Kemmuna – kuntratti ta’ kirjiet ta’ siti fil-bajjiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2854 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2212, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti li permezz tagħhom is-siti ġewwa l-Bajjiet ta’ Santa Marija u Blue Lagoon f’Kemmuna, ġew mikrija lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellanta, li hi membru fuq il-bord tal-Awtorità tal-Artijiet, se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2855 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2211, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-beach concessions fil-bajjiet ta’ Kemmuna?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern fuq il-propost ċentru terapewtiku għall-minuri bi problemi ta’ mġiba fl-Imtarfa? Jista' jgħid ma' min saru konsultazzjonijiet s'issa, u jispjega r-raġunijiet li abbażi tagħhom intgħażlet l-art fl-Imtarfa biex isir il-proġett?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi hija l-intenzjoni tal-Gvern illi isir dan iċ-ċentru.
Il-Kap. 602 tal-Liġijiet ta’ Malta wkoll jaħseb għal dan.
Is-sit tal-l-Imtarfa huwa proprjetà tal-Gvern u ġie kkunsidrat flimkien ma’ siti oħra, li huma wkoll proprjetà tal-Gvern.
Tenut kont tal-enfażi fl-Att dwar ir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma, Kap. 545, dwar l-indipendenza tar-REWS mill-Gvern (artikolu 3 tal-Kap. 545) u b’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2425, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għalfejn is-CEO tar-REWS għandu jkompli jiġi maħtur mill-Ministru u mhux mill-Bord tar-REWS l-aktar meta l-istess liġi b’mod ċar tesiġi li s-CEO jwieġeb lill-Bord tar-REWS għall-ħidma tiegħu (artikolu 6 tal-Kap. 545)?
Sannat, Għawdex– Triq Sannat — zebra crossing u sinjal tan-nofs ta’ triq
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21723 li saret fl-aħħar leġiżlatura u għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20544 li wkoll saret fl-aħħar leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid x'sar issa li għaddiet sena oħra kif ukoll x'fadal isir mill-Kunsill Lokali Sannat biex Triq Sannat, it-triq prinċipali li twassal għal-lokalità ta' Sannat, issir fiha zebra crossing kif ukoll sinjali tan-nofs tat-triq li jifirdu karreġġjata minn oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mil-Kunsill Lokali tas-Sannat illi l-Kunsill għadu qed jistenna li jiġu installati l-belisha light poles u li biex jiġu installati dawn iridu jgħaddu minn ġewwa service culvert ġdid. Rigward is-sinjali tan-nofs, infurmat li dan ma jistax isir qabel ma jsiru z-zebra crossings.
Infurmat li dwar dan il-Kunsill għadu ma jistax jgħid meta se jsiru peress li dan il-proċess irid isir wara x-xogħlijiet tal-proġett tal-Pjazza ikun komplet, peress li d-dwal u s-servizzi jridu jgħaddu flimkien minn din it-triq.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa Raħal Ġdid? Jista’ jindika fejn qegħdin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun.
B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid fil-perjodu indikat minnha, inbnew 4 appartamenti ġodda.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa Santa Luċija? Jista’ jindika fejn qegħdin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun.
B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata m’hemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa l-Gudja? Jista’ jindika fejn qegħdin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun.
B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata m’hemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa Ħal Tarxien? Jista’ jindika fejn qegħdin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun.
B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata m’hemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inbnew appartamenti ġodda u huma lesti għall-abitazzjoni bejn is-snin 2014 u 2022 ġewwa l-Fgura? Jista’ jindika fejn qegħdin?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi dan il-Gvern imbarka fuq l-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali f’dawn l-aħħar 40 sena, b’investiment ta’ €130 miljun.
B’referenza għall-mistoqsija tagħha, ninfurmaha illi fil-lokalità indikata m’hemmx postijiet li qed jinbnew kif indikat.
Santa Luċija – Triq Dawret it-Torri – żbir ta’ siġar
Question
Jista’ l-Ministru jara li s-siġra li hemm fl-aħħar ta’ Triq Dawret it-Torri, Santa Luċija tiġi miżbura sew billi tant kibret li qed tidħol fir-residenzi u qed tiġbed annimali oħra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija illi s-siġra msemmija ġiet miżbura.
Santa Luċija – Triq Dawret it-Torri – żbir ta’ siġar
Question
Tista’ l-Ministru tara li s-siġra li hemm fl-aħħar ta’ Triq Dawret it-Torri, Santa Luċija tiġi miżbura sew billi tant kibret li qed tidħol fir-residenzi u qed tiġbed annimali oħra?
Response (DALLI, MIRIAM)
Ninsab infurmata li s-siġra ġiet miżbura riċentement mill-Kunsill Lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2811 kollha u jgħid min hu inkarigat mit-taqsima Animal Welfare Gozo u xi grad għandha din il-persuna u ma’ liema Ministeru hija assenjata l-istess persuna? Jista' jgħid kif sar il-proċess tal-għażla ta' din il-persuna? Jista' jgħid meta saret is-sejħa pubblika għal din il-kariga? Jista' jgħid kemm mill-ħaddiema li jaħdmu f' din it-taqsima huma fil-grad ta' Animal Welfare Officer?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Niforma lill-Onor. Interpellant li t-taqsima taqa’ taħt ir-responsabbilità diretta tad-Direttur EkoGħawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex. Ninfurmah ukoll li ħarġet sejħa biex jimtela post vakanti ta’ Manager 1 fi ħdan l-istess sezzjoni, bil-proċess mistenni jiġi konkluż dalwaqt.
F’din it-taqsima hemm jaħdmu 17-il ħaddiem li joffru fost oħrajn servizz t’ambulanza 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq l-Andar, fis-Siġġiewi, ikollha tindif aktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq in-Nirien, fis-Siġġiewi, ikollha tindif aktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qiegħda tintuża u x'ħinijiet tinfetaħ l-għassa ta' Ħad-Dingli? Jista' jgħid jekk hux se jsir xi rinovar f'din l-għassa minħabba l-istat li tinsab fiha?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat li r-residenti ta’ Ħad-Dingli jgawdu mis-servizz ta’ Community Policing li wassal għal servizz aħjar tal-Pulizija f’din il-lokalità, b’kollaborazzjoni mal-komunità. Ninsab infurmat ukoll illi l-għassa tal-Pulizija f'Ħad-Dingli hi waħda mill-għasses sekondarji li tinfetaħ skont l-esiġenzi tas-servizz. Ukoll, f’din il-lokalità ssir ronda regolari permezz ta’ vetturi tad-distrett u dawk tal-RIU, li bejniethom jilħqu l-ħtiġijiet u s-servizzi operazzjonali kollha tal-pulizija f’din il-lokalità. Dan barra mis-sistema elettronika hemm installata mal-istess għassa, fejn il-pubbliku jista' jaqbad mal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija erbgħa u għoxrin siegħa kuljum, minn fejn tiġi koordinata kull talba għal kull assistenza, jekk din ma tkunx għaddiet mill-Community Police.
Tista' l-Ministru tispjega xi tfisser it-terminoloġija 'diżabilità severa'?
Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-definizzjoni ta’ diżabilità hi kif mogħtija fl-Att dwar il-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Kap. 627 tal-Liġijiet ta’ Malta, li daħlet fis-seħħ f’Malta fis-sena 2021, u li hi marbuta ma’ dak li tgħid il-Konvenzjoni f’Artiklu 1.