Legislature:
Category:
Reset
Active:

SportMalta – assistenza finanzjarja lill-assoċjazzjonijiet sportivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari W10 li ġiet sottomessa fit-22 ta’ Lulju 2022 u ċjoè: Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra elenku ta' kemm irċevew assistenza finanzjarja mingħand SportMalta l-assoċjazzjonijiet sportivi mill-2012 sal-lum, imqassmin għal kull assoċjazzjoni u għal kull sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra

Għawdex — Villa Rundle – irħama kommemorattiva

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex l-irħama kommemorattiva li tindika l-proġett ta' upgrading li kien sar ġo Villa Rundle tħalliet tiddeterjora daqstant? Hemm pjan li titpoġġa fl-istat li kienet qabel?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onerevoli Interpellant li tajt struzzjoni lid-dipartiment ikkonċernat sabiex isir it-tindif/restawr li hemm bżonn.

Kumpaniji li joperaw fil-qasam tal-medical cannabis

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3344, tista' l-Ministru tgħid is-7 kumpaniji li bdew joperaw fil-medical cannabis, kemm jammontaw investiment barrani bejniethom?

Response (DALLI, MIRIAM)

Ninsab infurmata li dawn il-kumpaniji ta’ medical cannabis, jammontaw għal €20 miljun ewro investiment dirett barrani u bejniethom iħaddmu 79 ruħ. Il-benefiċċji indiretti jinkludu l-ħolqien ta’ karrieri ta’ kwalità, il-ġenerazzjoni ta’ riċerka, innovazzjoni u l-ħolqien ta’ proprjetà intellettwali kif ukoll l-iżvilupp kontinwu ta’ servizzi u manifattura ta’ prodotti anċillari. Fl-2018 pajjiżna kien l-ewwel stat membru li illeġiżla qafas regolatorju ħolistiku biex ikun hawn produzzjoni tal-mediċina magħmula mill-kannabis.

Għawdex – proġetti ta’ parks, spazji miftuħa u afforestazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jelenka lista ta' proġetti għal parks, spazji miftuħa, afforestazzjoni u oħrajn simili li diġà bdew u mistennija li jkunu lesti sal-aħħar tal-2022 u jinkludi n-natura u deskrizzjoni qasira tal-proġett, meta beda, kemm kien il-baġit oriġinali, u kemm mistennija tkun in-nefqa totali wara li jkun lest il-proġett?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din is-sena tlestiet il-pjazza tal-Munxar u dan l-ispazju miftuħ u rinnovat qiegħed jitgawda ukoll mill-pubbliku. Dan flimkien mal-proġetti l-oħra kollha li tejbu u ħolqu postijiet ta’ rikreazzjoni għall-familji bħal ma huma l-proġetti ta’ Marsalforn u dak ta’ pjazza San Franġisk. Pero’ ta’ min isemmi li l-gvern għandu wegħda permess tal-manifest li ġie elett bih li ser isir spazju miftuħ biswit il-Villa Rundle u parkeġġ jimxi ghal taħt l-art. Bħalissa għaddejin id-diskussjonijiet interni sabiex dan il-progett isir f’din il-legislatura. Wara li aktar kmieni din is-sena ġie approvat il-permess għall-iżvilupp tal-ġnien ta’ Ulysses Grove f’park għal familja, bdew ix-xogħlijiet fuq il-ħruġ għas-sejħiet għall-offerti sabiex isiru ix-xogħlijiet pjanati. Dan ser ikun park bi spazji miftuħa sabiex jitgawda mill-familji Għawdxin u Maltin u li qiegħed fil-periferija tal-belt Victoria.

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Dikjarazzjonijiet tal-assi għas-sena 2016

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3317 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjonijiet tal-assi tal-Prim Ministru, tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari għas-sena 2016?

Response (ABELA, ROBERT)

It-taghrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għas-Saħħa — Dikjarazzjoni tal-assi għas-sena 2016

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3318 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Parlamentari numru 3571.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Dikjarazzjoni tal-assi għas-sena 2016

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3319 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghat-twegiba moghtija ghall-mistoqsija parlamentari 3571.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ — Dikjarazzjoni tal-assi għas-sena 2016

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3320 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dikjarazzjoni tal-assi tiegħu għas-sena 2016?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onorevoli nterpellant biex jirreferi ghall-Mistoqsija Parlamentari 3571 tal-istess Seduta.

Parental Skills Programmes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati Parental Skills Programmes f’Marsaskala mis-sena 2019 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija u jekk hux se jiġu organizzati fil-futur qarib f’din il-lokalità kbira?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Marsaskala – Triq il-Qaliet — sinjali tat-Traffiku

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1878, jista’ l-Ministru jara li jkun hemm sinjali/tabelli dwar il-limitu ta’ veloċità tat-trasport fi Triq il-Qaliet, Marsaskala?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’din it-triq diga hemm numru ta’ traffic calming measures approvati mill-Awtoritá hekk kif ġej: • Road Humps : 3 Road Humps approvati f’ Septtembru 2004 – Registry File No. -135/TM/11/18. • Humped Crossing : Humped Crossing approvata f’Marzu 2015 – Registry File No. – 35/TM/15/04. • Speed Limit Signs : Installation of Speed Limit Signs approvati f’Settembru 2007 (with Start & End) – Registry File No. – 135/TMD/05 Vol.3.

