Legislature:
Category:
Reset
Active:

San Ġiljan – żieda fl-atti kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu atti kriminali sena b’sena dawn l-aħħar ħames snin f’San Ġiljan?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali irreġistrati f’San Ġiljan fis-sistema tal-Pulizija, mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2022, kienu kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. Fit-tabella jidher tnaqqis konsiderevoli fl-ammonti ta’ reati rrapurtati fil-perjodu indikat u speċjalment il-figuri annwali, ikkomparati mal-ewwel sena ta’ dan il-perjodu. San Ġiljan 2017 2018 2019 2020 2021 Upto 30/09/2022 ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY 0 0 0 1 0 0 ARSON 1 2 1 2 0 1 ATTEMPTED OFFENCES 39 29 20 14 19 10 BODILY HARM 109 106 135 67 67 70 BREACH OF BAIL CONDITIONS 0 0 0 0 0 1 COMPUTER MISUSE 10 8 8 10 15 9 CRIMES AGAINST PUBLIC PEACE 0 0 0 2 1 0 DAMAGE 200 198 205 125 131 128 DOMESTIC VIOLENCE 24 24 25 24 23 29 DRUGS 29 53 23 14 27 12 FORGERY 6 4 7 2 1 2 FRAUD 83 55 50 39 74 50 GENDER BASED VIOLENCE 0 0 0 0 0 1 HOMICIDE 0 1 0 0 0 0 IMMIGRATION 2 1 0 0 0 0 MONEY LAUNDERING 4 2 0 0 2 1 PERJURY AND FALSE SWEARING 0 1 1 0 0 0 PRETENDED RIGHTS 5 6 5 4 2 6 PROSTITUTION 0 0 0 0 1 0 SEXUAL OFFENCE 14 16 21 4 18 13 THEFT 1244 942 890 394 470 435 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 5 15 5 12 16 9 TRAFFICKING OF PERSONS 1 0 0 0 0 0 UNAUTHORIZED ACC IN REST AREA 0 0 0 0 2 0 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 34 30 30 25 23 16 Grand Total 1810 1493 1426 739 892 793

Tas-Sliema – żieda fl-atti kriminali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu atti kriminali sena b’sena dawn l-aħħar ħames snin f’Tas-Sliema?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi n-numru ta’ reati kriminali rreġistrati ġewwa tas-Sliema fis-sistema tal-Pulizija, mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Settembru 2022, huma kif jidher fit-tabella ta’ hawn taħt. It-tnaqqis konsiderevoli fl-ammonti ta’ reati rrapurtati kull sena, mill-bidu tal-perjodu indikat mill-Onorevoli Membru, huwa visibli mill-istess tabella. Sliema 2017 2018 2019 2020 2021 Upto 30/09/2022 ABANDON OF CHILD 0 0 0 1 0 0 ABUSE OF PUBLIC AUTHORITY 0 0 0 0 1 0 ARSON 1 0 0 0 2 0 ATTEMPTED OFFENCES 24 30 30 11 11 6 BODILY HARM 34 38 37 42 36 32 COMPUTER MISUSE 3 7 8 17 14 11 CRIMES AGAINST PUBLIC PEACE 0 0 1 0 0 0 CRIMES VS ADMIN OF JUSTICE ETC 0 1 0 0 4 0 DAMAGE 195 177 254 215 172 123 DOMESTIC VIOLENCE 31 26 28 36 37 22 DRUGS 1 4 1 1 9 2 FORGERY 0 2 2 2 3 1 FRAUD 63 60 47 40 100 53 HOMICIDE 0 0 0 1 0 1 IMMIGRATION 2 0 0 0 2 0 MONEY LAUNDERING 1 2 0 2 0 1 PERJURY AND FALSE SWEARING 0 1 0 0 0 0 PORNOGRAPHY 0 0 1 0 0 1 PRETENDED RIGHTS 3 5 9 8 11 10 SEXUAL OFFENCE 10 8 4 7 7 10 THEFT 993 518 420 248 216 191 THREATS AND PRIVATE VIOLENCE 17 22 9 15 21 24 TRAFFICKING OF PERSONS 0 1 0 0 0 0 VIOLENCE AGAINST PUB OFFICER 5 3 4 7 2 4 Grand Total 1383 905 855 653 648 492

Miżura ta’ €300 lill-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għall-attivitajiet sportivi, artistiċi jew kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miżura ta’ €300 fis-sena għall-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għal attivitajiet sportivi, artistiċi jew kulturali hix se tkun għal kull wild?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dettalji dwar mizuri speċifiċi tal-budget ikunu stabbiliti permezz tal-att dwar l-implimentazzjoni tal-mizuri tal-budget, hekk kif approvat mill-Parlament. Il-mizura li ssir referenza għaliha tirrigwarda provvediment li bħalissa japplika kif ġej, għal kull wild: (i) sa massimu ta’ €100 tnaqqis mid-dħul taxxabbli għar-rigward ta’ spejjez konnessi ma’ attivitajiet sportivi (Art 14E tal-ITA), u (ii) sa massimu ta’ €100 tnaqqis mid-dħul taxxabbli għar-rigward ta’ spejjez konnessi ma’ attivitajiet artistiċi jew kulturali (Art 14G tal-ITA).

