B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-servizz tal-Constant Glucose Monitors hux se jiġi estiż għall-persuni ta’ bejn it-22 u l-35 sena sal-aħħar tas-sena 2022? Jekk iva, sa meta? Jekk le, għalfejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-estenzjoni gradwali tas-servizz tal-Continuous Glucose Monitors ser ikompli matul din is-sena, u jkompli s-sena d-dieħla.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq Ferdinand Hompesch, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jara hux possibbli li Triq il-Ħsad, fis-Siġġiewi, ikollha tindif iktar regolari matul il-ġimgħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi li bħalissa l-Kunsill qiegħed fil-fażi ta’ evalwazzjoni għat-tender tal-knis.
Infurmat ukoll illi l-knis tat-toroq isir bi skeda u l-Kunsill Lokali huwa kommess li jara li din l-iskeda tiġi rispettata.
Jista’ l-Ministru jagħti raġuni għan-nuqqas ta’ konsistenza fis-servizz tar-rotta 238, li qiegħed jaffettwa ħażin b’mod partikolari lir-residenti tal-Imġarr (Malta) li kull filgħodu jkunu jridu jirkbu fid-direzzjoni lejn l-Isptar Mater Dei u l-Università, speċjalment fl-aħħar ġimgħat fejn numru ta’ residenti lmentaw li f'istanzi l-karozzi tal-linja tgħaddi tard, jew saħansitra ma tiġix? Jista’ jinvestiga dawn l-ilmenti u jassigura titjib fis-servizz?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn eżerċizzju li għamlet Transport Malta, fejn giet analizzata l-informazzjoni miġbura permezz tal-GPS li hemm fuq kull karrozza tal-linja, bejn it-tnejn u għoxrin u t-tletin t’ Ottubru 2022 fuq din ir-rotta jirriżulta li l-affidabilita medja kienet ta’ kwazi 96%.
F’ċertu ħinijiet it-trasport pubbliku jiġi affetwat mit-traffiku li jkun hemm f’ċertu inħawi bil-konsegwenza li l-puntwalita tiġi affettwata.
Tista’ l-Ministru tgħid għalfejn sal-ġurnata li ġiet sottomessa din il-mistoqsija parlamentari, l-interconnector bejn Malta u Sqallija ma kienx qiegħed jidher fuq il-mappa interattiva tal-Projects of Common Interest (PCI) Transparency Platform?
Response (DALLI, MIRIAM)
Infakkar lill-Onor. Interpellanta li l-mappa li qed tirreferi għaliha hija immirata għal proġetti li jkunu iffinanzjati speċifikament mill-fond Ewropew tal-Connecting Europe Facility, liema proġetti jissejħu bħala Proġetti ta’ Interess Komuni.
L-interconnector ma kienx iffinanzjat minn dan il-fond u allura mhuwiex proġett ta’ interess komuni għall-iskop tal-mappa interattiva. Huwa għal din ir-raġuni li l-interconnector ma jidhirx fuq din il-mappa.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2863, jista’ l-Ministru jgħid meta l-Gvern mistenni jikkonkludi l-evalwazzjoni tal-passi li jistgħu jittieħdu rigward reviżjoni fl-età legali taż-żwieġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellanta sabiex tirreferi għat tweġiba li ngħatat lill mistoqsija numru 2863
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2861, jista' l-Ministru jgħid meta hu mistenni li jintemm il-proċess tal-għażla għad-Direttur Ġenerali (Dwana), u jgħid in-numru ta' applikazzjonijiet li daħlu għal din il-pożizzjoni? Mill-applikazzjonijiet kollha li daħlu, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawn, huma persuni li diġà jaħdmu fid-Dwana?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta illi l-proċess qiegħed fil-fazi konklussiva.
Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratt lil kumpanija
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3051, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kuntratt li ngħata lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għal tliet xhur għadux fis-seħħ jew jekk huwiex ser jiġi estiż? Jekk ser ikun qed jiġi estiż, jista’ l-Ministru jgħid għal kemm ser jiġi estiż u jekk huwiex qed jinħareġ tender marbut ma’ dan is-servizz ta’ sigurtà fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l- kuntratt ta’ tlett xhur waqaf, u beda wieħed ġdid ta’ xahrejn, sakemm jinħareg it-tender marbut ma’ dan is-servizz.