Marsaskala – Triq il-Qaliet — traffic calming measures

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk l-esperti relevanti jaqblux li jsiru traffic calming measures fi Triq il-Qaliet, Marsaskala biex jiġi evitat li jkun hemm sewqan bi speed esaġerat?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari Nru 3578.

Tqassim ta' tagħmir domestiku — persuni li bbenefikaw

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm kien hemm persuni/familji foqra li bbenefikaw minn tqassim ta’ tagħmir domestiku mis-sena 2020 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija? F’liema lokalità kienu joqogħdu dawn il-persuni/familji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.

Kawżi pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kawża hemm pendenti għal kull maġistrat separatament? Jista’ jgħid ukoll kull maġistrat kemm ta sentenzi s-sena li għaddiet, jiġifieri fis-sena 2021 separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar t’ Awwissu 2022.

Kawżi pendenti quddiem kull imħallef

Question

Jista’ l-Ministru jghid kemm-il kawża hemm pendenti għal kull imħallef separatament? Jista’ jgħid ukoll kull imħallef kemm ta sentenzi s-sena li għaddiet, jiġifieri fis-sena 2021 separatament?

Response (ATTARD, JONATHAN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba hekk kif miġbura sal-aħħar t’ Awwissu 2022.

Uffiċċju tal-Public Transport fir-Terminus tar-Rabat Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-Uffiċċju tal-Public Transport fit-Terminus tar-Rabat, Għawdex ingħalaq? Per konsegwenza, min jitlef Tallinja Card f’Għawdex irid imur bilfors Malta?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninfomra lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra

Projects Malta – annual audited statements

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-annual audited statements għal kull sena mit-twaqqif ta' Projects Malta (issa Malta Strategic Partnership Projects) kif ukoll l-annual reports ta' xogħolhom?

Response (ABELA, ROBERT)

It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar tal-Onkoloġija — kimoterapija

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3416, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'isimhom it-13-il tip ta' kimoterapija li jingħataw f’Għawdex u l-erba’ tipi li jingħataw orali?

Response (FEARNE, CHRIS)

: Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi il- kimoterapija li jingħataw f’Għawdex huma dawn: 1. Transtuzumab - Capecitabine 2. Avastin - Temozolamide 3. 5FU - Etoposide 4. Oxaliplatin - Palbociclib 5. Carboplatin 6. Gemcitabine 7. Irinotecan 8. Vinorelbine 9. Epirubicin 10. Pemetrexed 11. Docetaxel 12. Etoposide 13. Vincristine

Għawdex — Skwadra tas-CID

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2894 u jagħtina l-istatistika ta' kif evolviet bħala numri l-iskwadra tas-CID f’Għawdex bejn l-2010 u l-2022, sena b'sena?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat li fl-aħħar snin kien hemm bidliet ta’ kif jopera l-Korp tal-Pulizija ġewwa Għawdex, bil-għan li r-residenti jingħataw servizz aħjar. Matul l-aħħar sena ġie introdott is-servizz ta’ Pulizija tal-Komunità fil-lokalitajiet kollha ġewwa Għawdex, li jagħtu servizz aktar personaliżżat b’kollaborazzjoni mal-Komunità. Infurmat wkoll li l-persuni assenjati mas-CID ta’ Għawdex kien l-ebda persuna fis-sena 2012, 10 persuni fis-sena 2013 u 2014, 7 persuni fis-sena 2015 u 2016, 6 persuni fis-sena 2017, 4 persuni fis-sena 2018, 5 persuni fis-sena 2019, u 4 persuni fis-sena 2020 u 2021. Infurmat ukoll li r-rata għal kull persuna residenti ta’ ufficjali tal-Korp tal-Pulizija tad-distrett u Community Policing ġewwa Għawdex huwa ogħla minn ta’ Malta. Dan wassal sabiex is-servizz offrut ikun dejjem aħjar.

Sptar Mater Dei – apparat fis-Sleep Lab

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3290, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta hu pproġettat li jiġi ppubblikat tender bi specifications sabiex jinxtara apparat addizzjonali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-offerta intbagħtet lid-DOC għall-pubblikazzjoni fl-24 ta’ Ottubru 2022.

Gozo Channel Co. Ltd. – passenger capacity

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3301, jista' l-Ministru jgħid għaliex il-projected capacity qed tinħadem għall-Ħdud waranofsinhar biss? Huwa minnu li qed jiddaħħlu persuni overtime għax ma jkunx sar projected capacity exercise minn qabel? Sar projected capacity exercise għat-tlett ijiem ta' btala għat-tfal bejn il-31 ta' Ottubru u t-2 ta' Novembru, 2022?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onerevoli Interpellat li l-overtime jingħata meta jkun hemm bżonn skond l-esiġenzi tas-servizz.