Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sa Maison — Għoti ta' proprjetà pubbliku lill-individwu

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1479 u jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà pubblika f’Sa Maison lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2150.

Kuntratt li bih individwu qiegħed juża uffiċċju f'Sa Maison

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1480 u jippreżenta l-kuntratt li bih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qiegħed juża uffiċċju f’Sa Maison? Jekk ma hemmx kuntratt, jista’ jagħti l-kundizzjonijiet taħt liema tali użu qiegħed isir, inkluż meta beda tali użu, it-titolu, il-ħlasijiet li qegħdin isiru, u t-terminu tal-użu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 2150.

Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali — Advisors

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għad-Djalogu Soċjali, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (ABELA, ROBERT)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat Parlamentari ma ġew impjegati l-ebda Advisors.

Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għall-Gvern Lokali, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali m’hemm l-ebda Advisor ingaġġat.

Segretarjat Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (REFALO, ANTON)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellanta li fis-Segretarjat Parlametari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali fi ħdan il-Ministeru li tiegħu jiena responsabbli ma ġew imjegati l-ebda Advisors.

Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għall-Fondi Ewropej, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjioni provduta lili mis-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej huwa għandu żewġ Advisors ingaġġati. Advisor minnhom ingaġġat fuq skala 7, filwaqt li advisor ieħor ingaġġat fuq skala 3 prorata għal 10 sigħat.

Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwljanza — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għar-Riformi u l-Ugwljanza, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fis-Segretarjat Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza hemm 2 advisors fuq bażi part-time li jaħdmu 10 sigħat u 20 siegħa rispettivament u li s-salarju tagħhom hu fi Skala 3.

Raħal Ġdid – Irwejjaħ mill-inċineratur

Question

Tista’ l-Ministru tgħid għaliex f’Raħal Ġdid qiegħed ikun hemm riħa persistenti li mhi xejn pjaċevoli, preżumibbilment ġejja mill-inċineratur u tindika x’passi ttieħdu biex din ir-riħa tieqaf?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li matul l-aħħar snin, l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi rċeviet diversi lmenti ta’ rwejjaħ mill-akkwati ta’ Raħal Ġdid. Is-sorsi tal-lmenti jvarjaw, u ġieli kien hemm każijiet fejn is-sorsi tal-irwejjaħ ma kinux identifikati. B’referenza għall-Marsa Thermal Treatment facility li ilu jopera mill-2007, qed isir investiment ta’ €4 miljun biex permezz tal-aqwa apparat disponibbli fis-suq, tkun tista’ titnaddaf l-arja minn kull tip ta’ rwejjaħ. Dan l-investiment jinkludi tliet impjanti ġodda li jnaddfu l-arja u reception shed issiġillata. Il-benefiċċji ta’ dan il-proġett għandu jibdew jinħassu għall-aħħar tas-sena.

Raħal Ġdid – Irwejjaħ mill-inċineratur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex f’Raħal Ġdid qiegħed ikun hemm riħa persistenti li mhi xejn pjaċevoli, preżumibbilment ġejja mill-inċineratur u jindika x’passi ttieħdu biex din ir-riħa tieqaf?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid – Irwejjaħ mill-inċineratur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex f’Raħal Ġdid qiegħed ikun hemm riħa persistenti li mhi xejn pjaċevoli, preżumibbilment ġejja mill-inċineratur u jindika x’passi ttieħdu biex din ir-riħa tieqaf?

Response (REFALO, ANTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi din il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Farfett tal-Fejġel – skips tar-riċiklaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jara x’passi jistgħu jittieħdu sabiex jonqsu l-iskips ta’ riċiklaġġ, jew almenu jkun hemm iktar kontroll sikwit, fi Triq il-Farfett tal-Fejġel, Żabbar billi dawn qegħdin ikunu ta’ inkonvenjent kbir għall-ġirien u qed jiġbdu wkoll kwantità kbira ta’ ġrieden?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar illi l-Kunsill m’għandux siti alternattivi fejn jista’ jitrasferrixxi l-bring-in sites. Infurmat li minħabba li qed jiġi depożitat skart illegali u skart domestiku madwar il-bring-in sites, hemm bżonn li jiġu installati cameras ta’ sigurtà għal skopijiet ta’ monitoraġġ u infurzar.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Farfett tal-Fejgel – skips tar-riċiklaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jara x’passi jistgħu jittieħdu sabiex jonqsu l-iskips ta’ riċiklaġġ, jew almenu jkun hemm iktar kontroll sikwit, fi Triq il-Farfett tal-Fejġel, Żabbar billi dawn qegħdin ikunu ta’ inkonvenjent kbir għall-ġirien u qed jiġbdu wkoll kwantità kbira ta’ ġrieden?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jindirizza l-mistoqsija lill-Ministeru kkonċernat.

Ħaż-Żabbar – Triq il-Farfett tal-Fejġel – skips tar-riċiklaġġ

Question

Tista’ l-Ministru tara x’passi jistgħu jittieħdu sabiex jonqsu l-iskips ta’ riċiklaġġ, jew almenu jkun hemm iktar kontroll sikwit, fi Triq il-Farfett tal-Fejġel, Żabbar billi dawn qegħdin ikunu ta’ inkonvenjent kbir għall-ġirien u qed jiġbdu wkoll kwantità kbira ta’ ġrieden?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont emendi legali li saru fl-2021 (Regolament 10(2) tar-Regolamenti dwar l-Iskart L.S. 549.63), kull Kunsill Lokali huwa obbligat li għal kull elfejn abitant tal-lokalità, jalloka spazju għal Recycling Point, u dan sabiex ikun hemm aktar separazzjoni tal-iskart fil-komunità. Fil-kuntest tar-regolamenti msemmija, il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar ma jistax inaqqas mir-Recycling Points li għandu bħalissa. Sadanittant, ninsab infurmata wkoll li sa issa l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ma rċeviet l-ebda lment dwar skart mormi illegalment f’dan is-sit iżda, minkejja dan, se tkun qed tinkludih fil-programm ta’ monitoraġġ tagħha u fl-eventwalità li jinqabad xi ħadd jabbuża minn din il-faċilità se tkun qiegħda tieħu l-passi neċessarji skont il-liġi.

