal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 441.08.

Bormla — Appartamenti tal-Gvern ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa Bormla? Jista’ jindika fejn qegħdin?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun. B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi għaddej xogħol fuq bini ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali f’Bormla li jammonta għal 68 appartament li għadhom qed jinbnew.

Il-Birgu — Appartamenti tal-Gvern ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa l-Birgu? Jista’ jindika fejn qegħdin?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun. B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata m'hemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.

L-Isla — Appartamenti tal-Gvern ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa l-Isla? Jista’ jindika fejn qegħdin?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun. B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata m’hemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.

Ħaż-Żabbar — Appartamenti tal-Gvern ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa Ħaż-Żabbar? Jista’ jindika fejn qegħdin?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun. B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata m’hemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.

Ix-Xgħajra — Appartamenti tal-Gvern ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa x-Xgħajra? Jista’ jindika fejn qegħdin?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun. B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata m’hemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.

Il-Kalkara — Appartamenti tal-Gvern ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa l-Kalkara? Jista’ jindika fejn qegħdin?

Response (GALDES, RODERICK)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun. B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata mhemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.

Baġit għas-sena 2023 – konferenza tal-aħbarijiet – rendikont tan-nefqa

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-konferenza tal-aħbarijiet dwar il-Baġit għas-sena 2023 u li hu flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u l-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol indirizzaw quddiem il-Berġa ta' Kastilja nhar it-Tnejn 24 ta' Ottubru, 2022? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għall-ħlas dwar l-imsemmija konferenza tal-aħbarijiet?

Response (ABELA, ROBERT)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 3441.