Għawdex – bereġ tas-saħħa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm Bereġ tas-Saħħa f'Għawdex li fil-mument qed jiffunzjonaw? Kemm ħin fil-ġimgħa qed tinfetaħ għall-pubbliku kull waħda minn dawn il-bereġ? X'servizzi qed jiġu offruti fil-mument minn dawn il-bereġ u kemm hemm ippjanati li jerġgħu jinfetħu bereġ fl-irħula f’Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed impoggi fuq il-mejda tal-kamra lista bl-informazzjoni li talabni, waqt li ninformaħ illi fl-2023 hemm ippjanat li jiftah ċentru kommunitarju għas-Saħħa fil-Qala kif ukoll ċentru għas-saħħa fir-Rabat

Magħtab — Waste-to-energy plant - kumpaniji/persuni

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3175 kollha kemm hi (intera) u tgħid minn min huma fformati kull wieħed mill-ħames konsorzja (isem il-kumpaniji/persuni) li ġew short-listed rigward il-proġett 'to design, build and operate a waste-to-energy plant in Magħtab'?

Response (DALLI, MIRIAM)

Qiegħda npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra dettalji mitluba.

Għawdex – Ta’ Xħajma – stalel taż-żwiemel

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra u jispjega x' inhuma r-raġunijiet għala f'dawn l-aħħar ġranet twaqqgħu numru ta' stalel taż-żwiemel fil-korsa taż-żwiemel f'Ta’ Xħajma, li sa ġurnata qabel twaqqgħu kienu għadhom qed jintużaw mis-sidien taż-żwiemel biex fihom ipoġġu ż-żwiemel tagħhom qabel u wara t-tiġrijiet? Jista' jgħid dan ix-xogħol kienx kopert bil-permessi tal-Awtorità tal-Ippjanar u jekk iva, iqiegħed kopja tal-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid min għamel dan ix-xogħol u kemm ġie jiswa?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif ġejna nfurmati bil-qagħda perikoluża ta’ numru ta’ stalel, dan il-Ministeru għalaq l-istess stalel fejn sussegwentament flimkien mal-Awtorita’ tal-Artijiet saret il-manutenzjoni meħtieġa fuq numru ta’ stalel, filwaqt li wħud li kienu diġa’ qed jikkrollaw b’perikolu mminenti, dan il-periklu ġie mneħħi. Ma ġiet mibnija ebda struttura ġdida għaldaqstant sa issa m’hemm ebda applikazzjoni mal-Awtorita’ tal-Ippjanar .

Kunsill Lokali Għawdxin – għajnuna għall-pedestrian friendly roads

Question

Peress li Infrastructure Malta taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3173 u jgħid jekk il-Kunsilli Lokali Għawdxin humiex se jingħataw għajnuna minn Infrastructure Malta bħalma se jingħataw kunsilli lokali f'Malta jekk jidentifikaw toroq fil-lokalitajiet tagħhom li jistgħu jkunu 'pedestrian-friendly roads'?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Infrastructure Malta toffri sapport lill-Ministeru għal Għawdex skond u meta mitluba tagħmel hekk.

Fanal tal-Ġordan — restawr

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 21534, tal-leġiżlatura preċedenti, li ngħatat fit-22 ta' Ġunju 2021, fejn ġie mwieġeb li "r-restawr tal-Fanal tal-Ġordan tlesta f’April u l-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex qed jagħlqu xogħlijiet minuri wara li ħarġu l-aħħar kuntratturi", jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid jekk ix-xogħol ta’ restawr tal-Fanal tal-Ġordan tlestiex kollu u jekk iva, f’liema xahar u sena tlesta? Jista’ jgħid min hu responsabbli u min se jkun responsabbli mill-immaniġġar tal-Fanal tal-Ġordan?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq ir-restawr tal-Fanal tal-Ġurdan tlesta mill-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministeru ghal Ghawdex u Transport Malta qed jikkonkludu abbozz ta’ ftehim bil-kundizzjonijiet/responsabbiltajiet rispettivi għall-immaniġġjar tal-Fanal u li jikkunsidra wkoll il-ħidma starteġika ta’ entitajiet oħra (AFM u l-Universita’) mill-Fanal. Dan biex il-binja storika tkun imħarsa u miżmuma tajjeb, kif jixraq lill-post storiku.

