Legislature:
Category:
Reset
Active:

Professjoni tal-Counselling – elenku ta’ professjonijiet komplimentari

Question

Jista’ l-Ministru jagħti iktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet li għalihom il-Professjoni tal-‘Counselling’ tħalliet barra mill-elenku ta’ professjonijiet komplimentari għal dik tal-mediċina, peress li din is-sitwazzjoni qed tpoġġi lill-professjonisti inkwistjoni f’qagħda li ma tikkumparax ma’ oħrajn li jagħmlu xogħol simili u għalhekk huma obbligati li joħorġu rċevuta tal-VAT għax-xogħol tagħhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Infiq fuq gambling

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1150 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 730 jista' l-Ministru jindika kemm intefqu flus fil-gambling matul is-sena 2020 u s-sena l-oħra?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtoritajiet ma jkollhomx viżibbiltà tal-logħob kollu li jsir f’Malta taħt liċenzji maħruġa minn ġuriżdizzjonijiet barranin. Il-Fondazzjoni għal-Logħob Responsabbli kkummissjonat riċerka bħala parti mill-proġett iffinanzjat b’fondi Ewropej magħruf bħala “Take Action Against Problem Gambling in Malta”. Din ir-riċerka ġiet ippubblikata lura fl-2019 u tista' tiġi aċċessata mill-pubbliku minn fuq is-sit tal-Fondazzjoni. Il-Fondazzjoni tinsab għaddejja b’ħidma sabiex tali riċerka tkun aġġornata kull sentejn u tibqa' rikorrenti.

Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1632 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-PQ2163.

Awtorità tad-Djar — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1357 u jgħid kemm hemm ħaddiema fl-Awtorità tad-Djar li daħlu mill-2017 sal-ġurnata li tiġi mwieġba din id-domanda u kemm minnhom ingħataw post ġdid jew post alternattiv?

Response (GALDES, RODERICK)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Nru 1804.

Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsiija parlamentari 1631 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (REFALO, ANTON)

Infurmat li l-Ministeru u l-entitajiet li jaqgħu taħti ta’ spiss jagħmlu materjal informattiv fuq il-midja kemm bħala reklamar, kif ukoll bħala slots informattivi. Dan bil-għan li l-pubbliku jkun mgħarraf bl-attivitajiet/inizjattivi li jittieħdu. Infurmat li t-tagħrif mitlub għall-perjodu ta’ ħames snin hu ONE Productions (Espresso): €4,590.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — uffiċjali li ħadu sehem fi programm televiżiv

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1630 u jgħid kemm sar ħlas, u d-data, mill-Ministeru u lil min, inkluż One TV u One Productions, mill-2017 sal-lum biex uffiċjali tal-Ministeru (inkluż il-Ministru) dehru/ħadu sehem fil-programm Espresso?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 2166.

Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal — xogħlijiet minn kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1469 u jelenka, jekk hu l-każ, kull direct order jew simili, taħt kwalsiasi kappa jew isem, li kwalsiasi entità taħtu tat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2019 u fl-2020? Għal kull każ, jista’ jagħti l-ammont ta’ ħlas u r-raġuni ta’ dak ix-xogħol?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru li tiegħu jiena responsabbli ma taw l-ebda direct order jew xogħol lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw b’mod separat, fil-perjodu msemmi minnu.

Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Advisors

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjaru Parlametari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm impjega Advisors fil-Ministeru tiegħu u kemm hu t-total tan-nefqa?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li s-Segretarju Parlamentari għandu impjegat erbgħa (4) advisors fuq bażi part-time, tnejn jiġu mħallsa skont skala 7, wieħed skont skala 3 u wieħed skont skala 5.

FSWS – lista tal-uffiċjali kollha

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2559 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa tal-uffiċjali kollha minn manager ’il fuq (sas-CEO) tal-Fondazzjoni għal Servizzi ta' Ħarsien Soċjali (FSWS) u l-Aġenziji li jaqgħu taħt l-FSWS, bid-dettalji tar-responsabiltajiet tagħhom u l-pakkett sħiħ ta’ kull uffiċjal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Uffiċċju tal-Prim Ministru – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2562 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (ABELA, ROBERT)

Ninsab infurmat li hemm persuna waħda f’dawn l-vesti li hi Chairperson Eżekuttiv ta’ entità u li hija 'l fuq mill-età tal-irtirar.