Residenza San Vinċenz de Paul – kuntratt tas-servizz tal-ikel
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3051, peress li l-lista li tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra dwar kuntratti eżistenti ta’ servizzi li jingħataw fir-Residenza San Vinċenz de Paul ma tinkludix is-servizz tal-provvista tal-ikel, jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dan il-kuntratt? Jista’ jgħid min huwa l-kuntrattur li qed jagħti dan is-servizz, għal kemm żmien ingħata dan il-kuntratt u x’inhu l-valur tiegħu? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ dan il-kuntratt kif ukoll tal-kundizzjonijiet u l-istandards kollha li kienu stipulati fit-tender għal dan il-provvediment tal-ikel fir-Residenza San Vinċenz de Paul?
Response (ETIENNE ABELA, JO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-kuntrattur li qed jagħti dan is-servizz, fost sensiela ta’servizzi oħrajn, huwa JCL and MHC Consortium. Is-servizzi kollha inklużi b’mod dettajat fit-tender, li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, huma disponibbli biex jintużaw għall-benefiċċju tar-residenti. Il-Kuntratt huwa validu għal għaxar snin u l-valur tiegħu jammonta għall- €5.7 miljun fis-sena.
Dipartiment tal-Artijiet – skema għall-fidi ta’ ċens temporanju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li tiftaħ skema biex ikun jista’ jiġi mifdi ċens temporanju ta’ postijiet mhux residenzjali (mhux dawk kummerċjali)?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskema qed tkun ikkunsidrata u qed isiru l-istudji neċessarji.
Sptar Mater Dei u Ċentri tas-Saħħa – servizz ta’ ambulanzi
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk is-servizz ta' ambulanzi miċ-Ċentri tas-Saħħa ta' Raħal Ġdid u tal-Mosta hux jopera b'mod normali? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm-il vjaġġ sar lejn kull lokalità mill-ambulanzi tal-Isptar Mater Dei, u mill-ambulanzi minn kull wieħed minn dawn iċ-Ċentri, sena b'sena mill-2017 sal-lum?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella hawn taħt mehmuza, waqt li nfakkar lill Onorevoli Interpellant illi is-servizz tal-ambulanza minn Paola reġa’ ġie introdott wara li kien twaqqaf mill-amministrazzjoni tal-PN
Year
North Region
Central Region
South Region
Yearly Totals
2017
8,644
19,157
10,458
38,259
2018
9,044
19,582
11,424
40,050
2019
9,849
19,239
12,471
41,559
2020
15,565
14,630
17,218
47,413
2021
16,690
14,300
17,826
48,816
2022*
15,721
12,687
16,863
45,271
Id-data tas-sena 2022 tinkludi biss minn Jannar sa Ottubru.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3195, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-advisory cost limit biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18788 tal-Leġiżlatura XIII.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3196, jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-advisory cost limit biex tinġabar l-informazzjoni kif mitluba f'din il-mistoqsija parlamentari?
Response (REFALO, ANTON)
Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għall-Mistoqsija Parlamentari numru 18788 tal-Leġiżlatura XIII.
Attività quddiem il-Berġa ta’ Kastilja – rendikont tal-ispejjeż
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3441 u jagħti rendikont totali tal-ispiża għall-attività li saret quddiem Kastilja wara d-Diskors tal-Baġit nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab nfurmat li wara li nġabru tliet stimi f’kull każ, il-kumpaniji li ntagħżlu biex jipprovdu s-servizzi waqt il-konferenza tal-aħbarijiet b’rabta mal-Baġit 2023 nhar it-Tnejn 24 ta’ Ottubru 2022 kienu Que Sound Ltd (€6,037), iCan Ltd (€5,300) u Nexos Ltd (€3,000).
San Ġiljan, Tas-Sliema u Gżira – postijiet ta’ parkeġġ għall-iscooters
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jinħolqu postijiet ta’ parkeġġ għall-e-scooters f’San Ġiljan, tas-Sliema u l-Gżira?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi avolja Transport Malta bħalissa m’għandiex talbiet pendenti fir-rigward ta’ parking ta’ e-scooters, bhalissa għaddejja riforma sħiħa fuq l-istess suġġett. Il-Ministeru flimkien mal-Awtorita tat-Trasport kif ukoll l-Assoċjazzjoni tal-kunsill Lokali qegħdin iħarsu lejn pjan ħolistiku biex issir riforma sħiħa għall-parkeġġ tal-e-scooters.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan biex tinfetaħ information point għat-turisti f’San Ġiljan?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellanta li l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu qegħda taħdem ma’ entitajiet oħra sabiex tittieħed deċiżjoni rigward il-ftuħ ta’ uffiċċju ta’ informazzjoni għat-turisti li jkopri ż-żona turistika minn San Ġiljan sa Tas-Sliema. Infakkarha li kwalunkwe informazzjoni tista’ tiġi pprovduta wkoll b’mezzi diġitali.