Rabat, Għawdex – Triq San Ġużepp Labrè – barriers u tape tal-pulizija mas-siġar

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 22600, tal-leġiżlatura preċedenti, li ngħatat fid-9 ta' Novembru, 2021 dwar ir-raġunijiet għala fix-xhur li għaddew kien hemm il-barriers tal-pulizija u għad hemm it-tape tal-pulizija mdawwar mas-siġar u anke tpoġġew il-blokki tal-konkos f'parti mill-parking biswit Triq San Ġużepp Labrè fir-Rabat Għawdex minħabba raġunijiet ta’ sigurtà pubblika minħabba struttura perikoluża, fejn kien ġie mwieġeb li: “ ninformah li d-dipartimenti konċernati qed jaraw li din l-istruttura tissewwa mill-aktar fis possibbli”, jista’ l-Ministru jgħid x' inhuma r-raġunijiet għala għaddew iktar minn 11-il xahar u għadu ma sar xejn? Jista' jgħid jekk intbagħatx perit biex jispezzjona l-periklu li hemm? Jekk iva, jista' jqiegħed kopja tar-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.

Special Olympics – għajnuna lil sportivi b’diżabilità

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fl-Ispecial Olympics? Jista' jagħti tagħrif dwar liema għajnuna speċifika, inkluż dik finanzjarja, tingħata lil dawk l-isportivi b'diżabilità (jew lill-ġenituri tagħhom) li jkunu qegħdin jippreparaw biex jieħdu sehem fil-Paralympics?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Infermiera li qagħdu għal resit

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se jidħlu fid-dinja tax-xogħol dawk in-nurses li taw resit f'Settembru u rċevew ir-riżultat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant fil-ġranet li ġejjin ser jibda’ l-ingaġġ ta’ dawn in-nurses

Infermiera li qagħdu għal resit

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma meta se jidħlu fid-dinja tax-xogħol dawk in-nurses li taw resit f'Settembru u rċevew ir-riżultat?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultati tal-istudenti li qagħdu għal resit diġà ġew ippubblikati. Għall-kumplament tal-mistoqsija nitolbu jirreferi lill-Ministru konċernat.

Għaqdiet volontarji — skemi/għotjiet/grants

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3525 u jinforma lill-Kamra liema kienu dawk l-iskemi/għotjiet/grants li ġew offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru għall-2021 u għall-2022, b’mod separat u għal kull sena? Kemm kien il-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi b’mod separat għall-2021 u l-2022? Kemm kien il-valur li fil-fatt ġie allokat għal kull waħda minn dawn l-iskemi u lil liema għaqda ġie allokat? Għall-2023, jista’ l-Ministru jinforma liema huma dawk l-iskemi/għotjiet/grants li hu ppjanat li jiġu offruti lill-għaqdiet volontarji minn dan il-Ministeru u kemm hu l-valur allokat (budgeted) għal kull waħda minn dawn l-iskemi?

Response (BONNICI, OWEN)

It-taghrif ghadu qed jingabar.

Naxxar – Disability Hub

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 3528 u tagħti tagħrif dwar jekk id-disability hub fin-Naxxar, li suppost kellu jinfetaħ matul din is-sena, hux se jkun qed jinbena? Jekk iva, meta hu ppjanat li jitlesta x-xogħol fuq l-istess hub u meta hu mistenni li dan jibda jintuża? Jekk le, x'miżuri ħa jew se jieħu l-Gvern biex is-servizzi li kienu se jingħataw mill-istess hub xorta waħda jingħataw? Kemm kienu l-fondi allokati għal din il-binja fil-Baġit għal kull waħda mis-snin 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma l-onorevoli interpellant li kif kien rappurtat diversi drabi f’din il-kamra, dan l-proġett sab diversi intoppi, uħud ta’ natura legali kif ukoll instabu diversi skavi arkeoloġiċi li kellhom impatt fuq l-andament tiegħu. Filwaqt li oriġinarjament dan l-proġett kellu jinvolvi l-użu ta’ fondi Ewropej, minħabba r-raġunijiet msemmija aktar ‘l fuq, dawn il-fondi ma baqgħux disponibbli. Id-dettalji fuq l-allokazzjoni tal-fondi sena b’sena huma ppubblikati fl-estimi finanzjarji. L-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti fil-kwalità tal-ħajja ta’ persuni b’diżabiltà huwa wieħed qawwi u kontinwu. Dan jixhduh id-diversi inizjattivi bla preċedent li ġew varati matul is-snin inkluż fil-Budget hekk kif ppreżentat għas-sena 2023. Bl-istess impenn, il-Gvern ser jibqa’ kommess li jwettaq il-proġett relatat fin-Naxxar, li għalih ġew allokati €300,000 – l-ammont qed jirrapreżenta l-ispiża li l-Gvern ikkalkula li ser ikun qed jonfoq matul 2023. Dan l-ispazju ser ikun qed jiġbor u joffri diversi servizzi minn hub wieħed ċentrali. Bdejna wkoll konsultazzjoni mal-imsieħba relatati fis-settur, biex dan il-proġett ikun mhux biss jirrifletti l-bżonnijiet u l-isfidi ta’ llum il-ġurnata imma wkoll ikun jirrispetta l-principji tal-Konvenzjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilita’ tal-Ġnus Magħquda u l-iStrateġija Nazzjonali 2021-2030.