Minister għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Persuni li jmexxu l-entitajiet fil-Vesti ta' CEOs jew Kapijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2564 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li m'hemmx persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar.

Raħal Ġdid — Pjazza Antoine de Paule – rapport tekniku dwar ħsarat u xogħlijiet

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1390, 1657 u 2056, jista’ l-Ministru jippreżenta r-rapport relattiv li qiegħed jiġi skrutinizzat fir-rigward tax-xogħlijiet fi Pjazza Antoine de Paule, Raħal Ġdid?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’dan l-istadju qed issir ħidma id f'id ma' entitajiet oħra biex isiru interventi neċessarji.

Żejtun – bdiewa full-time u part-time

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1663 u 2060 u jindika kemm kien hemm bdiewa residenti ż-Żejtun irreġistrati full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena, maqsuma skont is-sess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Ħal Għaxaq – bdiewa full-time u part-time

Question

Jista’ l-Mnistru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 1664 u 2061 u jindika kemm kien hemm bdiewa residenti Ħal Għaxaq irreġistrati full-time u part-time tul dawn l-aħħar għaxar snin u possibbilment sena b’sena, maqsuma skont is-sess?

Response (REFALO, ANTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li biex tiġi kkompilata l-informazzjoni kollha, kif mitlub, se jispiċċa jinqabeż l-advisory cost limit.

Xatt tax-Xgħajra – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jara li jsiru t-tiswijiet neċessarji fl-ilqugħ tal-ħadid li hemm fix-Xatt tax-Xgħajra peress li partijiet minnu huma msadda sew?

Response (ZRINZO AZZOPARDI, STEFAN)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tax-Xogħljiet Pubbliċi għaddej bil-preparamenti meħtieġa sabiex tibda t-tiswija jew il-bdil tal-puġġaman tal-ħadid li hemm fix-Xatt tax-Xgħajra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – persuni li jmexxu l-entitajiet fil-vesti ta’ CEOs jew Kapijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2577 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ kemm hemm persuni li qegħdin imexxu l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-vesti ta’ CEOs jew Heads illi waslu għall-età tal-irtirar u jekk itteħdux passi biex ikun hemm succession plan biex meta dawn jirtiraw, l-entità tibqa’ għaddejja taħdem mingħajr ebda skossi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm persuna waħda li waslet għall-eta tal-irtirar. Madanakollu l-kuntratt jiġi fi tmiemu fis-sena 2026.

Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa – Advisors fuq kuntratti/direct orders

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2588 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista minn kull entità li taqa’ taħtu ta’ kemm ġew impjegati advisors fuq kuntratti/direct orders u kemm hu l-valur tal-kuntratt mill-2018 sal-2022?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ adivsors mitluba minnu.

Bajja ta’ Fra Ben – liċenzja għall-kiri ta’ umbrelel u deckchairs

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2851 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2196, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzja sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-Bajja ta’ Fra Ben?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Bajja tar-Ramla — Liċenzji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2852 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2198, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-liċenzji sabiex jinkrew deckchairs u umbrelel fil-bajja tar-Ramla?

Response (BARTOLO, CLAYTON)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellanta hija ta’ natura kummerċjali sensittiva u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Bajja tar-Ramla — encroachment

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2853 u ċjoè: B’referenza ghat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2197, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-encroachment mil-Lands li hemm fit-triq li tagħti għall-bajja tar-Ramla?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba hija waħda interna tal-Awtorità tal-Artijiet u għaldaqstant ma jkunx opportun li titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Madankollu l-Onor. Interpellanta, li hi membru fuq il-bord tal-Awtorità tal-Artijiet, se tingħata ċ-ċans li tara hi personalment id-dokument mitlub.