Birżebbuġa – Triq Feliċjan — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Triq Feliċjan, Birżebbuġa għaliex dawn ix-xogħlijiet qegħdin joħolqu diversi inkonvenjenzi lir-residenti ta' din it-triq?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari nru 2907.

Birżebbuġa – Triq it-13 ta’ Diċembru – xogħol fuq il-bankini

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fuq il-bankini ta' Triq it-13 ta' Diċembru, Birżebbuġa?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari nru 2995 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Transport Malta – sewwieqa tat-trasport pubbliku li ma segwewx ir-rotot

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm defaults matul is-snin 2020, 2021 u 2022 (sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari) xahar b'xahar, għaliex sewwieqa tat-trasport pubbliku ma segwewx ir-rotta stabbilita?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2020 sa Lulju ta din is sena kienu innotati s-sussegwenti inċidenzi fejn is-sewwieqa tal-karrozzi tal-linja ma segwewx ir-rotta stabbilita. L-inċidenzi huma hekk kif indikat: 2020 113 2021 292 2022 (Sa Lulju) 130 Dawn id-“defaults” jinħarġu wara li l-kazijiet identifikati jiġu nvestigati sabiex jiġi stabbilit li ma kienx hemm raġuni valida għalfejn ix-xufier ma’ segwiex ir-rotta stabilita bħal per ezempju xogħolijiet fit-toroq, rikjesti sabiex tingħalaq it-triq, kif ukoll xi inċidenti fit-triq. Wieħed irid jinnota ukoll li uħud mill-kazi innotati fit-2022 għadhom qegħdin jiġu investigati.

Kunsilli Lokali Għawdxin – Fondi Rural Development Programme 2014-2020

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema toroq (isem tat-triq u raħal) ġewwa Għawdex li l-kunsilli lokali Għawdxin u anke l-Ministeru għal Għawdex applikaw għalihom u jgħid liema minnhom ġew aċċettati biex isiru matul is-snin 2022 u 2023 mill-programm 'Rural Development Programme 2014-2020 Measure 4.3 - European Agricultural Fund for Rural Development' u kemm ħa jingħataw flus minn dan il-fond kull kunsill lokali Għawdxi u anke l-Ministeru għal Għawdex għal dawn it-toroq?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li abbażi ta’ informazzjoni mgħoddija lili mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, ninsab infurmat li t-toroq li ġew aċċettati biex isiru matul is-snin 2022 u 2023 mill-programm 'Rural Development Programme 2014-2020 Measure 4.3 - European Agricultural Fund for Rural Development', kemm ħa jingħataw flus minn dan il-fond u kull kusill lokali jinstabu hekk kif muri fit-tabella. KUNSILLI LOKALI GĦAWDXIN - FONDI RURAL DEVELOPMENT PROGRAMME 2014-2020 TOROQ LI ĠEW AĊĊETTATI Kunsill Lokali Isem ta' Triq Lokalità Ammont kommess mill-fond FAE¯R (RDP14-22) € Kunsill Lokali Nadur Triq Wied Rihan Nadur 241,278.76 Triq l-Irdum ta' Venuta Nadur Kunsill Lokali San Lawrenz Passaġġ Triq il-Wileġ San Lawrenz 27,692.69 Kunsill Lokali Għajnsielem Triq Daħla tal-Għam Għajnsielem 60,920.96 Kunsill Lokali Għarb Triq tal-Blajjat Għarb 400,943.20 Triq Daħla ta' Abdilla Għarb Kunsill Lokali Żebbuġġ Triq tal-Ħluq Żebbuġ 625,763.00 Triq ta' Tutiet Żebbuġ Triq is-Sagħtrija Żebbuġ

Kunsill Lokali Għawdxin – għajnuna għall-pedestrian friendly roads

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kunsilli Lokali Għawdxin humiex ser jingħataw għajnuna minn Infrastructure Malta bħalma ser jingħataw kunsilli lokali f'Malta jekk jidentifikaw toroq fil-lokalitajiet tagħhom li jistgħu jkunu 'pedestrian-friendly roads'?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’referenza għall-Mistoqsija Parlamentari numru 3173 din għandha tiġi riferuta lill-Ministeru kkonċernat.

Ix-Xagħra – Triq it-Tafla – retaining wall tas-sejjieħ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar spezzjoni fuq ir-retaining walls tal-kantun u tas-sejjieħ li hemm fi Triq it-Tafla, fix-Xagħra, peress li parti kbira mir-retaining wall tas-sejjieħ ċediet madwar sena ilu u baqa’ ma sar xejn, u partijiet kbar oħra tar-retaining wall tas-sejjieħ u tal-kantun jidher li jistgħu jċedu minn ħin għal ieħor? Jista' jgħid ukoll jekk min għamel din l-ispezzjoni, ikkonfermax li m’hemm l-ebda periklu? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Perit tal-Ministeru għamel spezzjoni tar-retaining walls u fil-ġimgħat li ġejjin se tinħareġ sejħa għall-offerti biex isiru x-xogħlijiet neċessarji.