Day Centres għall-persuni b’diżabilità — investiment

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar l-investiment, inkluż rinovar u upgrading, li sar fid-day centres għall-persuni b'diżabilità matul l-2021 u l-2022 u kemm kien il-valur totali ta' dan l-investiment? Fejn sar tali investiment, fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-valur ta' kull investiment? Kemm hu ppjanat li se jkun l-investiment simili għall-2023? Fejn hu ppjanat li jsir tali investiment, fiex inhu ppjanat li jkun jikkonsisti u kemm hu ppjanat li jkun il-valur ta' kull investiment?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Aġenzija Sapport, b’mod regolari tmexxi proġetti ta’ rinovar u tisbiħ fiċ-ċentri ta’ matul il-jum bħala parti mill-proġett ta’ modernizzar tal-istess ċentri f’Malta u Għawdex kif ukoll twettaq titjib fil-faċilitatjiet għad-dispożizzjoni tal-persuni b’diżabilità li jibbenefikaw mis-servizzi ta’ matul il-jum. Dettalji dwar xogħlijiet li saru matul l-2021 u l-2022 kfi ukoll dawk proġettati għas-sena 2023, huma mniżżla fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. L-ispejjeż imniżżla għas-sena 2023 huma estimi.

Għaqdiet volontarji u sportivi – skema għal għajnuna finanzjarja

Question

Tista' l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru hux se jkollu skema/i fl-2023 li permezz tagħha/tagħhom għaqdiet volontarji u sportivi jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja biex ikunu jistgħu jinvestu f'enerġija effiċjenti, pereżempju billi jistallaw apparat li jkun iktar energy efficient matul l-2023? Tista' tagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm tali skemi fl-2022 jew fis-snin preċedenti u jekk iva, kemm kien hemm għaqdiet li bbenefikaw minn tali skemi, kif ibbenefikaw u kemm kien l-ammont li fil-fatt intuża għal tali skemi?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lil Onorevoli interpellant biex jaghmel il-mistoqsija lill-Ministeru ikkoncernat.

Baġit 2023 — Item 7475 REACH - Independent Living and Employment

Question

Tista' l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni għala f’Item 7475 REACH - Independent Living and Employment tal-estimi finanzjarji tal-Baġit għall-2023 kien hemm tnaqqis minn €4,000,000 (approved estimate 2022) għal €300,000 (estimate 2023)?

Response (FARRUGIA PORTELLI, JULIA)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 3655.

Ilqugħ għal ilma tax-xita

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’inhi l-policy/prassi applikata minn Infrustructure Malta meta jkun qed isir xogħol ta’ toroq u jkun hemm il-bżonn li jsir ilqugħ (catchment grills) sabiex jinġabar l-ilma tax-xita ħalli jimtlew bjar fl-għelieqi? Jista' jgħid dawn l-ilqugħ jitħallsux minn fondi pubbliċi bħala parti mill-proġett jew inkella Infrustructure Malta titlobx lil persuna li tkun ser tibbenefika mill-ilma miġbur sabiex iħallsu huma?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fejn ikun possibli, Infrastructure Malta tinkorpora dawn it-tipi ta’ faċilitajiet fix-xogħol tagħha biex issostni s-settur agrikolu fil-pajjiż.

Għalliema impjegati full-time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il għalliem kien impjegat bħala għalliem full-time bil-formola tal-Gvern 2017 sad-data li din il-mistoqsija parlamentari tiġi mwieġba u kemm telqu fl-istess żmien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor Interpellant li bejn l-2017 u l-2022 daħlu 1079 għalliem ġdid, filwaqt li rtiraw/irriżenjaw/spiċċalhom il-kuntratt total ta’ 636 għalliem.